Illum previous editions

ILLUM 24 April 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/670468

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 24 t'April 2016 | illum Sports 33 jimpressjona fl-atletika madwarek biżżejjed. Inħoss ukoll li l-mixi jirrilassani. Tgħallimt ukoll li ma tistax tiekol li trid u lanqas kemm trid. Waħda mill- ewwel affarijiet li għallimni l-coach tiegħi, Jesmond Bonnici huwa li minkejja li nkun qiegħed niġri mal- 100 kilometru fil-ġimgħa xorta nista' nsibha diffiċli biex inżomm il-piż ideali. Fil-fatt kif bdejt nittrenja miegħu kelli inżomm dieta stretta biex innaqqas il-piż għax ħass li kelli madwar 4 kilos żejda. Dan ma jfissirx li ma tikolx imma li tiekol ikel u xorb li huwa tajjeb għalik. Bniedem li ma jkunx atleta forsi ma jindunax x'differenza kapaċi jagħmel il-piż, anke fi bniedem relattivament irqiq. Jekk tkun qiegħed iġġorr żewġ kilos jew tlieta iktar milli jmissek, inaqqsulek il- veloċitaà Meta jonqos il-piż jonqos ukoll il-ħin li tagħmel fit-tellieqa u b'hekk tagħmel kuraġġ. Il-pjanijiet tiegħi huma li fix-xhur li gejjin nagħmel numru ta' tlielaq fit-trakka f 'Malta u oħrajn fit-triq barra min Malta. Għandi xi tlielaq ippjanati għal Mejju meta ser nitla' l-Ingilterra niġri xi tlielaq fit-triq. Wara s-sajf qiegħed naħseb ukoll biex nagħmel nofs maratona, aktarx fl- Italja. Nixtieq nirringrazzja lill-familja tiegħi tal- għajnuna li jagħtuni, il-kowċ tiegħi Jesmond Bonnici, il-masseur Derek Starfrace, il-Forzi Armati , u l-klabb tegħi St Patricks AC. Nawgura wkoll li din it-tellieqa tibqa' żżid fil- popolarità li diġà għandha u anke li jkun hemm livell għoli ta' prestazzjoni mill- atleti," temm jgħid Mario Grech. Mario Grech fl-azzjoni L-Iżvilupp ta' talent żagħżugħ fil-volleyball rifless fl-istorja ta' Swieqi Phoenix Volleyball Club SWIEQI Phoenix Volleyball jifforma parti mill-Phoenix Sports Club, klabb sportiv stabilit li fi ħdanu jinkludi wkoll timijiet fil-handball u l-basketball, fost oħrajn. Għalkemm it-taqsima tal-volleyball tal-Phoenix, jiġifieri is-Swieqi Phoenix Volleyball, ila teżisti biss madwar ħames snin, fl- aħħar sentejn din għaddiet minn proċess ta' tibdil radikali. Bħala riżultat ta' dan il-proċess, illum dan il-klabb tal-volleyball għandu missjoni ċara u strateġija fit- tul li diġà bdiet iġġib il-frott mixtieq. Tkellimna ma' Orlando Bonnici, President tal-Phoenix Sports Club, u Leonard Zammit Munro, id-Direttur Tekniku tal-Volleyball u Head Coach tat-timijiet, dwar dan il-proġett innovattiv u nteressanti. Orlando Bonnici spjegalna kif sa ftit snin ilu, il-klabb kien qed jitmexxa bħall-klabbs oħra fil-volleyball u fi sports oħra, fejn kien hemm tim tas-'seniors' u nursery, li kienet għada fil-bidu tagħha. Sentejn ilu ittieħdet id-deċiżjoni illi r-riżorsi kollha tal-klabb jiġu ffukati fuq it-tfal u żagħżagħ li kienu tilgħin fi ħdan il-klabb, kif ukoll dawk li kienu se jingħaqdu miegħu fil-futur. "Bħala klabb, ridna li nibnu tim bbażat esklussivament fuq żagħżagħ imrawmin fuq il-mentalita' u bażi teknika li tiġi mgħallma fi ħdan il-klabb; valuri bħar-rispett, dixxiplina, dedikazzjoni lejn titjib tekniku kontinwu, u fuq kollox it-trawwim ta' atleti mill-lat sportiv, psikoloġiku, fiżiku, kif ukoll soċjali. Iddeċidejna li ma kellna l-ebda għaġla sabiex nirbħu unuri fix-'short term', għax kollna konvinti li r-riżultati jaslu b'mod gradwali, jekk nibqgħu mal- għanijiet li kollna fassalna". Leonard Zammit Munro, id- Direttur Tekniku tal-Volleyball u Head Coach tat-timijiet fi ħdan in-nursery tas- Swieqi Phoenix Volleyball, qalilna illi ma kinetx ħaġa faċli sabiex jittieħed dan il-pass. "Bħala parti minn din l-istrateġija, sentejn ilu daħħalna grupp ta' tfajliet, ta' bejn il-ħdax u ħmistax-il sena, fit-Tieni Diviżjoni. Ovvjament dan kien impenn iebes għall-plejers tagħna, iżda din l-esperjenza saħħithom bil-bosta, tant li fl- istaġun ta' wara waslu l-ewwel unuri għall-klabb, meta irbaħħna l-kampjonati tal- kategoriji Under 14 u Under 16 mingħajr ma tlifna logħba, filwaqt li l-istess grupp kiseb it- tieni post fl-Under 18 u t-tielet post fl-Ewwel Diviżjoni. Dan l-istaġun, diġa'ġejna ddikkjarati champions tal-Under 16 u rbaħħna matematikament il-kampjonat tal-Under 18, u qegħdin niġġieldu għat-titlu tal-Under 14, u għall-post fost l-ewwel tlieta fl-Ewwel Diviżjoni. Ta' min isemmi wkoll, li bħala riżultat tax- xogħol li qed inwettqu fi ħdan il-klabb, numru tajjeb ta' plejers tagħna qed isibu posthom fit-tim nazzjonali Malti taż-żgħażagħ". Meta staqsejna lill-President tal-klabb, Orlando Bonnici, x'jagħmel is-Swieqi Phoenix Volleyball differenti minn klabbs oħrajn, huwa qal li probabilment il-fatt li hemm strateġija fit-tul, mibnija fuq iż-żagħżagħ, tagħti sens ta' missjoni lil kulħadd fi ħdan il-klabb, inkużi l-kowċis, il-plejers – li jħossuhom li jagħmlu parti minn familja kbira – kif ukoll il-ġenituri u l-isponsors. "Aħna naraw it-tkabbir tal-atleti tagħna b'mod ħolistiku, għalhekk ninvolvuhom f 'taħriġ u korsijiet għar-referees u scorekeepers, kif ukoll narawhom bħala kowċis futuri tan-nursery tagħna. Bdejna wkoll ntuhom iċ-ċans jiżvillupaw il-ħiliet tagħhom fl-isport olimpiku tal-beach volley, permezz ta' Akkademija li waqqafna aħna stess is-sena l-oħra. Barra minnhekk, qed nagħtu importanza lill- esperjenza internazzjonali. Is- sajf li għadda it-tfajliet tagħna ħadu sehem f 'tournament Under 18 fis-Sqallija, li spiċċaw rebħu. Is-sajf li ġej, ser nipparteċipaw f 'tournament ta' prestiġju internazzjonali ġewwa l-Ungerija". F' kumment finali, Bonnici qalilna li "jidher li bħala klabb, kif jgħidu l-Ingliżi 'We're on the right track'. Iżda hemm ħafna sfidi li jaffettwaw mhux biss lill-klabb tagħna iżda lill-volleyball Malti b'mod ġenerali. Fost dawn hemm l-isfida illi nġiegħlu aktar tfal jersqu lejn dan l-isport sabiħ. Grazzi għall- isforzi tal-Malta Volleyball Association, issa jidher illi l-affarijiet qed jiċċaqalqu, u bil-kollaborazzjoni ta' entitajiet sportivi bħal SportMalta u l-iSports Promotion Unit, fost oħrajn, qed naraw il- prospettiva illi klabbs lokali jkollhom aktar aċċess għal talent ġdid." Għal aktar informazzjoni dwar Swieqi Phoenix Volleyball Club, wieħed jista' jċempel fuq 9947 3395 jew inkella jidħol fuq il-paġna tal-klabb fuq Facebook. Plejers ta' Swieqi Phoenix Volleyball Club jifirħu wara li saru champions tal-Kampjonat ta' taħt is-16-il sena tal-Volleyball.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 April 2016