Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/670468
illum | Il-Ħadd 24 t'April 2016 Aħbarijiet 4 3 proġetti u €3 miljuni. Birżebbuġa minn Albert Gauci Cunningham XI darba, Birżebbuġa kienet lokalità sinonima biss mas-sajd, il-kwiet u l-Bajja s-Sabiħa. Mas-snin iżda, speċjalment fis-snin disgħin, din il-lokalità kien industrijalizzata l-aktar minħabba l-bini ta' Freeport, direttament faċċata, u t-tkabbir tiegħu iktar riċenti, biex ġie dejjem eqreb tal-kosta. Ir-residenti ta' Birżebbuġa li llum ilaħħqu l-eluf kellhom u għadhom jgħixu taħt l-istorbju tal- ajruplani, maġenb tankijiet taż-żejt u tal-gass, taħt id-dell tal-Freeport u bieb u għatba ma' Power Station. Minkejja dan, l-iżvilupp biex jittejjeb l-ambjent u l-infrastruttura f 'din il- lokalità tant kien nieqes li saħansitra Franco Debono, fl-2012, dakinhar Deputat Nazzjonalista kien ressaq mozzjoni biex ikun inidirizzat dak li iddeskriva bħala "defiċit ambjentali perikoluż u defiċit infrastrutturali preokkupanti, riżultat ta' snin ta' abbandun." Debono kien iddeskriva hekk ż-żona ta' Birżebbuġa u Marsaxlokk fil-mozzjoni li ressaq nhar it-30 ta' Awwissu 2012; "iż-żona ġiet sottomessa għal proċess progressiv ta' industrijalizazzjoni qawwija, u possibilment mhux sostenibbli, mingħajr ma saru sforzi suffiċjenti sabiex jinżamm bilanċ bejn l-industrija emerġenti fiż-żona u s-saħħa u l-benesseri tal- familji u tal-ambjent." Minkejja li sakemm ġie xolt il-Parlament għaddew ħames xhur din il-mozzjoni kienet baqgħet fuq l-ixkaffa. Dan anke jekk fl-istess mozzjoni Debono ifakkar illi hu kien ilu jqajjem il-ħtieġa li jsir xi ħaġa f 'Birżebbuġa u Marsaxlokk "f 'diversi diskorsi ripetuti u interventi f 'dan il-Parlament u fil-mezzi tax- xandir u l-istampa, kif ukoll, personalment, mal-Prim Ministru u diversi ministri tal-Gvern." Mill-2013, mal-bidla fil- Gvern, il-paġna bdiet tinqaleb u r-rota ddur hekk kif Gvern Laburista nieda diversi proġetti li flimkien kienu se jfissru investiment ta' €3 miljuni. Il-proġetti maġġuri jkunu piċċ tal-Waterpolo ġdid u grawnd tal-futbol, li fuqhom ix-xogħol jinsab fi stadju avvanzat, it-tneħħija tat- tankijiet tal-gass mid-Depot magħruf bħala l-'31 ta' Marzu 1979', il-bini ta' promenade fil- Qajjenza u l-bini tat-Triq Port Ħieles. Ix-xogħol fuq dawn il-proġetti qed jistenna il- permessi tal-MEPA jew inkella inbeda diġà. Minn lokalità kważi politikament minsija, Birżebbuġa bħalissa hija waħda mill-lokalitajiet li fiha qed isiru l-akbar numru ta' proġetti mill-Gvern ċentrali. Għalhekk L-ILLUM tat ħarsa ħafifa lejn dawn il-proġetti u fhiex jinsab ix-xogħol bħalissa. L-ILLUM tħares lejn il-proġetti li għaddejjin bħalissa l-lokalità l-aktar n-nofsinhar tal-pajjiż Wara snin ta' ġerħa... Waterpolo pitch mill-ġdid Biċċa ċinta u balla trab bħala promenade Sa fl-aħħar...grawnd tal-futbol Dawk l-eluf kollha li jgħixu jew il-ħafna eluf iktar li jinżlu sa Birżebbuġa jafu li l-piċċ tal-waterpolo kien wieħed mill-akbar ġerħiet fin-naħa t'isfel ta' Malta u f 'Birżebbuġa. Għal snin twal, il-piċċ tal-waterpolo tħalla mitluq, qed jaqa' biċċa, biċċa u minflok l-għajjat u l-attività ta' żgħażagħ jipprattikaw l-isport marbut mal- baħar, spiċċa ħofra ta' ilma qiegħed, mimli żibel. Fl-2013 il-Gvern preżenti beda proġett, li issa riesaq lejn l-aħħar fażijiet tiegħu u li permezz tiegħu Birżebbuġa se jkollha pixxina tal-ilma ħelu li hija kbira 25 metru bi 33 metru. Apparti x-xogħol ta' tqegħid ta' madum, żebgħa u l-istallazzjoni ta' pompi bħalissa għaddej ix-xogħol fuq l-aħħar fażi, jiġifieri l-bini tal-Club House. Din se tinkludi ristorant, changing rooms, latrini pubbliċi u multi- purpose hall. Ladarba jitlesta x-xogħol, din il-pixxina tgħaddi f 'idejn il- Birżebbuġa Waterpolo Club u b'hekk din il-lokalità jerġa' jkollha faċilità tal-waterpolo li jixraqilha u li ilha tistenna 'l fuq minn 10 snin. Il-pixxina f 'Birżebbuġa, li b'kollox tammonta għal investiment ta' €2 miljuni, se tkun it-tielet piċċ tal- waterpolo tal-ilma ħelu f 'Malta. It-tnejn l-oħra huma dik ta' San Ġiljan u l-Pixxina Nazzjonali f 'Tal Qroqq. X'hemm differenti bejn kull promenade fil-pajjiż u dak tal-Qajjenza? Faċli, tal-Qajjenza ma jeżistix u għal snin twal il-komunità dejjem tikber ta din iż- żona dejjem tqannew b'biċċa ċinta u trab bħala tiżjina mad-dawra tal- baħar. Minkejja li din iż-żona residenzjali ilha li bdiet tiżviluppa sew mill- aħħar tat-tmeninijiet u l-bidu tad-disgħinijiet, b'eluf jgħixu u oħrajn jiftħu negozju żgħir f 'din l-akwata, l-investiment kien mill-aktar minimu. Il-Gvern preżenti permezz tal-Ministeru għat-Trasport u Infrastruttura ħabbar proġett li se jinvolvi promenade li jibda minn ħdejn is-sit fejn kien hemm l-LPG sal-Batterija Ferretti. Il-permess għax-xogħol fuq dan il-promenade mistenni jinħareġ fix- xhur li ġejjin, hekk kif ġiet megħluba problema partikokari dwar il-fatt li parti minnu se jieħu parti żgħira mill-blat fuq il-post. Dawk kollha li għexu, żaru jew huma familjari ma' din il-lokalità fin-naħa t'isfel ta' Malta jafu illi Birżebbuġa qatt ma kellha grawnd tal-futbol, minkejja li l-Kunsill Lokali fi żmien li kien mmexxi minn Joseph Farrugia (Ir-ricky) għamel diversi talbiet lill-Gvern ċentrali biex it-tali grawnd isir. Fil-fatt l-istess Kunsill kien kostrett jibni grawnd żgħir fuq ir-ramel f 'Bajja s-Sabiħa biex ipatti għan- nuqqas komplet ta faċilitajiet sportivi. Gvern Laburista beda proġett ta' grawnd tal-futbol, li x-xogħol tiegħu miexi sew fuq in-naħa ta' wara tal- lokal. Dan il-grawnd se jiswa b'kollox €1.4 miljun u se jkun qed jaqdi l-bżonnijiet, mhux biss ta' dawk li se jilgħabu l-futbol, imma wkoll tal-plejers tar-rugby. Il-proġett kollu jinkludi l-bini ta' żona għall- ispettaturi, klinika, 'dressing room' u sala multi-purpose. Viċin dan il-grawnd il-ġdid qed tinbena mill-ġdid Triq il-Port Ħieles, li fil-verità qatt ma rat laqta' tajba ta' tarmak kemm ilha teżisti. It-triq qed tinbena mill-ġdid biex tkun aktar aċċessibbli issa li n-numru ta' vetturi fiż-żona mistenni jiżdied.