Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/670468
illum | Il-Ħadd 24 t'April 2016 Intervista 10 'Nilbsu maskra biex naħbu dak M inkejja li l-mezzi tax-xandir f 'dawn l-aħħar ġimgħat kienu kważi esklussivament iffukati fuq il- Panama u minkejja li l-politiċi kienu ffukati fuq maratoni Parlamentari, fir-realtà u lil hinn mid-dominju strett politiku, eluf ta' nies kienu ffukati fuq affarijiet li jolqtuhom kuljum b'mod iktar dirett. Vince Tonna huwa wieħed minn dawk li għalih il-maratoni Parlamentari u l-battibekki politiċi huma xi mkien fuq wara fil- prijoritajiet ta' ħajtu. Bħala Social Worker għal 30 sena sħaħ, membru tal-Mental Health Association u bħala persuna li għexet u għadha tgħix il-problemi fis-saħħa mentali mill-qrib, il-prijoritajiet tiegħu jiċċentraw madwar il-bżonn illi eluf ta' nies li għaddejjin minn diffikultajiet ta' saħħa mentali jkollhom l-għajnuna neċessarja, kemm fil-komunità u anke lil hinn. Id-dehra ta' Hector Bruno...kemm għenet? Nidba l-intervista ma' Tonna billi nsemmilu d-dehra ta' Hector Bruno fuq il-programm Xarabank, fejn dan l-attur ferm famuż lokalment u li ġab tant tbissim u daħq ametta li kien għaddej minn żmien diffiċli, maħkum mid-dipressjoni. Kemm tagħmel ġid stqarrija ta' xi ħadd daqstant magħruf fil- pubbliku? Tonna jwieġeb billi jfakkar illi "bħala persuna li ħdimt u għadni naħdem qrib din ir-realtà, nista' nassigurak illi anke dawk li jagħtu l-għajnuna lil persuni b'dipressjoni jbatu minn mumenti diffiċli ħafna." Tonna jfakkar kif l-istress u l-ansjetà jistgħu jkunu fatturi ewlenin f 'dipressjoni li jkollha persuna. "Għalhekk meta noħorġu mill-bieb 'il barra ħafna drabi jkollna nilbsu maskra biex il- vera emozzjoni li jkollna naħbuha." Dwar Hector Bruno jkompli jgħid hekk "ninżagħlu l-kappell lil Bruno għall-kuraġġ u għall-għajnuna kbira li l-preżenza tiegħu tatna. U meta ngħid tatna qed nirreferi għal madwar 30,000 persuna li f 'dan il-pajjiż ibatu minn dipressjoni kronika. Ninħasad naqra u nibda naħseb li Tonna ħa żball fin-numri. Imma le. Fi stqarrija maħruġa mill- Kummissarju tas-Saħħa Mentali f 'Awwissu 2014 jirriżulta illi f 'pajjiżna hawn madwar 30,000 persuna li jbatu minn dipressjoni kronika, bir-rata tkun ogħla fost in- nisa milli fl-irġiel. Kemm hi diffiċli li xi ħadd jitkellem dwar saħħa mentali, imma? Kemm tagħmel differenza li xi ħadd bħal Hector jitkellem b'mod apert dwar l-isfidi li qed jiffaċċja? "Tagħmel differenza kbira. Ħafna ma jmorrux għand it-tabib jew psikologu għax jibżgħu li se jibgħathom Monte Carmeli, għalhekk qed nesiġu li kull sptar mentali għandu jkun parti integrali mill-Isptar Mater Dei." "Hawn min ibati mill-kanċer, hawn min ibati mid-dijabete u hawn min ibati minn problemi ta' saħħa mentali. Jeħtieġ ninormalizzaw l-isfidi li jiffaċċjaw persuni b'dawn il-problemi u nneħħu l-istigma. Kull persuna li tiftaħ qalbha u taqsam l-esperjenza personali tagħha qed tagħmel i-ġid bħalma kien għamel ukoll, id- Deputat Nazzjonalista Mario Galea wkoll. Huwa jgħid li kellu esperjenzi fejn iltaqa' ma' nies li jkunu għaddejjin minn żmien tant ħażin u fisser kif hu jirreferihom għand persuna li tkun tista' tagħtihom l-għajnuna. Minkejja dan, enfasizza illi l-istigma li sfortunatament iġorru sptarijiet bħal Monte Carmeli għadha qawwija u dan jista' jwassal biex persuna ma tfittixx l-għajnuna fl-aktar punt li verament ikollha bżonnha. Statistika bażika dwar is-saħħa mentali għadha nieqsa Minkejja li nafu li hawn madwar 30,000 li jirrapurtaw li jbatu minn problemi ta' saħħa mentali, fir- realtà statistika komprensiva dwar dan f 'Malta għad ma teżistix. Tonna jgħid li huwa importanti li jkollna l-istatistika bħal m'hemm fl-Unjoni Ewropea biex fuqha nkunu nistgħu nibnu l-politiki f 'dan il-qasam. Fil-fatt skont statistika li kellu f 'idejh Tonna għal waqt l-intervista jirriżulta li fl- Unjoni Ewropea persuna minn kull erbgħa tgħaddi minn esperjenza ta' mard mentali f 'ħajjitha filwaqt li, saħansitra wieħed minn kull ħamest itfal taħt il-15-il sena jgħaddu mill-istess esperjenza. 'Għadna qed niftgħu l-problema taħt it-tapit' Tonna ma jomgħodhiex wisq u jgħid illi minkejja l-progress sar f 'diversi oqsma fil-pajjiż, din l-isfida għadha qed tintefa' taħt it-tapit. L-ILLUM tistaqsih għalfejn iħoss li dan huwa l-każ u jekk iħossx li l-fatt li għandna nqisu dan is-suġġett bħala tabù soċjalment hux qed jirrifletti fuq ċerta inazzjoni jew inerzja mill-klassi politika. Tonna jwieġeb fil-pożittiv għaż- żewġ mistoqsijiet u jispjega kif f 'pajjiżna għad lanqas hemm informazzjoni ċara u bażika dwar is-saħħa mentali. Fosthom Tonna jindika Mistoqsija Parlamentari illi għaliha ma kienx hemm risposta dwar kemm qed jintefqu flus f 'dan il-qasam. "Nafu li bħala pajjiż fl-2015 investejna €461 miljun fil-qasam tas-saħħa, imma kemm minn dawn qed imorru għas-settur tas-saħħa mentali ma nafux." Għalfejn tħoss imma li m'hawnx sens urġenza biżżejjed biex ikun indirizzat dan is-settur? tistaqsi l-ILLUM. "Staqsi lill-politiċi għaliex m'hawnx l-urġenza biex niffaċċjaw din il-problema, mhux lili" tkun ir-risposta pronta ta' Tonna. "Mhux hekk biss," ikompli jgħid, "lanqas għandna rendikont ċar ta' kemm hemm ħaddiema jew x'nuqqas ta' ħaddiema hemm f 'dan is-settur. Jekk trid tibni politika f 'dan il-qasam jeħtieġ illi jkollok, tal-inqas dawn id-dettalji bażiċi." Qed isir xogħol...imma għad fadal xi jsir Vince Tonna iżda jgħid li ma jridx idoqq biss id-diska negattiva u jisħaq illi qed isir ħafna pożittiv anke mill-Gvern preżenti f 'dan il-qasam, jibqa' biss il-fatt li għadu mhux qed isir biżżejjed. Jispjega kif taħt din l-amministrazzjoni sar titjib fuq is- servizz ECT li jingħata lil persuni bi problemi ta' mard mentali, sar titjib kbir fuq il-Community Treatment Orders f 'liema każi l-pazjenti jingħataw pjan ta' kura u anke nfetħu żewġ units separati f 'Monte Carmeli biex it-tfal ma jkunux fl-istess post ħdejn l-adulti. Minkejja dawn l-iżviluppi pożittivi l-akbar problema ta' Tonna hija li saret Liġi tas-Saħħa mentali fl-2012, li magħha qablu ż-żewġ partiti fil-Parlament u minkejja li għaddiet s'issa din il-liġi għadha ma bdietx tkun implimentata. "Din il-liġi tgħaqqad lil dawk kollha involuti fil-proċess t'għajnuna lill-pazjenti bi sfidi bħal dawn. Il-liġi tgħid li għandek ikollok tim multi-dixxiplinarju li jgħin biex jingħata pjan ta' kura lil kull min ikun għamel użu mill- isptar. F'dan it-tim ikollok it-tabib, imbagħad il-psikologu u l-psikjatra wkoll, biex b'hekk tkun ikkreata dik ix-xibka t'appoġġ illi sservi ta' għajnuna lill-pazjent." Tonna jfakkar kif l-għan tal-liġi, sabiħa fuq il-karta imma li għadha ma bdietx tkun implimentata, huwa li kull min għandu problemi ta' saħħa mentali għandu jingħata l-kura fil-komunità. Huwa jfakkar illi fil-fatt din il-liġi mhix qed tivvinta r-rota hekk kif diġà jeżistu pjani ta' kura simili, fosthom mal- ħabsin illi għandhom pjan ta' kura għal kif se jgħixu ħajjithom fil- komunità ladarba jitilqu mill-ħabs. B'nies professjonisti li jservu bħala tim, ikompli jgħid Tonna, jkun assigurat illi l-pazjent ikun mħares u li tkun assigurata s-saħħa u l-kura kontinwa tal-pazjent. "Imbagħad f 'dawk il-każi li huma aktar fit- tul il-pazjent jintbagħat Monet Carmeli jew fl-isptar il-ġdid għal dan il-għan." Albert Gauci Cunningham agcunningham@mediatoday.com.mt Staqsi lill-politiċi għaliex m'hawnx l-urġenza biex niffaċċjaw din il- problema, mhux lili " " X'jibqa' f 'ġenitur li qed jgħix fil-biża' li ibnu jew bintu se toħroġ fil-gallarija u tikkometti suwiċidju? " "