Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/670468
Aħbarijiet 9 Il-Ħadd 24 t'April 2016 | illum Programm Operazzjonali I - Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment 2014-2020 "It-trawwim ta' ekonomija kompetittiva u sostenibbli li tilqa' l-isfidi tag�na" Pro�ett parzjalment iffinanzjat mill-Fond Ewropew g�all-I�vilupp Re�jonali Rata ta' ko-finanzjament: 80% Fondi mill-Unjoni Ewropea; 20% Fondi Nazzjonali Programm Operattiv I – Politika ta' Koe�joni 2014-2020 It-trawwim ta' ekonomija kompetittiva u sostenibbli li tilqa' l-isfidi tag�na PRE-AVVI� – IR-IV SEJ�A Il-Fond Ewropew g�all-I�vilupp Re�jonali L-Awtorità ta' Ġestjoni f'Malta għall-Politika ta' Koeżjoni 2014-2020, id-Diviżjoni għall-Ippjanar u l- Koordinazzjoni tal-Prijoritajiet (PPCD) fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali (MEAIM), tixtieq tħabbar li dalwaqt se tniedi sejħa għal proposti ta' proġetti mill-Ku nsilli Lokali u Or ganizzazzjonijiet M hux G over nattivi taħt l-Assi Prijoritarji u l-Prijoritajiet ta' Investiment li ġejjin: Ass Prijoritarju 4 – 'Il-bidla lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju' ! Prijorità ta' Investiment (PI) 4a – Jiġu promossi l-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' enerġija li tiġi minn sorsi rinnovabbli. Ass Prijoritarju 5 – 'Il-protezzjoni tal-ambjent – l-investiment f'assi naturali u kulturali' ! Prijorità ta' Investiment (PI) 6c – Il-wir t naturali u kulturali jiġi konservat, protett, promoss u żviluppat. It-tnedija tas-sejħa nnifisha, flimkien mad-dettalji kollha, se jiġu ppubblikati fil-ġimgħat li ġejjin u se jkunu disponibbli fuq il-paġna elettronika tagħna: www.eufunds.gov.mt. Il-Formola tal-Applikazzjoni marbuta magħha u d-dokumentazzjoni rilevanti (inkluża l-lista ta' azzjonijiet eliġibbli) se jkunu disponibbli fuq l- istess link ladarba titniedi s-sejħa. Bi tħejjija għat-tnedija tas-sejħa, l-Awtorità ta' Ġestjoni se tkun qed torganizza sessjonijiet ta' informazzjoni sabiex tispjega l-inter venzjonijiet eliġibbli għal d in is-sejħa. Dawn is-sessjonijiet huma mmirati għal applikanti prospettivi. Dawk l-applikanti li huma interessati huma mistiedna jirreġistraw billi jimlew il- formola ta' reġistrazzjoni (disponibbli fuq http://eufunds.gov.mt/opencalls) sal-Ħamis, 28 ta' Apr il, f'nofsin har . Id-dati tas-sessjonijiet ta' informazzjoni huma dawn li ġejjin: it-Tlieta, 3 ta' Mejju, fis-14:00, f'Malta u l-Ġimgħa, 6 ta' Mejju fis-14:00, f'Għ awdex. Abbażi tat-talbiet li jaslu, jistgħu jiġu organizzati sessjonijiet addizzjonali. Barra minn hekk, bi tħejjija għas-sejħa taħt l-AP 5, Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi u Kunsilli Lokali li huma interessati li jissottomettu proposta, jistgħu jimlew deskrizzjoni qasira tal-proġett li fuqha l- Awtorità ta' Ġestjoni tipprovdi gwida fuq l-eliġibbiltà tal-investimenti proposti, qabel is-sottomissjoni formali tal-Formola tal-Applikazzjoni. Għal dan il-għan, l-applikanti se jsibu mtella' fuq il-paġna elettronika, il-mudell li għandu jintuża biex tiġi ppreżentata deskrizzjoni qasira tal-proġett, li għandha tiġi sottomessa mhux aktar tard mill-Ġimgħa, 27 ta' Mejju, fil-17:00 fil-binja tal-PPCD, Triq il-Kukkanja, Santa Venera SVR1411 jew permezz tal-indirizz elettroniku fuq: info.eufunds@gov.mt. Dan l-avviż għandu jitqies bħala avviż preliminari sabiex jagħti żmien addizzjonali lill-applikanti interessati jħejju għall-proġetti. Laqgħa pożittiva bejn l-MDA u Joe Mizzi ILMINISTRU għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi, flimkien maċ-Chairman ta' Transport Malta James Piscopo, kellhom laqgħa ma' għadd ta' kuntratturi ta' toroq u barrieri li huma membri tal-MDA (Assoċjazzjoni Maltija tal- Iżviluppaturi) Matul il-laqgħa, deskritta bħala waħda pożittiva, il-kuntratturi esprimew is-sodisfazzjon tagħhom li f 'dawn l-aħħar tliet snin żdidilhom ħafna x-xogħol infrastrutturali fit-toroq, minħabba għadd ta' proġetti li għaddejjin. Il-Ministru Joe Mizzi, filwaqt li sostna li l-bieb tad-djalogu huwa dejjem miftuħ biex jiġu diskussi l-isfidi u ċertu diffikultajiet li jgħaddu minnhom il-kuntratturi, appella lill-kuntratturi biex jimxu dejjem mal-kundizzjonijiet li jkollhom fil-kuntratt. Qal li ħafna drabi l-ilmenti tal- pubbliku jkunu minħabba li jinbdew ċerti biċċiet ta' xogħol mingħajr ma jkunu tlestew oħrajn, bil-konsegwenza li jkun hemm dewmien ta' xogħol u inkonvenjenzi għall- pubbliku. "Irridu nibdew nagħtu sinjal ċar li l-Gvern qed jagħti kas ta' dawn l-affarijiet, u rridu nibqgħu nagħtu prijorità lis-saħħa u s-sigurtà." Min-naħa tiegħu, iċ- Chairman ta' Transport Malta James Picopo nnota li, matul dawn l-aħħar tliet snin, sar progress sostanzjali, fejn il-kuntratturi llum iridu jinvestu f 'makkinarju aħjar, fejn qed tingħata aktar attenzjoni fl-immaniġġjar tat-traffiku waqt ix- xogħlijiet kif ukoll qed ikun iżjed faċli biex wieħed jiftiehem mal-kuntratturi biex ċertu xogħol isir bil- lejl. "F'dawn l-aħħar tliet snin kellna djalogu miftuħ. Dawn huma kollha aspetti pożittivi u l-bieb tagħna se jibqa' dejjem miftuħ." Il-President tal- Assoċjazzjoni, Sandro Chetcuti, qal li l-fatt li l-kuntratturi llum ġew flimkien u qegħdin f 'assoċjazzjoni, huwa sinjal li hemm rieda tajba biex l-affarijiet isiru sew. Fi tmiem il-laqgħa, ġie deċiż li l-MDA tibda tkun rappreżentata fil- kumitat tal-immaniġġjar tat-traffiku li jiltaqa' regolarment fi ħdan il- Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura. M'għandix bżonn lill-Partit Laburista jgħidli nerfa' responsabilità Tkompli minn paġna 1 MALILLUM De Marco jesprimi l-lealtà assoluta tiegħu lejn Simon Busuttil u jgħid illi "ninsabu tim wieħed biex nirbħu l-elezzjoni ġenerali li jmiss". Huwa jassigura wkoll li dment li jkollu s-saħħa għandu kull intenzjoni li jikkontesta l-elezzjoni li jmiss. De Marco jgħid illi hu se jkompli jaħdem biex il-PN ikompli jżid fil-fiduċja tal-poplu għax skontu dan "qed jara fina alternattiva serja u affidabbli." Intant mal-ILLUM De Marco reġa' ddefenda lilu nnifsu mill-akkużi li saru fil-konfront tiegħu u fakkar kif hu ħallas lil kull kuntrattur li ħadem fil- proprjetà tiegħu. Huwa qal illi fil-każ ta Redmap Ltd. "qabbadt lil din il-kumpanija biex tagħmel xogħlijet relattivament minuri bħal xogħol ta' fili, ħajt u rampa." Ma' din il-gazzetta l-Viċi Kap tal-PN spjega kif dawn ix-xogħlijet bdew fl-2011 u "komplew minn żmien għal żmien sas-sena li għaddiet." De Marco qal illi għalkemm hu u martu riedu jagħmlu l-ħlas għax-xogħol "il-kuntrattur insista li jitħallas meta x-xogħlijiet ikunu lesti. Din is-sena erġajt tlabt li jintbagħat il-kont u meta rċevejtu, ħallastu. Dawk huma l-fatti, xejn iktar u xejn inqas." Huwa kompla jgħid hekk: "qatt ma pretendejt li dan ix-xogħol isir b'xejn anzi tlabt kemm-il darba biex inħallas. Kien il-kuntrattur li pprefera li joħroġ il-kont fl-aħħar." Huwa kellu kliem iebes ħafna għall-Partit Laburista li bħalissa qed jitlob lil Busuttil biex jerfa' r-responsabilità u jaġixxi fil- konfront tiegħu. "Jien m'għandix bżonn lill-PL biex jgħidli nerfa' r-responsabilità f 'ħajti. Dejjem hekk għamilt u hekk se nkompli nagħmel." De Marco sostna illi hu trabba bi prinċipji sodi u "ngħix bil-prinċipji li jfisser li ma nippretendi l-ebda rigal mingħand ħadd." De Marco: Ngħix bil-prinċipji li jfisser li ma nippretendi l-ebda rigal mingħand ħadd