Illum previous editions

ILLUM 24 April 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/670468

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

illum | Il-Ħadd 24 t'April 2016 L-ewwel atleta Għawdxija li rebħet midalja Internazzjonali 'Ma', meta narak tifraħ, qalbi tinfetaħ' minn John Busuttil DAN kien kliem li ħareġ spontanju minn fomm atleta Għawdxija ta' 17-il sena b'abilitajiet speċjali wara li semgħet lil ommha tgħidilna li malli rat lil bintha tirbaħ għalqet għajnejha u bkiet bil-ferħ. F'dawn il-jiem li għaddew Maria Pia Saliba, tfajla Għawdxija mix-Xewkija bil-kundizzjoni Down Syndrome għamlet unur lilha, lill-familja tagħha, lil Malta u speċjalment lil Għawdex meta ħadet lejn il- gżira ċkejkna ta' Għawdex tliet midalji mirbuħa fl- iSpecial Olympics li saru f 'Ċipru. L-għawwiema żagħżugħa rebħet il-bronż fil-50 metru 'backstroke', il-fidda fil-25 metru 'butterfly' u d-deheb fil-medley 4 x 50 metru. Biex b'hekk Maria Pia hi l-unika atleta Għawdxija li qatt rebħet midalji fl-isfera internazzjonali. Kisba kbira li turi li l-barrieri qegħdin hemm biex jinqabżu. Mort niltaqa' ma' Maria Pia u ommha Tanya fid- dar tagħha x-Xewkija fejn quddiemi tfaċċat tfajla bjondija, simpatiċissima iżda kemmxejn mistħija. Ommha Tanya kellha għajnejha mimlija ferħ u kburija bis-suċċess li kisbet bintha f 'Ċipru. Qaltli 'meta twieldet bil-kundizzjoni tagħha qaluli li kienet tifla speċjali. Dakinhar ma tantx tajt kas li qaluli iżda llum mhux biss nagħtihom raġun iżda Maria Pia hi grazzja minn Alla". Tanya qaltli li din l-istorja bdiet sentejn ilu, meta t-tifla kienet ix-Xlendi fejn tħobb tmur tgħum fis-sajf u tqatta' nofstanhar sħiħ fl-ilma, "u qas ngħajja u lanqas għaraq ma joħroġli għax jien inħobb ħafna ngħum" qabżet tgħidli Maria Pia. Tanya qaltli li kienet lemħitha mara barranija u qaltilha li t-tifla għandha saħħa kbira fl-għawm u jmissha tibgħatha għall-iSpecial Olympics. Tanya tħajret u kellmet lill-kowċ tal-għawm tal-club tal-Waterpolo Otters, Alfred Cachia. Sabet għajnuna kbira minnu u mill-Otters biex ingħaqdet mat-team tal-iSpecial Olympics. "Kellimt lil Anna Calleja li qed tagħmel xogħol kbir ma' dawn iż- żgħażagħ u qaltli li t-tifla bdiet titħarreġ fil-pixxina f 'Malta darbtejn fil-ġimgħa, It-Tlieta u l-Ħamis. Nitlaq lejn Malta bit-tifla fis-2 p.m. u nirritorna fis-7.30 p.m. Għax Maria Pia m'għandhiex klabb minħabba li f 'Għawdex m'hawnx clubs tal- għawm u qisni miġnuna niġri biha bejn Malta u Għawdex. Diffiċli ħafna għal Maria Pia għax Għawdxija." Iżda l-inkwiet tal- omm jibda hawn. Maria Pia bħalissa qed tattendi l-MCAST tieħu l-kors 'Pathway' li jgħinhom ħafna fit-taħriġ għall-ħajjar. "Il-problemi jibdew hawn" qaltli Tanya, "għax malli tispiċċa l-iskola t-tifla m'għandhiex fejn tmur. Se jkollha tibqa' d-dar għax f 'Għawdex m'hawnx xogħol għaliha". Dak il-ħin Maria Pia ħarset lejja u qaltli b'mod imqanqal, "Jien ma rridx noqgħod id-dar ma nagħmel xejn. Irrid naħdem". Ommha qaltli li Maria Pia taf taqra u tikteb bl- Ingliż u t-Taljan u hi tixtieqha li titħallat ma' żgħażagħ bħalha u taħdem. Qaltli li applikat il-posta iżda ma ħadet l-ebda risposta. Hawnhekk tkellimt ma' Maria Pia li bdiet tidrani xi ftit. Staqsejtha x'ħasset meta rebħet il-midalji. "Waqt l-għawma nħossni se nirbaħ. Inħoss koċċ ferħ u meta rbaħt fil-mummy ħsibt." Maria Pia qaltli wkoll li għaliha l-aktar midalja li ħadet gost tirbaħ hi dik tal-bronż u meta staqsejtha għaliex, qaltli li għax f 'dik it-tellieqa kien hemm l-aħjar għawwiema u tatha sodisfazzjon kbir. Qaltli wkoll li l-aktar li tħobb tgħum hi l-'butterfly stroke' u tħossha komda ħafna meta tgħumha. Tlabt lil ommha tgħidli meta rat lil bintha tirbaħ x'ħasset. "Għalaqt għajnejja u bkejt. Bgħatt sms lit-tifel Adrian u wara għamiltu 'send all', lil kull min kelli fuq il-mobile. Maria Pia qaltli, "jien lil oħti Michela bgħatt l-ewwel." Għalkemm qaltli li anke lil ħuha Adrian tħobb ħafna għax ifissidha ħafna, "anzi aktar minn Michela jfissidni ħija." Meta waslet l-ajruport minn Ċirpu kważi r-razza kollha marret tilqagħha, "iżda kien id-daddy li tani l-ewwel bewsa." Maria Pia b'ċertu ħlewwa u rasha 'l isfel qaltli bid-djalett Għawdxi qaltli, "Dak il-ħin ħassejt koċċ ferħ u koċċ tferfir." Staqsejtha jekk l-avventura tagħha waqfitx hawn? Tatni ħarsa u wieġbet, "il-kbir għadu ġej. Ma rridx nieqaf." Fil-fatt bħalissa qed tittrenja biex tintgħażel għall-European u l-Mondjali tal-iSpecial Olympics fejn qed tittama li tintgħażel speċjalment fil-'butterfly stroke' fejn teċċella. Maria Pia qaltli wkoll li hi tħobb tiżfen ħafna għax iż- żfin hu t-tieni passatemp tagħha. Tħobb ukoll issajjar ir-ravjul biz-zalza u llum tgħallmet ukoll x'għandha tiekol għax hi 'coeliac' u l-ikel tagħha jrid ikun 'gluten free'. Juventina u taf lill-plejers kollha tal- Juventus. Sadattant qabel tlaqt ommha qaltli li trid tirringrazzja ħafna lil dawk kollha li jaħdmu għall-iSpecial Olympics, speċjalment lil Anna Calleja li taħdem qatigħ għal dawn iż-żgħażagħ u anke lill- kowċ tagħha Erika Andolfi. Interessanti wkoll li l-paġna tagħha fuq l-internet kellha 35,000 'view'. "Malli wasalt Malta ħassejt koċċ ferħ u koċċ tferfir"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 April 2016