Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/670468
Il-Ħadd 24 t'April 2016 | illum Sports 31 Illum jittella' programm ieħor tal-ASMK Autocross u Motocross ILLUM, l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi se tkompli bil- Kampjonati Nazzjonali ASMK Pasta Poiatti 2015/2016. Fis- sezzjonijiet Karozzi Autocross u l-Muturi Motocross se jkun qed jiġi organizzat id-disa' programm tal-istaġun, liema programm se jkun qed jibda f 'nofsinhar. Intant, ħarsa ħafifa lejn il-klassifika Autocross u Motocross fejn fl- Autocross Modified, għadna qed naraw lil Christian Mark Galea fuq Fiat Ritmo jkompli jiddefendi u jillidja l-klassifika b'161 punt segwit minn Malcolm Borg fuq Opel Corsa b'112 -il punt. Fl-Autocross Standard qed naraw lil Deane Farrugia fuq Citroen AX ikompli jillidja l-klassifika b'45 punt segwit minn Traydon Bailey fuq Ford Ka b'36 punt. Fil-Motocross Klassi A qed naraw lil Clayton Camilleri fuq mutur KTM ikompli jiddefendi u jillidja l-klassifika b'208 punti segwit minn ħuh Kyle Camilleri fuq mutur KTM b'172 punt. Fi Klassi B, riders Għawdxin għadhom qed jiddefendu l-ewwel żewġ pożizzjonijiet f 'din il- klassifika b'Mario Cauchi fuq mutur Honda qed jillidja b'207 punti segwit minn Etienne Bigeni fuq mutur Honda b'197 punt. Intant, il-Board tad-Dixxiplina tal- Assoċjazzjoni, fil-jiem li għaddew iltaqa' u ddeċieda fuq żewġ każijiet ta' mġieba ħażina fejn fis-Sezzjoni Autocross Johann Vella se jkun sospiż mill-attività ta' nhar il-Ħadd li ġej wara mġieba ħażina fl-aħħar attività. Mis-Sezzjoni Motocross Clayton Camilleri u Paul Muscat se jkunu sospiżi mill-attività ta' nhar il-Ħadd li ġej wara li fl-aħħar attività kellhom imġieba mhux xierqa minn spettaturi li kienu magħhom. Intant, nhar il-Ħadd li għadda, is-17 t'April, l-Assoċjazzjoni organizzat attività Trials mill- Kampjonat Nazzjonali ASMK Pasta Poiatti li saret fil-Barriera ta' Tarġiet Għomor, limiti tan- Naxxar, u dan grazzi tas- siden tal-Barriera Ballut Blocks Ltd li jippermettu nużaw il-post ideali għal dawn it-tip t'attivitajiet. Matul il-ġurnata ħadu sehem numru ta' kompetituri maqsumin f 'żewġ klassijiet. Fi Klassi A rajna Riders ta' esperjenza jikkompetu flimkien fejn għal darb'oħra Damon Bonello fuq mutur Gas Gas iddomina l-ġurnata fejn minkejja li kellu uġiegħ fl-irkoppa rnexxielu jitlef biss tliet punti ta' penalità fl-aħħar żewġ sezzjonijiet minn sitta biex għalaq il-ġurnata fl-ewwel post segwit minn Rowen Bonello fuq mutur Beta li għalaq il-ġurnata bi 13 -il punt ta' penalità. Fit-tielet post spiċċa Gary Debono fuq mutur Sherco b'21 punt ta' penalità. Fi Klassi B rajna taqtigħa bejn Bernard Sammut fuq mutur Beta u Manuel Camilleri fuq mutur Gas Gas fejn matul is- sitt sezzjonijiet rajna lil Sammut jieħu l-vantaġġ b'Camilleri jirrispondi u jerġa' jirbaħ dak id- distakk. Dan baqa' sejjer sal-aħħar sakemm Camilleri fis-sezzjoni numru erbgħa mar ftit ħażin, biex Sammut rebaħ il-ġurnata b'disa' punti ta' penalità segwit minn Camilleri bi 11 -il punt ta' penalità. Fit-tielet post spiċċa Ian Scicluna fuq mutur Beta bi 17 -il punt ta' penalità. Intant, l-amministrazzjoni tal- Assoċjazzjoni se tkun qed tħabbar tibdil fil- kalendarju ta' matul Mejju u Gunju fejn se jkunu qed jiġu mħabbra numru ta' attivitajiet li se jsiru minn tard wara nofsinhar sa tard bil-lejl meta l-korsa tal-karozzi se tkun mixgħula b'dawl artifiċjali. Dan qed isir minħabba t-temperaturi għoljin li qed ikollna f 'dawn iż- żminijiet. Għal iktar informazzjoni wieħed jista' jaċċessa s-sit elettroniku tal- Assoċjazzjoni, www.asmk. org.mt, jew il-paġni ta' facebook bl-isem A.S.M.K. Malta jew Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi. Wieħed jista' jagħmel kuntatt ukoll bl-email fuq info@asmk.org.mt. Ritratt: Mario Micallef Ian Scicluna fuq mutur Beta Suċċess għal TS Table Tennis Academy fil-Kampjonati Nazzjonali taż-Żgħar DIN is-sena kienet it-63 darba li l-Malta Table Tennis Association organizzat il-Kampjonati Nazzjonali taż-Żgħar tat-table tennis. Kull akkademja tkun ilha tipprepara lill-istudenti tagħha sa minn kmieni għaliex il-logħob tal- Kampjonati huwa l-iktar logħob importanti u deċiżiv tas-sena. L-Akkademja Topspin tinsab sodisfatta ħafna bir-riżultati u t-titli pożittivi li rnexxielha tikseb. Is-sezzjoni tal-bniet kienet waħda rekord għall-Akkademja hekk kif l-istudenti May Zahra, Nicole Cutajar u Anthea Cutajarrebħu kull titlu f 'dan il-qasam tal-logħob. Nibdew bl-Under 11 tal-bniet fejn rajna lil Anthea Cutajar takkwista l-ewwel post. May Zahra kisbetl-ewwel post fl-Under 13 tal-bniet fejn kienet segwita minn Anthea Cutajar li ġiet fit-tieni post. Għal darb'oħra, l-istudenti May Zahra, Nicole Cutajar u Anthea Cutajar kisbu l-ewwel, it-tieni u t-tielet post rispettivament fl-Under 15 tal-bniet. Lil May Zahra u Nicole Cutajar erġajna rajniehom jisirqu x-xena fl-Under 18 tal-bniet hekk kif ġew fit-tielet u fl-ewwel post rispettivament. L-Akkademja tinsab sodisfatta ħafna bir-riżultati miksuba anki fis-sezzjoni tad-doubles. L-istudenta Anthea Cutajar flimkien ma' Daniel Spagnol irnexxielhom jirbħu l-Under 11 Doubles. F'din il-kategorija wkoll, l-istudent Matthew Cassar imsieħeb ma' Christian Cauchi kisbu t-tieni post.Fl- Under 13 Doubles, l-istudent Asacchia Farrugia flimkien ma' Nikki Pace ġew fit-tieni post.L-istudent Ryan Paul Camilleri msieħeb ma' James Vella Vidal irnexxielhom jirbħu t-titlu ta' champions tal-Under 15 Doubles.It-tieni post fl-Under 15 DoublesPlate inkiseb minn Nicole Cutajar u May Zahra. Fl-aħħar u mhux l-inqas, l-Akkademja rnexxielha tirbaħ ukoll l-Under 21 DoublesPlate bil- parteċipazzjoni tal-istudent Ryan Paul Camilleri flimkien ma' Miguel Montebello. Fis-sezzjoni tas-subien rajna lill-istudent Matthew Cassar fis-semifinali tal-Under 11 BoysSingles fejn ta wirja mill-aqwa. Apparti minn hekk,fl-Under 15 BoysSingles, l-istudent Ryan Paul Camilleri ġie fit-tieni post. It-tieni post tal-Under 18 BoysPlate intrebaħ minn Nathan Falzon, student ieħor mill-Akkademja Topspin. Filwaqt li l-Akkademja tifraħ lill-plejers kollha li rnexxielhom jiksbu riżultati eċċellenti, anki minn akkademji oħrajn, tifraħ b'mod speċjali lill- istudenti tagħha tal-impenn u d-dedikazzjoni li wrew kemm waqt is-sessjonijiet tat-trejning kif ukoll waqt il-logħob għaliex ħallew il-frott. L-Akkademja tifraħ ukoll lil dawk l-istudenti li minkejja li ma kisbux titlu jew ieħor, taw prestazzjoni mill-aqwa u kienu ta' sapport għal studenti oħrajn. Għal iktar informazzjoni wieħed jista' jżur il-paġna tal- Facebook jew is-sit www. topspintabletennisacademy. com jew inkella jikkuntattja lill-Kowċ Edward Baldacchino fuq 99470278. L-Akkademja hi dejjem miftuħa biex tilqa' iktar studenti, subien u bniet. Ringrazzjament speċjali għal dan l-artiklu imur għal Lara Michelle Camilleri li hija studenta ta' TopspinTable Tennis Academy. Edward Baldacchino flimkien ma' wħud mill-parteċipanti tal-Kampjonati Naz- zjonali taż-Żgħar tat-table tennis