Illum previous editions

ILLUM 24 April 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/670468

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- logħba tal-futbol? Peressli jien il-Mosta kont noqgħod viċin il-grawnd, il-fatt li nara t-tfal jilagħbu kuljum awtomatikament kien ħajjarni biex nibda nilgħab il-futbol. Bdejt il-karriera tiegħek ma' Mosta taħt it-tmexxija tal-kowċ Pawlu Zammit. Irrakkonta l-esperjenza tiegħek ma' Mosta. Ta' 17/18 -il sena bdejt nittrenja mat-tim tal-kbar ta' Mosta u Pawlu Zammit kien il-bniedem li tani ċ-ċans meta konna Premier. Imbagħad huwa kien mar mat-tim ta' Valletta iżda jien xorta waħda bqajt nilgħab. Konna waqajna fl-Ewwel Diviżjoni wara l-play-out ma' Qormi u għamilt sentejn oħra bil-flokk ta' Mosta. Ta' 21 sena, iffirmajt ma' Valletta mbagħad iżda Pawlu Zammit kien diġà mar ma' Birkirkara. Wara Mosta wasal żmienek ma' Valletta. Irrakkontalna daqsxejn. Meta sseħibt ma' Valletta, il-kowċ kien l-Olandiż Ton Caanen li kien għadu ġdid għall-futbol Malti. Minkejja li kont diġà lgħabt fil- Premier ma' Mosta, din kienet l-ewwel esperjenza tiegħi ma' klabb kbir allura kelli bżonn nissetilja xi ftit ukoll. Niftakar li Ton Caanen kien tani ċ-ċans tiegħi fit-tieni taqsima f 'partita mirbuħa bl-iskor ta' 2-1 kontra Ħamrun Spartans. Minn hemm 'il quddiem bdejt nilgħab b'mod regolari u ninsab kuntent ta' dik l-esperjenza għaliex irbaħt ħafna fosthom tliet kampjonati u Super Cups, żewġ FA Trophies u anke t-Tazza tal-Mitt Sena (Centenary Cup). L-unika nota negattiva li kelli ma' Valletta kienet l-injury li żammietni għal żmien twil barra mill-azzjoni. Niġu issa għat-tim nazzjonali Malti. Jidher li Pietro Ghedin għandu fiduċja assoluta fik. Iva, jidher li Pietro Ghedin għandu fiduċja fija. Iżda kienu ż-żewġ kowċis John Buttigieg u Carmel Busuttil li tawni ċ-ċans man-nazzjonal u ta' dan nirringrazzjahom. Madankollu, jidher li Pietro Ghedin jemmen fija. Taqbel mat-tiġdid tal-kuntratt ta' Pietro Ghedin mill-MFA? Ifhem, mhix ħaġa li għandi naħseb fuqha. X'sensazzjoni tħoss meta tilgħab bil- flokk tan-nazzjonal? Li tilbes il-flokk tat-tim nazzjonali huwa ta' unur kbir fi kwalunkwe sport għaliex tkun wasalt f 'livell għoli. Fost il-ħafna logħbiet memorabbli li kelli, dawk li nibqa' niftakar huma dawk fejn inkunu affrontajna timijiet kbar bħall-Italja. Ġieli nisma' kritika dwarek fuq il-fatt li inti xi ftit aggressiv fil-grawnd. Perezempju t-tkeċċija li kellek wara li ffawljajt lil Mario Mandzukic fit-telfa ta' 2-0 kontra l-Kroazja f 'Zagreb nhar it-Tlieta 9 ta' Settebru tal-2014. Xi twieġeb għal din il- kritika li ssir fil-konfront tiegħek? Xi kultant huwa normali li titlef it-temperament waqt partita, speċjalment meta jkollok ħafna adrenalina. Tiġri anke lill-plejers kbar din is-sitwazzjoni. Madankollu, għadu jiddispjaċini ħafna sal-ġurnata tal-lum tat-tkeċċija tiegħi fil-konfront kontra l-Kroazja għaliex kont ħallejt lil sħabi b'10 plejers filwaqt li anke tlift tliet partiti minħabba sospensjoni, fosthom id-draw ta' 1-1 kontra l-Bulgarija u anke l-partita kontra l-Italja. Kellek ċans li tmur tilgħab l-Afrika t'Isfel ma' Platinum Stars. Għaliex ma mortx? X'kien ġara eżatt? Iva, nikkonferma li kelli ċ-ċans li mmur. Kelli aġent Taljan li kellu partner ġewwa l-Afrikat'Isfel u kiengharrafnibl-interess ta' Platinum Stars. Jien mort għall-ġimgħa hemmhekk, sabiex nagħmel prova ma' dan il-klabb. Sadanittant, fl- istess ħin kelli offerta mingħand il-klabb Ċiprijott ta' Anorthosis, fejn mort nagħmel prova wkoll. Madankollu, ma kontx aċċettajt li mmur ma' Anorthosis għaliex suppost kelli kollox lest ma' Platinum Stars fejn iżda kien ġie kkanċellat kollox minħabba xi kwistjoni ta' plejers barranin. Nista' ngħid li meta rriffjutajt lil Anorthosis, għamilt żball kbir għaliex kelli l-opportunità li nilgħab ma' klabb kbir. X'taħseb dwar l-esperjenza tiegħek sa issa ma' Aris Limassol? Hija esperjenza pożittiva u esperjenza fejn sejrin tajjeb b'mod kollettiv, għaliex qabel l-istaġun kulħadd kien diġà kkundannana għal isfel, iżda bħalissa ninsab lejn nofs il-klassifika u ninsabu sodisfatti. Imbagħad kif jispiċċa l-kuntratt fl-aħħar tal-istaġun, naraw fejn ħa nkompli l-karriera tiegħi. Peressli Andrè Schembri jilgħab Ċipru wkoll, ġieli tiltaqgħu? Diffiċli. Kemm għax huwa joqgħod 'il bogħod minni kif ukoll għax it- tnejn li aħna għandna ħajjitna li rridu mmexxu ta' kuljum u li hija waħda bieżla ferm. Kif ħassejtek meta lgħabt kontra Schembri stess fil-Kampjonat Ċiprijott? Kienet sensazzjoni differenti għaliex ta' min jgħid ukoll, li din kienet l-ewwel darba li lgħabt kontrih, għaliex is-soltu nilagħbu flimkien man-nazzjonal biss. Il-Kampjonat Ċiprijott huwa wieħed ta' livell għoli? Iva, huwa ta' livell għoli għaliex il-klabbs huma professjonali u anke minħabba l-fatt li għandhom baġit finanzjarju tajjeb, illi jippermetti li t-timijiet jikbru minn kull aspett. Kif inhuma l-klabbs Ċiprijotti mill- aspett ta' infrastrutturi? Huma ideali, għaliex kull klabb Ċiprijott għandu l-infrastruttura tiegħu u m'hemmx bżonn li taqsam grawnd ma' ħaddiehor. Jien nilgħab illum | Il-Ħadd 24 t'April 2016 Cristian Antony Muscat Steve Borg - wieħed mill-aqwa futbolers li pproduċa l-futbol Malti f'dawn l-aħħar snin fejn bħalissa qed jagħmel isem għal pajjiżna ġewwa Ċipru mat-tim ta' Aris Limassol. Huwa wkoll pedina indispensabbli tat-tim nazzjonali Malti, fejn huwa kolonna fid-difiża. Il-gladjatur Malti li qed jagħmel Sports 34 "Għadu jiddispjaċini ħafna sal-ġurnata tal-lum tat-tkeċċija tiegħi fil-konfront kontra l-Kroazja għaliex kont ħallejt lil sħabi b'10 plejers filwaqt li anke tlift tliet partiti minħabba sospensjoni, fosthom id-draw ta' 1-1 kontra l-Bulgarija u anke l-partita kontra l-Italja."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 April 2016