Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/670468
illum | Il-Ħadd 24 t'April 2016 Qorti 8 Akkużati bi traffikar tan-nies u għajnuna lil organizzazzjoni kriminali ERBA' diretturi tal- kumpanija tat-tindif Mr. Clean ma ngħatawx il-benefiċċju tal-ħelsien mill-arrest, wara li ġew imressqa l-qorti nhar il-Ħamis mixlijin, b'fost akkużi oħra, traffikar ta' persuni. Eks-direttur Joseph Degiorgio, illum pensjonant ta' 71 sena minn Ħal Balzan, flimkien mad-direttur Paul Degiorgio ta' 47 sena minn Ħal Lija, Christopher Degiorgio, ta' 42 sena min-Naxxar u bint Joseph Degiorgio, Josianne Bugeja Degiorgio, ta' 34 sena minn Ħal Balzan ċaħdu l-akkużi kollha. Waqt seduta tal-għassa quddiem il-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera, l-erba' imputati ġew ukoll mixlija li waqqfu jew iffinanzjaw organizzazzjoni kriminali u li kienu ffurmaw parti minn din l-organizzazzjoni u b'miżapproprijazzjoni. L-ispetturi Joseph Busuttil u John Spiteri talbu li l-ħaddiema jitħallew jixhdu permezz ta' 'video link' iżda din it-talba ġiet miċħuda minħabba oġġezzjoni mqajma min-naħa tad- difiża, mill-avukat Joe Giglio. L-avukat Franco Debono qal li l-investigazzjonijiet kienu ilhom għaddejjin u tul dawn l-investigazzjonijiet, il-klijenti tiegħu kienu ngħataw il-ħelsien mill- arrest mill-pulizija. Ma setax jara l-bżonn li dawn jitressqu b'arrest. "Illum il-qorti għandha quddiemha raġel ta' sebgħin sena, imressaq taħt arrest," qal Debono b'ton ta' diżgust għall-miżura li ħass li kienet eċċessiva. "Kieku ma kinux daqshekk mgħaġġlin biex jressquhom il- qorti, kienu jindunaw li l-kundizzjonijiet ma kinux ħżiena daqskemm il-ħaddiema qed jallegaw. Il-kamra mikrija lill- impjegati kienet ikbar minn 250 metru kwadru, ma niżvijawx 'il-qorti!" qal Debono, leħnu jogħla. L-ispettur Busuttil spjega lill-qorti li l-imputati kienu ġew arrestati wara operazzjoni ta' sorveljanza li damet diversi xhur. Il- pulizija kienu osservaw kif il-kumpanija kienet iġġib lill-ħaddiema mill-Filippini u taħt liema kundizzjonijiet dawn kienu jaħdmu, qal Busuttil. Dawn kienu jgħixu 12-il persuna f 'kamra, kompla jgħid l-ispettur. Il-vittmi japplikaw mill-Filippini fejn, wara li jħallsu €5,000 – tliet snin paga f 'art twelidhom – lil aġenzija ta' reklutaġġ, kienu jiffirmaw kuntratt. Iżda malli dawn kienu jaslu Malta, kienu jiġu sfurzati sabiex jiffirmaw kuntratt differenti jew inkella jintbagħtu lura. L-avukat Giglio ċċara li d-differenza bejn il- kuntratti ma kinitx fil- paga, iżda kien jirrigwarda akkomodazzjoni u ikel, li biex l-awtoritajiet tal- Filippini jippermettu liċ- ċittadini tagħhom jaħdmu fl-esteru, trid tkun inkluża. Il-paga tal- ħaddiema kienet ogħla mill- paga minima nazzjonali, żied jgħid l-avukat. Id-difiża emfasizzat li fil-fehma tagħha, l-akkużi ta' traffikar ta' persuni kienu esaġerati. Id-dormitorju kien miżura temporanja sakemm tinbena blokk t'akkomodazzjoni apposta u minħabba l-esiġenzi tal-klijenti, kienu saru arranġamenti biex l-overtime jitħallas fuq rata ta' part-time. Xehdu wkoll żewġ ħaddiema li qalu li kienu jaħdmu taħt l-ordnijiet ta' Mr. Clean u kienu jitħallsu minnhom ukoll. Dawn xehdu li kienu jieħdu madwar €800 fix-xahar, skont kemm-il siegħa kienu jaħdmu. Ir-rata kienet ta' €4.20 fis-siegħa. Il-paga kienet tkun ċekk u kwalunkwe ħlasijiet għal sigħat żejda kienu jsiru permezz ta' flus kontanti. Joe Degiorgio kellu bżonn għajnuna medika meta dan ħassu ħażin fl-awla wara li t-talba għall-benefiċċju tal-ħelsien mill-arrest ġie miċħud. Għal Josianne Bugeja deher l-avukat Joe Giglio. L-avukati Franco Debono, Marion Camilleri u Amadeus Cachia dehru għall-erba' diretturi tal- kumpanija tat-tindif Mr. Clean ma ngħatawx il- benefiċċju tal-ħelsien mill- arrest, wara li ġew imressqa l-qorti nhar il-Ħamis mixlijin, b'fost akkużi oħra, traffikar ta' persuni. Serq ta' mediċini li jintużaw minn nisa tqal TABIB fl-isptar t'Għawdex tressaq il-qorti din il- ġimgħa, mixli b'serq ta' mediċini li ġeneralment jintużaw minn nisa tqal biex itaffu l-uġigħ tal-ħlas. It-tabib, li mhuwiex Malti iżda ilu jaħdem fil-qasam mediku lokali għal 'il fuq minn 9 snin, instab fil- pussess ta' numru ta' kaxxi tal-mediċina 'pethidine' li kienu ttimbrati bħala propjetà tal-Gvern Malti. 'Pethidine' ġieli tiġi abbużata għal skopijiet ta' divertiment, iżda l-imputat insista li kien qiegħed juża din il-mediċina wara li kien weġġa' aċċidentalment. L-ispettur Edel Mary Camilleri ressqet l-imputat quddiem il-maġistrat Joanne Vella Cuschieri ġewwa l-qorti tal-Maġistrati t'Għawdex. Din spjegat li t-tabib ma kienx taha spjegazzjoni sodisfaċenti ta' kif spiċċat għandu din il-mediċina kollha. Ma kienx jidher li dawn kienu għall- użu personali. Hu ċaħad l-imputazzjonijiet. L-avukat difensur Lucio Sciriha talab li jingħata l-benefiċċju tal- ħelsien mill-arrest. Il-qorti ordnat li l-imputat jingħata l-ħelsien, kontra depożitu ta' €1,000 u garanzija personali ta' €5,000. Joqtol ferħ ta' qattus b'daqqa ta' serratizz RAĠEL ta' 58 sena li ammetta li qatel ferħ ta' qattus b'daqqa ta' serratizz, ġie ordnat mill-Qorti sabiex jissottometti ruħu għal trattament psikjatriku. Quddiem il-maġistrat Anthony Vella nhar il- Ġimgħa, l-ispettur Chantelle Casha ressqet lil Victor McKeon minn Santa Luċija b'arrest u xlietu wettaq att ta' krudeltà fuq annimal u li qatel annimal domestiku. McKeon hu mifhum li qatel ferħ ta' qattus, li kienet ilha biss ħames ġimgħat li twieldet, billi taha xi daqqiet ta' serratizz tal-injam. Ir-raġel, li qal li "jifhem fl-annimali" kien spjega lil pulizija li kien qatel il-qattusa għax "ħenn għaliha" minħabba li kienet "mgħaxxa," u għaldaqstant deherlu li kienet marida. Il-Pulizija ġew imnebbħa minn persuna li rat l-akkużat jarmi annimal mejjet f 'nofs ta' triq. Tfittxija fid-dar tiegħu rriżultat li kellu sebat ifrieħ oħra, li minnhom ħamsa kienu għadhom jitwieldu. McKeon wieġeb li kien ħati tal-akkużi. Fil-Qorti, l-avukat difensur Benjamin Valencia saħaq li l-imputat kien ammetta fi stadju bikri u spjega li McKeon ibati minn kundizzjoni ta' saħħa mentali. Il-Qorti ċaħdet talba li isem McKeon ma jixxandarx. Il-maġistrat qal li l-azzjonijiet tal-imputat "assolutament ma jagħmlux sens" u osserva li r-raġel kien jidher fil-bżonn t' assistenza psikjatrika. Ordni ta' superviżjoni kienet tagħmel iżjed ġid minn sentenza ta' ħabs jew multa, irraġuna l-maġistrat. Min-naħa tiegħu, l-avukat difensur qal li l-imputat kien jiddispjaċih ferm tal-azzjoni tiegħu. McKeon ingħata sentenza ta' sena ħabs sospiża għal tliet snin u tpoġġa taħt ordni ta' 'probation' u trattament.