Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/670468
Aħbarijiet 5 Il-Ħadd 24 t'April 2016 | illum Birżebbuġa daqshekk minsija X'ippropona Debono fl-2012? Fil-mozzjoni li qatt ma ġiet diskussa Debono propona li: • Jitneħħa b'urġenza l-operat tal-Enemalta msejjaħ '31 ta' Matzu 1979' • Li l-Power Station għandha titħaddem bil- gass jew diesel. Mhux HFO • Issir ġustizzja mar- residenti ta' dawn l-inħawi permezz ta' proġetti ambjentali L-akbar ġerħa ambjentali titneħħa sal-2018 Minkejja l-proġetti msemmijin hawn fuq l-akbar kisba għal dan il- Gvern u għan-Nofsinhar tal-pajjiż se tkun it-tneħħija ta' dik li tista' titqies bħala l-akbar dnub u ġerħa ambjentali f 'Birżebbuġa. Qed nirreferu għat- tankijiet tal-gass fid-Depot msejħa l-'31 ta' Marzu 1979'. Dawn it-tankijiet ilhom għal snin twal mhux biss ġerħa, għax ikerrhu d-dehra taż-żona, imma wkoll periklu mill-aktar serju għar-residenti tal- madwar. Dan apparti li ż-żona u t-toroq tal- madwar ġieli għexu taħt 'sħaba' ta' rwejjaħ matul ċerti ħinijiet tal-ġurnata. Il-Gvern permezz tal- Ministeru tal-Enerġija u s-Saħħa qed jaħdmu biex dan id-Depot jitneħħa. Fil-fatt, il-pjanijiet huma li sal-2018 dan ikun ingħalaq u minfloku jinfetaħ impjant simili f 'Ħas-Saptan, lil hinn minn żona residenzjali. Matul l-2015 l-istess Ministeru tefa' applikazzjoni quddiem il- MEPA li mmarkat il-bidu ta' dan il-proċess kif ukoll biex jinbeda xogħol fuq faċilitajiet diġa eżistenti. S'issa għadu mhux magħruf x'se jsir mill-art konsiderevoli li se titħalla vojta wara l-għeluq ta' dan l-impjant ta' dannu għar- residenti. Wieħed jittama li l-vojt, jew parti minnu, jintuża biex tingħata xi forma ta' kumpens ambjentali lil dawk li llum, meta jiftħu t-twieqi ta' djarhom, jaraw tank taż- żejt ma' wiċċhom. Se nużaw dan il-proġett biex nippromovu ħajja b'saħħitha Nifs ġdid wara 25 sena minsijin Bernard Farrugia Segretarju tal-Għaqda Storja u Kultura ta' Birżebbuġa u Viċi President tal-Għaqda Federazzjonijiet f 'Birżebbuġa kien pożittiv ferm dwar il-proġetti li għaddejjin bħalissa fil- lokalità fejn jgħix. Apparti li spjega kif in-nies laqgħu dawn il- proġetti b'mod pożittiv huwa fakkar ukoll kif malli jkun lest il-proġett tal-piċċ tal-Waterpolo se jkunu qed jibdew lezzjonijiet fl- għawm għat-tfal minn tliet snin 'il fuq. Dan apparti l-ħidma biex Birżebbuġa jerġa jkollha t-tim rebbieħ li xi darba kellha fil- waterpolo. Bħala bniedem sportiv u attiv Farrugia spjega s-sentiment pożittiv fost il-poplu ta' Birżebbuġa u tiegħu wkoll, hekk kif l-grawnd tal-futbol se jsir, "wara li kien ilu mwiegħed lin-nies ta' Birżebbuġa għal snin twal." Is-Sindku ta' Birżebbuġa Kevin Barun iddeskriva l-proġetti li għaddejjin bħalissa f 'Birżebbuġa bħala nifs ġdid "wara li konna ilna 25 sena minsijin." Ma' din il-gazzetta huwa qal illi issa, li x-xogħol fuq il-proġetti beda riesaq lejn it-tmiem u għalhekk hemm ċertu ħeġġa biex ir-residenti jibdew jużaw dawn il- faċilitajiet. Huwa faħħar ukoll il-mod mgħaġġel li bih mexa' x-xogħol fuq dawn iż-żewġ proġetti sportivi. Dwar it-tneħħija tat-tankijiet tal-'31 ta' Marzu 1979' Barun qal illi l-mijiet ta' residenti li jgħixu fil-viċinanzi huma ħerqana għat-tneħħija tagħhom u qed iħares 'il quddiem għal dak li se jsir minflok it-tankijiet. Kevin Barun sostna illi r-residenti tal-akwati jixtiequ u jkun jixraqilhom li l-post iservi ta' pulmun u ta' żona għar- rikreazzjoni, biex b'hekk iservi ta' kumpens għad-danni ambjentali li l-istess familji sofrew matul is-snin. The Flying Carpet Importers of hand-knotted Oriental carpets THE FLYING CARPET - OLD RAILWAY TRACK, ATTARD Mon - Tues, Thurs - Sat 10am – 12pm • Wednesday morning closed Mon - Fri – 4.30pm - 7pm Importers of: Various hand knotted carpets and Kilims, Non Slip Underlay, Dry and Liquid shampoo. Mobile No. 7953 7664