Illum previous editions

ILLUM 24 April 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/670468

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

illum Il-Ħadd 24 t'April 2016 Sports 32 Mario Grech ikompli jimpressjona NHAR is-Sibt 19 ta' Marzu, l-atleta ewlieni Malti, Mario Grech, ħa sehem fis-26 edizzjoni tat-tellieqa ta'10 mili f 'Ħad-Dingli organizatta mill-klabb tal-atletika St Patricks AC b'kollaborazzjoni mal- Lisa Marie Foundation. F'din it-tellieqa ipparteċipaw madwar 400 atleta. Kienet it-tieni dabra li Mario ħa sehem fiha. L-ewwel waħda tmur lura għall-2007 fejn Mario kien għadu fil-bidu tal- karriera sportiva tiegħu u ma tantx kien għamel ħin tajjeb. Minn dak iż-żmien 'l hawn, huwa għamel titjib sostanzjali. Biex ikollu stampa aħjar ta' dak li għadda minnu matul din it-tellieqa u x'fissret għalih din ir- rebħa, dan il-ġurnal għamel kuntatt ma' Mario Grech innifsu, fejn talbu l-kummenti tiegħu rigward dan it-tragward fil-karriera mill-aqwa tiegħu fl- atletika. Huwa saħaq li: "Bħala tellieqa, id-Dingli Ten, hija meqjusa waħda diffiċli għax fiha numru ta' tlajja'. Minkejja dan, il-ħin li għamilt, li kien ta' 55minuta u 40 sekonda, huwa wieħed pjuttost veloċi speċjalment meta mqabbel ma' ħinijiet ta' snin oħra. Nixtieq li 'l quddiem nerġa' nagħmel din it-tellieqa u ninżel taħt il-55 minuta. Mill-bidu nett iddeċiedejt li noħroġ fuq quddiem. Din hija tattika xi ftit riskjuża għax kien hemm il-possibilità li ma nżommx il-pass sal-aħħar u stajt anke nitlef it-tellieqa. Mill-banda l-oħra meta toħroġ b'saħħtek taqta' qalb l-avversarji tiegħek li jaħsbuha darbtejn jekk iżommux miegħek jew le. Li tkun quddiem ifisser li trid tiġri t-tellieqa waħdek imma li tkun f 'dik il- pożizzjoni jagħtik ħafna kuraġġ ukoll. Jiena nħobb nuża din it-tattika. Ġieli tiġini tajba u ġieli le. Meta tkun fuq quddiem kultant trid tara wkoll x'qiegħed jiġri warajk; jekk hemmx min qiegħed jipprova jnaqqas id- distakk bejnek u bejnu. F'dak il-każ inti trid terġa' żżid il-pass biex iżżomm il-vantaġġ li għandek. L-iktar mument diffiċli huwa bejn is-sitt u t-tmien mil għax hemmhekk tibda tonqoslok is-saħħa imma trid tibqa' tikkonċentra biex iżżomm il-pass. Jekk jirnexxielek iżżomm vantaġġ tajjeb sad-disa' mil, allura għandek ċans kbir li tirbaħ it-tellieqa għax fl-aħħar mil tagħmel sforz tal-aħħar u probabbli ma tnaqqasx il-pass. Hekk ġara f 'din it-tellieqa u rnexxieli nirbaħha. Fattur li għeni kien it-temp, li inzerta ideali. Għalina l-atleti ir-riħ huwa l-ikbar għadu u meta jkollok tellieqa bla riħ jew bi ftit riħ għandek ċans tagħmel ħin tajjeb. Ix-xemx ukoll mhix ħabiba tagħna imma peress li t-tellieqa kienet filgħodu, ma ħassejtx wisq sħana. Kont ippreparat anke psikoloġikament u naturalmnt fiżikament. Jiena nitħarreġ darbtejn kuljum bil-weekends b'kollox u ftit ikolli ġranet ta' mistrieħ. Għandi skeda u rrid nimxi magħha. Ma nistax ngħid illum mhux ser nitħarreġ għax m'għandix aptit jew għax għajjien jew għax nieżla x-xita. Trid ukoll torqod kemm tista' u tnaqqas il-ħruġ speċjalment il- ħruġ ta' bil-lejl. Jekk trid ittejjeb il-ħinijiet bilfors trid tagħmel sagrifiċċju inkella tibqa' fejn tkun. Xi nies jistaqsuni hemmx xi sigriet imma mhemmx. Trid dedikazzjoni u trid temmen f 'dak li tkun qiegħed tagħmel. Imbagħad il-ħinijiet jiġu waħedhom. Nagħmel sessjoni ta' taħriġ qabel ix-xogħol u oħra wara. Is-sessjonijiet huma varjati kemm fil- ħin u anke fl-intensità. Dan huwa possibbli anke bl-għajnuna li ningħata mill-Forzi Armati ta' Malta, li jiena nagħmel parti minnhom. Nagħmel ukoll ftit taħriġ bir-rota u anke għawm meta jkolli ċans. Inħobb ukoll kultant immur nimxi. Meta timxi ġieli tara affarijiet li meta tiġri ma tarahomx għax meta tiġri tant tkun iffukat fuq il-ħin li trid tagħmel li ma tosservax l-ambjent ta' Sarah Chouhal terġa' tikser ir-rekord tal-Cadets fil-Hammer Throw NHAR is-Sibt 16 ta' April waqt il- laqgħa tal-Athletics Challenge 3, Sarah Chouhal, ta' AS Libertas li wkoll tattendi l-Iskola Nazzjonali tal-Isport reġgħet kisret ir- rekord nazzjonali tagħha stess fil- hammer throw fil- kategorija cadets b'tefgħa ta' 44.84m. Din hija r-raba' darba dan l-istaġun li Sarah irnexxielha tikser dan ir-rekord li fil-bidu tas- sena kien ta' 32m. Dan huwa progress tassew rimarkabbli għal Sarah li għad għandha biss 12 -il sena. Hi żiedet ir-rekord nazzjonali bi kwazi 10 metri mill-bidu tal-istagun s'issa. Apparti li Sarah tibbrilla f 'avvnimenti oħra wkoll fosthom ġiri u qbiż, din id- dixxiplina żgur hija waħda li fiha tista' tipprometti futur kbir. Ftit issib atleti li jkunu tajbin ħafna overall. Sarah qed tkompli fuq il- passi tal-ġenituri tagħha Rachid u Antonella Chouhal - atleti nazzjonali li żgur li m'għandhomx bżonn ta' introduzzjoni fix- xena lokali tal-atletika. Antonella min-naħa tagħha hija l-kowċ ta' Sarah fit-throws, waqt li Rachid jikkowċjaha fid-dixxiplini l-oħra. Din is-sena apparti Malta, hija diġà kkompetiet fil-London Indoor Games, fejn għalkemm kienet fil-kategorija U15 hi spiċċat fis-sitt post overall fit-800 metru. Dan ir-riżultat kien wieħed tajjeb ħafna meta tqis li din kienet qed tikkompeti ma' kompetituri sa tliet snin ikbar minnha. Din is- sena rebħet ukoll l-endurance league li huwa organnizat mil-MAAA. Hija wkoll ħadet sehem f 'indoor games oħra f 'Manchester fejn tejbet il-ħinijiet tagħha indoor sostanzjalment. Sarah tidher li għandha prospetti sbieħ għall-futur sportiv tagħha u żgur mhix se tkun l-aħħar darba li se nisimgħu bis-suċċessi tagħha. Sarah Chouhal fl-azzjoni fil-Hammer Throw

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 April 2016