Illum previous editions

ILLUM 24 April 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/670468

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

Aħbarijiet 7 Il-Ħadd 24 t'April 2016 | illum 120 kirurgu minn madwar id-dinja mistennija jingħataw taħriġ speċjalizzat f 'Malta PERMEZZ ta' kollaborazzjoni bejn l-Università ta' Malta, id-Dipartimemt tas- Saħħa u l-Assoċjazzjoni Taljana għall-Uroloġisti u Andrology, madwar 120 kirurgu minn madwar id-dinja, mistennija jibdew jingħataw taħriġ speċjalizzat f 'pajjiżna. Ftit tal-jiem ilu fl- Università ta' Malta kien qiegħed isir taħriġ speċjalizzat f 'minimal 'invasive surgery', għal tobba Maltin u Taljani. F'dan it-taħriġ speċjalizzat, kirurgi Maltin kif ukoll Taljani setgħu jagħmlu taħriġ prattiku fl-ispeċjalità tal- Uroloġija, fosthom dwar 'key hole surgery' fuq il-kliewi u prostata. Il-ħsieb tal-kollaborazzjoni bejn speċjalisti Taljani u Maltin huwa li t-taħriġ jinfirex għal speċjlizazzjonijiet oħra fosthom fil-'gynaecology' u 'endoscopy'. Il-pjan huwa li jsiru sitt sezzjonijiet ta' taħriġ ta' dan il-livell kull sena, b'120 kirurgu jieħu t-taħriġ f 'pajjiżna. "Għal Malta dan mhux biss ifisser li l-kirugi tagħna jkunu jistgħu jingħataw dan it-taħriġ b'xejn, iżda jfisser li kirurgi minn madwar l-Ewropa jaraw lil Malta bħala ċentru ta' taħriġ tal-ogħla livell," qal is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa, Chris Fearne meta mitlub jikkumenta fuq din l-inizjattiva. Huwa qal li din hija biss ħolqa waħda f 'katina ta' proġetti li qegħdin ikomplu jgħollu 'l fuq isem pajjiżna fil-qasam tas-saħħa. Fix-xhur li ġejjin se jibda l-bini fuq l-iskola medika, Barts. Il-Barts School of Medicine li tagħmel parti mill-Queen Mary University hija istituzzjoni medika ta' kalibru u magħrufa mad- dinja kollha. Fl-2008 Barts kienet ikklassifikata fl-ewwel post għall-kwalità fir-riċerka medika f 'Londra u madwar ir-Renju Unit kollu kif ukoll bħala waħda mill-akbar skejjel mediċi f 'Londra. Is-sena li għaddiet ukoll kien tħabbar investiment kbir ieħor fil-qasam tas- saħħa, il-bini ta' sptar privat fi Smart City. L-Isptar Ġwanni Pawlu II, għandu warajh ismijiet rinomati bħal Johnson & Johnson u l-Università La Sapienza ta' Ruma. Fl-aħħar ġranet sar magħruf ukoll li l-Fakultà tal-Mediċina u Kirurġija tal-Università ta' Malta, saret iċ-ċentru internazzjonali għall-eżamijiet kliniċi għar- Royal College of Physicians tar-Renju Unit. Fil-bidu ta' dan ix-xahar, 44 tabib minn pajjiżi differenti, fosthom sitt tobba Maltin, poġġew għall- eżamijiet tar-Royal College of Physicians f 'Malta. 'Żiedu t-traduzzjonijiet ta' xogħlijiet letterarji Maltin' "L-AWTURI Maltin u Għawdxin m'għandhom xejn inqas mill-awturi sħabhom Ewropej tant li xogħlijiet Maltin ġew rikonoxxuti madwar id-dinja b'mod speċjali fix-xenarju Ewropew. Prova ta' dan huwa li hemm pubblikaturi barranin li jinsabu lesti li jagħmlu traduzzjoni ta' xogħlijiet tal- Maltin fil-lingwi tagħhom". Hekk sostnew ammont ta' kittieba u awturi Maltin li attendew għall-attività tal- Ewroparlamentari Maltija Therese Comodini Cachia fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal- Ktieb u l-Copyright. Filwaqt li t-talent ma jonqosx, f 'Malta peress li pajjiż żgħir, l-awturi u l-kittieba għandhom diffikultajiet li huma differenti minn dawk ta' pajjiżi kbar u għalhekk tinħass aktar il-ħtieġa li l-għajnuna mill-Ewropa tiżdied u li dawk kollha involuti f 'dan is-settur jingħaqdu u jkunu vuċi waħda biex ix- xogħlijiet Maltin jibqgħu mħarsa. Dan ukoll minħabba l-insularità tal-lingwa Maltija. Saret enfasi fuq l-importanza tat-traduzzjoni tal-opri letterarji Maltin li tista' twassal għal aktar għarfien u tqajjem kuxjenza akbar dwar xogħlijiet Maltin u dwar l-istorja letterarja Maltija. Ġie diskuss ukoll ir-rwol tat-tradutturi u l-pubblikaturi. Matul l-attività li tellgħet l-Ewroparlamentari Maltija Comodini Cachia, il-pubblikaturi għamlu wkoll appell fuq il-ħtieġa li jiżdied l-infurzar tal-copyright fil-ġlieda kontra l-piraterija. Dan għandu jsir biex il- kittieba jingħataw l-għarfien u rinumerazzjoni ta' xogħolhom iżda wkoll biex il-pubblikaturi jkunu jistgħu jinvestu aktar fl-awturi. Meta indirizzat lil dawk preżenti għall-attività, l-Ewroparlamentari Therese Comodini Cachia ħeġġet lill- istakeholders kollha Maltin biex jingħaqdu ma' oħrajn Ewropej biex il-vuċi tagħhom tissaħħaħ meta l-leġiżlaturi jaslu biex jirregolaw dan is-settur. Dan fid-dawl li fix- xhur li ġejjin, il-Kummissjoni Ewropea se tippreżenta proposta dwar emendi fid- direttiva tal-copyright. Therese Comodini Cachia diġà serviet ta' rapportuer tal-grupp tal-Partit Popolari Ewropew (PPE) fuq rapport li ppropona reviżjoni ta' din id-direttiva fid-dawl tal-isfidi li s-settur għandu llum. Hija wkoll kienet kontributur ewlieni fit-tfassil ta' policy paper dwar il-copyright tal-PPE fuq l-armonizzazzjoni tal-copyright. Hija saħqet li regolarment qed tiltaqa' mal-istakeholders biex tifhem aħjar l-isfidi u b'hekk tkun tista' tirrifletti l-aspirazzjonijiet tagħhom fil-Parlament Ewropew.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 April 2016