Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/673687
Il-Ħadd 01 ta' Mejju 2016 | illum Intervista 11 Ministru mhux se jirkupra dak li tilef Chris Said l-impressjoni imma l-AD kienet fuq quddiem fi kwistjonijiet relatati ma' drittijiet ċivili, u anke ma' kwistjonijiet dwar l-ambjent, għaliex l-ambjent jidħol f 'kollox u mhux biss ħdura, siġar u ġonna." Minkejja dan, Cassola jkompli jsostni li huwa fl-interess tal-partiti l-kbar li jġibu lill-AD tidher bħallikieku magħluqa f 'kaxxa, u li titkellem biss dwar l-ambjent. Cassola jirrifjuta dan u jsemmi kif, "l-Alternattiva hi fuq quddiem dwar il-governanza, u dwar il-korruzzjoni fost l-oħrajn." 'Wiċċ ġdid ma jfissirx politika ġdida' Sena wara sena, u elezzjoni wara elezzjoni, l-Alternattiva spiss ikollha l-istess uċuħ jirrappreżentawha. Jista' jkun li dan huwa każ tal-istess uċuħ mingħajr tibdil biex ikun hemm ċertu tiġdid fil-Partit? Għal dan, Cassola jgħid li tiġdid fi ħdan l-AD hemm, u forsi mhux biżżejjed, u qed jittamaw li fl-elezzjoni li jmiss ikollhom iktar kandidati żgħar u uċuħ ġodda. Però, dwar l-uċuħ ġodda, Cassola wera r-riżervi tiegħu u sostna li wiċċ ġdid, ma jfissirx li se jkun hemm politika ġdida. "Konrad Mizzi u Keith Schembri kienu wċuħ ġodda għall- politika, u nies oħra b'uċuh ġodda rajniehom u rajna ċertu porkeriji u ħniżrijiet li għamlu. Jien nippreferi wiċċ qadim u konsistenti. Il-membri tal-AD huma qodma għall-politika imma mhumiex ħnieżer bħal dawn in-nies u oħrajn li tħanżru qabel ukoll," kompla jsostni Cassola. 'Lesti li ningħaqdu ma' partit ieħor' Malli naqilbu d-diskors fuq il-partit il-ġdid li qed jissemma li qed jinħema f 'dawn iż-żminijiet, Cassola jkun pront u jippreċiża li dan il-partit ġdid, mhuwiex it-tielet partit għaliex hawn l-AD, imma d-diskors huwa dwar 'it- tielet partit fil-parlament.' Hawnhekk, Cassola jsemmi kif, "issa huwa l-mument fejn l-iktar hawn ħerqa għat-tielet partit fil-Parlament, u forsi llum, in-nies lesti jagħtu iktar spazju lil partit ieħor fil-Parlament." Meta mistoqsi minn din il-gazzetta jekk bħala Alternattiva Demokratika jkunux lesti li jingħaqdu ma' partit ieħor ġaladarba l-valuri tat-tnejn ikunu jaqblu. Għal dan, Cassola kien pront u wieġeb li ma jsib l-ebda problema, "u jekk hemm valuri li jgħaqqduna, aħna miftuħin biex naħdmu flimkien. Però l-ewwel, wieħed irid jara min u kif se jkunu dawn in-nies ġodda li se jidħlu fil-politika, imbagħad naraw minn hemm." Però aċċerta li bħala Alternattiva Demokratika, "ma nsibu l-ebda problema li nikkollaboraw u naħdmu flimkien anke eventwalment elettoralment, però dan kollu meta nkunu nafu eżattament kif inhuma l-affarijiet." Meta mistoqsi jekk tali kollaborazzjoni, jekk isseħħ tkunx taħt il-kappa tal-Alternattiva, Cassola jgħid, "What's in a name? Diment li valuri u l-prinċipji huma bejn wieħed u ieħor l-istess, aħna lesti li nikkunsidraw kollaborazzjoni. Għalina, is-sustanza u l-kontenut huma l-importanti," kompla jisħaq Cassola. 'Taw l-approvazzjoni tagħhom għall- illegalità ta' Montekristo' Cassola kkritika wkoll liż-żewġ partiti li bagħtu rappreżentanti tagħhom għall-ftuħ ta' fiera f 'Montekristo Estates, u qal li ma tagħmilx sens li "tagħmel protesta kontra l-illegalitajiet u kontra l-korruzzjoni u tlett ijiem qabel tibgħat il-kelliem tiegħek, Charlo Bonnici fil-Montekristo, li hu illegali, flimkien mal-Ministru Karmenu Abela, biex jiftħu fiera." Cassola kompla jgħid li, "imbagħad tridni niġi miegħek għall-protesta tlett ijiem wara li tajt l-approvazzjoni tiegħek fl-illegalità tal-Montekristo? Irrid il-konsistenza min-naħa tiegħek," ikompli jappella lill-PN iċ-chairperson tal-AD. Cassola jkompli jinsisti dwar il-konsistenza min-naħa tal-Kap tal- Oppożizzjoni Simon Busuttil anke fil-qasam tal-ODZ, "tiġi tgħid li int kontra l-ODZ, imbagħad l-għada, tiġi tgħid li favur il-korsa tal-karozzi tal-Formula 2, li mhux se tkun qed tgħaddi mit-toroq ta' Ħal Lija jew mill-isqaqien tal-Gudja, imma mill- ODZ." Arnold Cassola jkompli jgħid li dan huwa "l-iktar mument opportun u propizju għat-tielet partit, minħabba n-nuqqasijiet taż-żewġ partiti l-kbar li diġà ppruvawhom in-nies. Mill- istħarriġ jidher ukoll li għandek mat-30% li ma jafux lil min jivvutaw jew ma jridux jivvutaw, imbagħad għandek dawk li jammontaw madwar 7% li jivvutaw jew lill-AD jew lil Marlene Farrugia, u dan huwa riżultat tan-nuqqas ta' kredibbiltà u nuqqas ta' konsistenza taż-żewġ partit. Ikompli juri wkoll li hemm vacuum fis-soċjetà Maltija u li n-numru ta' nies li jridu nies ġodda fil-Parlament, hija hemm. In-nies qed jagħtuna dan l-appoġġ, li huwa żgħir imma qed jikber, għaliex għandna track record ta' kredibbiltà u konsistenza," temm jgħid iċ-chairman tal-Alternattiva Demokratika, Arnold Cassola. Għandna track record ta' kredibbiltà u konsistenza " " Ritratt: Raphael Farrugia