Illum previous editions

ILLUM 24 April 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/670468

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 24 t'April 2016 | illum minn Cristian Antony Muscat Qormi ............................. 1 Sliema W ........................ 0 WARA r-rebħa ta' St.Andrews fuq Naxxar Lions, Qormi qamu għall- okkażjoni u kisbu t-tielet rebħa staġjonali tagħhom meta għelbu lit-tim ta' Sliema Wanderers bl-iskor ta' 1-0. Minkejja li kienu ilhom ma jirbhu 16 -il logħba nfila, b'din ir-rebħa, Qormi, għadhom biċ-ċans li jżommu posthom fl-ogħla diviżjoni fejn fl-aħħar logħba tal- kampjonat huma jaffrontaw lit-tim ta' St Andrews. Fl-ewwel minuti tal-partita, iż-żewġ timijiet dehru jistudjaw lil xulxin, bl-ebda tim ma joħloq xi tip ta' azzjoni perikoluża. Gary Muir ta' Sliemakien l-ewwelplejer li ħa l-inizjattiva wara 10 minuti, iżda t-tentattiv tiegħu għadda barra. Denni Rocha Dos Santos kważi fetaħ l-iskor għas-Slimiżi ftit minuti wara, meta minn qagħda kemmxejn żbilanċjata, fajjar xutt fil-baxx iżda ġie mċaħħad mill-wieqfa. Iżda kontra x-xejra tal- logħob, kienu Qormi li marru fil-vantaġġ wara kwarta logħob meta minn korner, Noah Olawale Ojuola xeħet bir-ras wara l-gowlkiper Glen Zammit, biex tefa' lill-Qriema 1-0 minn fuq. Ir-risposta ta' Sliema waslet fit-22 minuta, meta Doding Njongo Lobe Priso ra d-daqqa ta' ras tiegħu tiġi milqugħa minn fuq il-linja mill-gowlkiper Jean Matthias Vella. Sliema komplew jagħfsu b'Johann Bezzina u Aidan Friggieri jittantaw xortihom minn barra l-kaxxa, iżda Qormi għarfu jamministraw l-vantaġġ sa tmiem l-ewwel taqsima, biex daħlu jistrieħu 1-0 minn fuq. It-tieni taqsima bdiet fuq ritmu bil-mod ħafna, biż- żewġ timijiet rari jkunu perikolużi. Fil-55 minuta, Denni Rocha Dos Santos ittanta xortih b'daqqa ta' ras li iżda għaddiet tħakkek mal- lasti tal-Qriema. Mal-medda tal-ħin, il-partita bdiet tiġi iżjed karatterizata minn fawls f 'nofs il-grawnd biex rarament assistejna għal xi azzjoni denja ta' nota. Qormi bdew joperaw iżjed bil-kontrattakk filwaqt li Sliema ppruvaw jagħfsu lil Qriema iżda fl-ebda okkażjoni ma mpenjaw lill-gowlkiper Vella. Fil-75 minuta, reġa' kien Dos Santos li għal darb'oħra rnexxielu jindirizza l-ballun bir-ras lejn il-lasti ta' Vella iżda ma rnexxielux jikseb il-gowl tad-draw. Lejn l-aħħar minuti tal- partita, it-tim ta' Qormi kien kapaċi jirreżisti għall-pressjoni li bdew joħolqu Sliema sabiex irreġistraw it-tielet rebħa staġjonali u baqgħu biċ-ċans li jagħmlu dak li għal ħafna deher impossibli, isalvaw, hekk kif issa qegħdin punt taħt St Andrews u tlieta taħt Naxxar Lions meta fadal biss logħba waħda mill- Kampjonat Premier. Qormi: Vella, Vella, Magro (Barbara 88'), Leeflang Boestra, Cassar, Sidibe, Ojuola, Yankam, Gauci, Zammit, Go (Vella 66') Sliema Wanderers: Zammit, Muscat, Bianchardi, Friggieri, Njongo Lobe Priso, Potezica, Sansone (Farrugia 45'), Xuereb, Bezzina (Scerri 64'), Dos Santos, Muir Referi: Matthew De Gabriele NOAH OLAWALE OJUOLA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Twieled fit-12 ta' Mejju tal-1993. F'pajjiżna diġa' lagħab ma' St.Georges qabel ingħaqad mal- Qriema. Qormi jaħsdu lil Sliema u jibqgħu jittamaw fis-salvazzjoni Sports 29 minn Cristian Antony Muscat St. Andrews ................... 3 Naxxar L ........................ 1 ST.ANDREWS żammew it-tamiet tagħhom li jsalvaw ħajjin wara li fil-konfront dirett kontra Naxxar Lions, huma ħarġu rebbieħa bl-skor ta' 3-1, biex b'hekk naqqsu d-distakk taħt l-istess Naxxar għal żewg punti biss meta fadal biss logħba waħda mill- kampjonat Premier, b'St. Andrews ikunu fl-azzjoni kontra Qormi filwaqt li Naxxar jilagħbu kontra Sliema Wanderers. It-tim ta' St.Andrews deher iżjed għatxan għal din il- logħba mit-tim ta' Naxxar, hekk kif mal-ewwel ħarġu jippressaw lill-avversarji fiż- żona tagħhom. Iż-żagħżugħ Kyrian Nwoko ta l-bidu tal- assedju ta' St.Andrews hekk kif wara żewġ minuti, huwa kellu daqqa ta' ras tajba li iżda spiċċat ftit barra. Għaddew tliet minuti biss u Victory Lucky Oseghale ttanta xortih b'xutt minn barra l-kaxxa li iżda ma rnexxielux jinkwadra għal ġox-xibka. Fid-disa' minuta, l-gowlkiper Alberto Gallinetta kien sfurzat jagħmel save mill-isbaħ hekk kif Michael Salomon Wisdom prova jdawwar il-ballun għal ġox- xibka, iżda l-gowlkiper ta' Naxxar irnexxielu jdawwar għall-korner. St.Andrews ġew premjati għal dan kollu fis-17-il minuta, meta minn kross mill-lemin, l-attakkant Nwoko antiċipa lid-difensur Naxxari u b'daqqa ta' ras xeħet il-ballun mal-ewwel lasta għal 1-0. Nwoko għamilhom tnejn fil-25 minuta, meta Oseghale għadda ballun vertikali lejn l-istessNwoko, li b'kalma liema bħala tefa' l-ballun wara Gallinetta. St Andrews komplew jagħfsu u setgħu għamluhom tlieta meta Dale Camilleri prova jdawwar bir-ras għal ġox-xibka minn korner ta' Joseph Farrugia iżda l-ballun għadda barra jħakkek max- xibka, biex l-ewwel taqsima intemmet bl-iskor ta' 2-0. Wara l-intervall, St.Andrews komplew fejn ħallew hekk kif ħargu mal-ewwel fuq l-offensiva. Nwoko kien viċin li jagħmilhom tlieta meta b'xutt angolat minn ġol- kaxxa l-kbira, ra lil Gallinetta jagħmel sforz tajjeb biex jilqa' l-ballun b'id waħda. Madankollu, l-protagonist f 'din it-tieni taqsima kien Oseghale illi kellu ċ-ċans li jkabbar l-iskor għal darba darbtejn. Huwa rnexxielu jagħmel dan fis-66 minuta, meta b'xutt b'saħħtu minn ġol-kaxxa l-kbira, għeleb lill-gowlkiper ta' Naxxar biex għamilhom 3-0. Fis-70 minuta, Farrugia wera l-abiltajiet tiegħu minn set-pieces, meta kważi sab l-anglu perfett għal 4-0, iżda kien imċaħħad minn save sabih ta' Gallinetta. Naxxar ħarġu minn qoxrithom lejn l-aħħar tal-partita meta kemm Daren Falzon kif ukoll Angus Buhagiar kellhom żewġ okkażjonijiet ta' gowls, bil-gowlkiper Jake Galea jilqa' tajjeb fuq it-tnejn. Naxxar Lions naqqsu d-distakk fil- ħin miżjud meta Vallecillo Casado ikkonverta mill-ħdax -il metru għal skor finali ta' 3-1. Ta' min isemmi wkoll, li Naxxar għalqu din il-partita b'10 plejers meta tkeċċa Daren Falzon wara fawl fuq Matteo Desira Buttigieg. St.Andrews: Galea, Pena' Beltre, Nkene, Che (Grech 76'), Perez Cuestra, Camilleri (Desira Buttigieg 56'), Onwudinjo, Farrugia (Sammut 85'), Oseghale, Nwoko, Wisdom Naxxar Lions: Gallinetta, Scicluna, Grech, Vallecillo Casado, Falzon, Toure (Debono 62') Bonnici (Fenech 31'), Godar Pereira (Hungaria 62'), Fenech, Buhagiar, Hamutenya Referi: Alan Mario Sant VICTOR LUCKY OSEGHALE ĠĠie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Twieled fit-12 t'Awissu tal-1992, fin-Niġerja. Skorja r-raba' gowl tiegħu personali f 'dan il-Kampjonat. St.Andrews iżommu t-tamiet ħajjin b'rebħa komda fuq Naxxar Lions Republic Street, Valletta next to the Courts Republic Street, Valletta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 April 2016