Illum previous editions

ILLUM 24 April 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/670468

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

illum Il-Ħadd 24 t'April 2016 Sports 28 minn Cristian Antony Muscat Pembroke A .................. 0 Tarxien R ...................... 4 TARXIEN Rainbows kienu superjuri għal kollox għal Pembroke Athleta u ma tantx tħabtu biex għelbuhom bl-iskor kbir ta' 4-0. Kien biss fit-22 minuta li waslet l-ewwel azzjoni denja ta' nota fil-partita, permezz ta' Tarxien Rainbows, meta xutt mid-distanza ta' Claudio Frances mid-distanza ntemm ftit għoli mil-lasti ta' Matthew Farrugia, li lbieraħ kien qed jirritorna fl-azzjoni wara bosta ġimgħat nieqes, fejn ħa post il-goalkeeper veteran Mario Muscat. Ir-Rainbows fetħu l-iskor fil-25 minuta, meta Ayrton Azzopardi xeħet cross perfett lejn Claudio Frances, li minkejja l-istatura qasira tiegħu, għola ftit biex permezz ta' daqqa ta' ras preċiża tefa' l-ballun, wara li kien żmarkat għal kollox mid-difiża ta' Pembroke Athleta. It-team immexxi minn Jacques Scerri kien qed jirriżulta bħala l-aħjar team u fit-32 minuta, Alex da Paixao Alves tefa' cross fil-baxx lejn Alex Nillson li ra x-xutt bid- dawra tiegħu minn ġol-kaxxa jintemm barra. Ħames minuti wara, xutt dijagonali ta' Alex Da Paixao Alves intemm ftit barra. Fl-44 minuta, ir-Rainbows irdoppjaw l-iskor permezz ta' xutt bid-dawra minn ġol- kaxxa ta' Claudio Frances. Fis-47 minuta Pembroke Athleta ħolqu l-unika azzjoni perikoluża tagħhom fil- logħba permezz ta' xutt minn barra l-kaxxa tal-Amerikan Gustavo Villalobos li għal ftit ma ħasadx lill-goalkeeper żagħżugħ Andrea Cassar, bil- ballun iżda ntemm ftit barra. Fis-66 minuta ir-Rainbows skorjaw it-tielet goal biex aċċertaw ruħhom mit-tliet punti meta Claudio Frances għadda pass preciż lejn Joao Pedro Oliveira Santos, li b'ċertu eleganza u finezza llobbja l-ballun minn fuq il- goalkeeper Matthew Farrugia. Fid-79 minuta, ir-Rainbows issiġġillaw ir-rebħa permezz tar-raba' goal li wasal minn xutt sabiħ minn tarf il-kaxxa ta' Ayrton Azzopardi. Pembroke A. Farrugia, Obiefule (Da Silva Nobrega 67'), Micallef, Fenech (Arab Eddin 54'), Levnaic, Cini, Tanti (Grech 60'), Villalobos, Bugeja, Agius, Laudisi Tarxien R. Cassar, Baker, Caruana, Muscat, Nillson (Montebello 46'), Azzopardi (Bajada 84'), Fernandez Prendes, Da Paixao Alves (Caruana 81'), Tabone, Oliveira Santos, Frances Referi Stefan Pace CLAUDIO FRANCES Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Twieled fl-Arġentina. Skorja doppjetta personali u pprovda assist f'din il-logħba. Qabel ingħaqad ma' Tarxien Rainbows, kien jilgħab ma' Pietà Hotspurs. Tarxien R. jegħlbu lil Pembroke A. bla tbatija Ritratt - Ray Attard Zoran Levnaic f 'konfront għall-ballun ma' Alex Da Paixao Alves

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 April 2016