Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/673687
l-istorja fuq l-internet, għamel kuntatt ma' Fr Douglas u wara li twaqqaf ukoll kumitat apposta li ilu jiltaqa' għal diversi xhur biex jaħdem fuq il-proġett, ħejja inizjattivi ta' ġbir ta' fondi u jipprogramma ż-żjara. Fil-fatt, biex dawn iż- żgħażagħ jiġu Malta, kien hemm ftehim mal- ambaxxata Taljana biex tingħatalhom viża, iżda kien hemm bżonn li dawn iż-żgħażagħ imorru Baghdad. Il-ġenituri ta' dawn it-tfal ma ridux ipoġġu lil uliedhom f 'periklu li jinħatfu f 'Baghdad meta dawn kienu diġà ħarbu minn hemm, u marru Erbil fejn huma siguri. Għalhekk id-djoċesi Għawdxija irranġat mal-gvern Taljan u se joħorġilhom viża mill-konsulat Taljan ħalli ma jivjaġġawx lejn il-belt Kapitali Iraqqina. Biex jinġabru l-fondi kollha meħtieġa għal dan il-proġett, li jiddependi totalment mill-għajnuna tal-isponsors u l-ġenerożità tal-poplu, ġa bdew jittieħdu diversi inizjattivi, fosthom kampanja ta' karità bi ġbir ta' oġġetti użati u anki mkissrin tar-ram, tal- bronż u n-nickel. Hemm kumpaniji Għawdxin li diġà offrew għajnuniet b'oġġetti ta' ikel u servizzi oħra għal waqt iż-żjara ta' dawn iż- żgħażagħ. Il-pubbliku jista' wkoll jagħmel id-donazzjonijiet tiegħu lill-Proġett Merħba, Il-Kurja tal-Isqof, Triq ir- Repubblika, il-Belt Victoria, Għawdex. Il-Knisja f 'Għawdex qed tospita żewġ familji ta' refuġjati Interessanti ħafna li wieħed ikun jaf li fl-aħħar snin, il-Knisja Kattolika f 'Għawdex qajmet diversi drabi d-diskussjoni dwar ir-refuġjati li jaslu f 'pajjiżna u l-modi kif bħala Knisja lokali tista' tikkontribwixxi b'mod konkret, skont il- mezzi tagħha, biex tgħin lil dawn il-persuni. Iktar minn darba, Monsinjur Mario Grech, Isqof ta' Għawdex, issuġġerixxa l-possibbiltà li tiġi ospitata familja ta' refuġjati fil-parroċċi Għawdxin. Twaqqfet ukoll kummissjoni ad hoc, immexxija minn Dun Manwel Cordina, biex tagħmel studju u tressaq proposti għal linji gwida ta' azzjoni pastorali f 'dan il-qasam. L-għajnuna lir- refuġjati hija parti mill- viżjoni pastorali mniżżla fil-Pjan Pastorali Djoċesan 2013-2016 u l-Papa Franġisku qajjem dan is- suġġett mill-ġdid fil-kuntest tal-Ġublew tal-Ħniena, fejn issuġġerixxa li kull parroċċa tospita familja ta' refuġjati. Id-djoċesi Għawdxija, f 'kollaborazzjoni mal- kummissjoni emigranti tal-Arċidjoċesi ta' Malta, offriet id-disponibbiltà li tospita żewġ familji ta' refuġjati, u dan fil-fatt diġà qed iseħħ fl-appartamenti tal-Moviment Azzjoni Soċjali f 'Għajnsielem, li huma amministrati mill- Kurja ta' Għawdex, fejn tinsab ospitata familja ta' fidi Ortodossa ta' rit Kopt, mill-Eġittu. Id-Djoċesi ta' Għawdex marbuta li ssostniha għal massimu ta' sena. Biex jiġu megħjuna dawn iż-żewġ familji ta' refuġjati li qed tospita l-Knisja f 'Għawdex, twaqqaf kumitat apposta li flimkien mal- Caritas, isegwi lil dawn il-familji. Barra minn hekk, twaqqaf ukoll fond speċjali, biex imbagħad l-ispejjeż meħtieġa jinqasmu bejn il- parroċċi. Riċentement, l-Isqof ta' Għawdex kien issuġġerixxa wkoll li matul il-Ġublew tal-Ħniena, il-parroċċi jiddedikaw ġabra fix-xahar biex jitwaqqaf fond tal- karità. Min hu Fr. Douglas al- Bazi? Father Douglas al-Bazi hu saċerdot Kattoliku Iraqqin ta' 43 sena. Kien imexxi Knisja f 'Baghdad ta' San Elija u fiha kienu jitolbu sew Kattoliċi kif ukoll Musulmani. Il-Knisja tiegħu ġiet bumbardjata u attakkata darbtejn qabel inħataf mill-ISIS fejn anke kienu sparawlu u spiċċa ferut fl-2006, anke jekk dak iż-żmien il-kelma ISIS jew ISIL ma kinitx magħrufa, u kien biss grupp ta' estremisti Iżlamiċi li llum inbidlu fl- ISIS. Hu nżamm priġunier u kien torturat għal disat ijiem sħaħ fejn kissrulu żewġ 'vertebrae' mill- ispina ta' dahru u farrkulu wiċċu u rkopptu b'martell fejn kissrulu snienu ta' quddiem u mnieħru. Kien liberat wara li l-knisja Kattolika ħallset is-somma ta' $170,000 għall-ħelsien tiegħu u ta' saċerdot ieħor Samy Al Rays. Al-Bazi fl-2013 telaq lejn Erbil, il-kapitali tal-Kurdistan Iraqqin, fejn hemmhekk bena kamp tar-refuġjati li jmexxih hu stess. Kamp għal dawk il-Kristjani li ħarbu mill-persekuzzjoni tar-reġjuni dominati mill- ISIS. Hemmhekk bena skola, librerija u anke djar fejn l-akbar għajnuna finanzjarja tiġih mill-Kanada. F'Erbil illum hemm madwar 3,500 familja Kristjana. Il-Ħadd 01 ta' Mejju 2016 | illum Għawdex 13 FIL-ĦWIENET EWLENIN HISTORY OF ORNITHOLOGY IN MALTA żagħżugħ Iraqqin Fr Douglas al-Bazi torturat mill-ISIS, illum imexxi kamp tar-refuġjati Kristjani f 'Erbil Il-poster tal-proġett Merħba