Illum previous editions

ILLUM 24 April 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/670468

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

illum Il-Ħadd 24 t'April 2016 Sports 30 Rebħiet kbar għal Manchester City u Chelsea RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier FIXTURES Is-Sibt 23 t'April 13:45 Manchester C. vs Stoke C. 4-0 16:00 Bournemouth vs Chelsea 1-4 16:00 Aston Villa vs Southampton 2-4 16:00 Liverpool vs Newcastle U. 2-2 Il-Ħadd 24 t'April 15:05 Sunderland vs Arsenal 17:15 Leicester City vs Swansea City It-Tnejn 25 t'April 21:00 Tottenham H. vs WBA Kampjonat Serie A TIM FIXTURES Il-Ħadd 24 t'April 12:30 Frosinone vs Palermo 15:00 Atalanta vs ChievoVerona 15:00 Bologna vs Genoa 15:00 Sampdoria vs Lazio 15:00 Torino vs Sassuolo 20:45 Fiorentina vs Juventus It-Tnejn 25 t'April 15:00 Roma vs Napoli 17:00 Hellas Verona vs AC Milan 19:00 Carpi vs Empoli Azzjoni mil-logħba bejn Manchester City u Stoke City MANCHESTER City ġewwa darhom fl-Etihad Stadium għelbu l-isfida ta' Stoke City meta għelbuhom bl-iskor kbir ta' 4-0 bil-gowls għalihom jaslu minn Fernando, penalty ta' Sergio Aguero, u doppjetta ta' Kelchi Iheanacho. Chelsea barra minn darhom kisbu rebħa ferm tajba ta' 4-1 kontra AFC Bournemouth bil- gowls għall-Blues jaslu minn Pedro Rodrigues, doppjetta ta' Eden Hazard, u Willian. Min-naħa l-oħra l-uniku gowl għal AFC Bournemouth wasal minn Tommy Elphick fit-34 minuta. Southampton barra minn darhom għelbu lil Aston Villa bl-iskor konvinċenti ta' 4-2 bil-gowls għas-Saints jaslu minn Shane Long, doppjetta ta' Dusan Tadic u Sadio Mane. Min-naħa l-oħra, il-gowls għal Aston Villa waslu minn doppjetta ta' Ashley R. Westwood. Liverpool ġewwa darhom f 'Anfied sfaw miżmuma fi draw ta' 2-2 minn Newcastle United bil-gowls għar-Reds jaslu minn Daniel Sturridge u Adam Lallana. Min-naħa l-oħra, iż-żewġ gowls għall-Magpies waslu minn Papiss Cisse u Jack Colback fid-49 u fis-66 minuta rispettivament. Valentino Rossi jirbaħ l-ewwel pole fi Spanja sa mill-2005 IS-SEWWIEQ fenomenu Taljan Valentino Rossi rebaħ l-ewwel pole fi Spanja sa mill-2005 li waslet ukoll wara ftit inqas minn sena li huwa kien rebaħ l-aħħar pole tiegħu. Dan huwa kollu indikattiv li Rossi matul dan l-istaġun qed jirritorna fl-aqwa tiegħu, fejn żgur li se jkun sfidant ewlieni biex jirbaħ it-titlu finali fi tmiem l-istaġun. Intant, fit-tieni post, illum se jkun qed jibda Jorge Lorenzo, waqt li Marc Marquez u Andrea Dovizioso se jkunu qed jibdew mit-tielet post u r-raba' post rispettivament tal- gradawatorja. Dawn huma l-ewwel 10 pożizzjonijiet li minnhom se jkunu qed jibdew illum is-sewwieqa kollha tal- Moto GP fiċ-ċirkwit ta' Jerez fi Spanja: 1. Valentino Rossi, Yamaha 2. Jorge Lorenzo, Yamaha 3. Marc Marquez, Honda 4. Andrea Dovizioso, Ducati 5. Maverick Vinales, Suzuki 6. Aleix Espargaro, Suzuki 7. Dani Pedrosa, Honda 8. Pol Espargaro, Yamaha 9. Hector Barbera, Ducati 10. Cal Crutchlow, Honda Valentino Rossi fl-azzjoni fiċ-ċirkwit ta' Jerez fi Spanja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 April 2016