Illum previous editions

ILLUM 24 April 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/670468

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 24 t'April 2016 | illum isem għal pajjiżna ġewwa Ċipru Sports 35 ma' klabb żgħir u għandna riżorsi tajbin, aħseb u ara l-klabbs l-kbar Ċiprijotti. Inti kont tgħallem l-Edukazzjoni Fiżika wkoll. Titħajjar terġa' tidħol f 'din il-linja? Ma nafx. Kelli nitlaq għaliex ma stajtx inżomm ix-xogħol jekk ridt nilgħab il-futbol b'mod professjonali. Madankollu, wara li nispiċċa l-karriera, għadni ma nafx x'se nagħmel. Għalissa ninsab iffukkat li nispiċċa l-karriera kalċistika biss b'mod tajjeb. Għadek issegwi lil Valletta u l-bqija tal-kampjonat Malti? Iva, kull meta tintwera xi partita fuq TVM2, dejjem insegwiha. Nidħol insegwi kemm il-klassifika kif ukoll il-highlights tal-kampjonat kollu. Taqbel mal-idea li l-Kampjonat Premier ikun kompost minn 14 -il tim? Ma naqbilx. Madankollu naqbel mal-idea tas-seba' plejers barranin fil-grawnd għaliex nemmen li l-livell tal-Kampjonat Premier għola. Fejn is-soltu kien ikollok ħames timijiet li tkun ċert li ħa tirbaħ meta tilgħab kontrihom, din is-sena kienu żewġ timijiet biss li kont tista' tgħid li ħa tirbaħ żgur kontrihom. X'taħseb dwar il-kankru tal-betting? Huwa possibli li dan jinqered darba għal dejjem? Hija problema li sfortunatament daħlet sew fil-logħba tal-futbol u onestament ma nemminx li kapaċi tissolva. Ta' spiss nisimgħu l-kritika li intom bħala Malta, tilagħbu tajjeb iżda ma ġġibux punti. Xi twieġeb? Mhuwiex faċli li ġġib il-punti meta inti tkun tim żgħir. Madankollu, nemmen li tejjibna l-livell tagħna xi ftit allavolja għad baqa' fejn inkomplu niżviluppaw. Onestament, il-kritika ma ddejjaqnix għaliex jekk m'intiex kapaċi taċċettaha, tilgħabx futbol. Ħaġa li ddejjaqni però, hija t-tgħajjir, għaliex hemmhekk turi li m'għandekx idea ta' futbol. X'tikkumenta dwar il-ħidma tal- MFA? Onestament, mhix il-kompetenza tiegħi biex inwieġeb rigward dan. Għandek xi nostalġija partikolari ta' Malta? Nammetti li iva, għandi nostalgija ta' Malta speċjalment għaliex nimmissja lill-familja u lil sħabi, iżda fil-ħajja kollox irid ikun u xi kultant trid tagħmel is-sagrifiċċji biex tasal fejn trid. Għaddi messaġġ lit-tfal u ż-żgħażagħ li qegħdin jaqraw din l-intervista. Il-messaġġ tiegħi huwa wieħed sempliċi - li qatt m'għandhom jaqtgħu qalbhom għaliex il-ħolm huwa possibli. Barra minn hekk, kulħadd ikollu bżonn xi ftit ta' fortuna sabiex jasal fejn jixtieq. Twieled fil-15 ta' Mejju 1988, f 'Tal-Pietà. Jilgħab ma' Aris Limassol f 'Ċipru. F'Malta lagħab ma' Mosta u Valletta. Huwa wkoll pedina indispensabbli tat-tim nazzjonali Malti, fejn huwa kolonna fid-difiża. Kienu d-duo ta' kowċis John Buttigieg u Carmel Busuttil li tawh iċ-ċans li jiddebutta mat-tim nazzjonali Malti. Huwa wkoll għalliem ikkwalifikat tal- Edukazzjoni Fiżika. Steve Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 April 2016