Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/673687
A ħna lkoll konxji li l-qasam tal-għajnuna legali huwa suġġett delikat ħafna għaliex qed jolqot il-qalb soċjali tas-sistema kollha tal- Ġustizzja. Il-Gvern jemmen li għandu l-obbligu li joffri servizz legali tajjeb għal min l-aktar li għandu bżonn u b'hekk nassiguraw aċċess ekwu fil-Qasam tal-Ġustizzja għal kulħadd. Il-Gvern ried jassigura li dawk in-nies li huma fil-bżonn igawdu minn servizz ta' avukat professjonali bħal ħaddieħor. Biex wieħed jifhem aħjar l-importanza ta' dan is-servizz, inġabret statistika ta' kemm nies ibbenefikaw minn avukat għall- għajnuna legali. Fis-sena 2015 kien hemm kważi 900 każ: 353 każ fil-kamp ċivili u 545 każ fil-kamp kriminali fejn individwi ġew assistiti bl-għajnuna legali. Din is-sena (2016) sal-31 ta' Marzu 2016 daħlu 254 każ: 114 ċivili u 140 kriminali. Bħala parti mir-riforma ħolistika fil-qasam tal-ġustizzja, 17-il xahar ilu twaqqfet l-Aġenzija tal- Għajnuna Legali. Din immarkat differenza kruċjali bejn kif kienu jsiru l-affarijiet qabel u kif qed isiru l-affarijiet illum. Bit-twaqqif innifsu ta' din l-Aġenzija, is- servizzi tal-avukat tal-għajnuna legali ma baqgħux jitħallsu mill- uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. Kulħadd jaf li l-Avukat Ġenerali hu l-prosekutur ewlieni f 'pajjiżna u għaldaqstant, b'din id-decizjoni, inqatgħet kompletament kwalunkwe rabta, żgħira kemm hi żgħira, bejn il-prosekuzzjoni u s-servizz tal- Għajnuna Legali. Il-ġustizzja trid mhux biss issir imma tidher li qed issir. Għall-ewwel darba ġiet stabbilita proċedura li ġiet imniżżla ċara fil- liġi, u din tirregola lill-persuna dwar x'għandha tagħmel biex tikkwalifika għas-servizz tal-għajnuna legali. Peress li mhux kulħadd huwa intitolat biex jibbenefika mill- għajnuna legali, il-pubbliku jingħata għajnuna u gwida sabiex timtela' l-applikazzjoni għas-servizz. Meta jingħataw dan id-dritt, il-klijenti jiġu infurmati bl-avukat u l-prokuratur legali assenjat għall-każ tagħhom permezz ta' SMS u/jew email li jipprovdu fl-applikazzjoni tagħhom. Apparti minn hekk, bl-istess liġi, l-Aġenzija stabbiliet ruħha bħala l-awtorità Maltija li tirrelata fi kwistjonijiet dwar l-għajnuna legali li jolqtu l-pajjiżi l-oħra membri fl- Unjoni Ewropea. Minnufih ġie ngaġġat maniġer għall-Aġenzija sabiex imexxi l-aspett amministrattiv. B'hekk issa, apparti minn avukat tal-għajnuna legali li jara l-aspetti legali tal-każijiet, issa hemm persuna inkarigata li tmexxi 'l quddiem dan is-servizz amministrattivament. Qabel it-twaqqif tal-aġenzija dwar l-għajnuna legali, in-nies kienu jinqdew minn uffiċċju żgħir fi ħdan il-Qorti. Il-Gvern dehrlu li s-servizz tal-għajnuna legali għandu jkollu uffiċċju għalih bħalma jsir fil-bqija tal-pajjiżi l-oħra fl-Unjoni Ewropea. Għalhekk, twaqqaf uffiċċju tal-Aġenzija f 'Chateau de la Ville, fi Triq l-Arċisqof fil-Belt Valletta u minn Frar ta' din is-sena, is-servizzi m'għadhomx jingħataw aktar mill-uffiċċju li kien hemm fil-Qorti imma minn dan l-uffiċċju l-ġdid. Dan l-uffiċċju tal-għajnuna legali, minbarra li joffri servizz ta' avukat lil min jikkwalifika għal dan is-servizz, iservi wkoll bħala sit minn fejn wieħed jista' jakkwista l-informazzjoni kollha neċessarja u jwieġeb għall-mistoqsijiet li jista' jkollu l-pubbliku fir-rigward. Din l-aġenzija ħadet ukoll l-inkarigu li ssegwi l-każijiet tal-klijenti kollha li jinqdew b'dan is-servizz. Fil-passat, meta kien ikun assenti l-avukat tal-għajnuna legali, is- servizz ma kienx jingħata. Illum ġie maħtur ukoll aġent-avukat għall- għajnuna legali biex b'hekk is-servizz jibqa' jingħata mingħajr skossi. L-aġenzija tinkorpora wkoll sittax-il avukat, fosthom tlieta għal Għawdex u ħamsa u għoxrin prokuratur legali li jagħtu s-servizz għall-għajnuna legali. L-uffiċċju tal-għajnuna legali żied il-ħinijiet għall-pubbliku bi kważi 23 siegħa fil-ġimgħa. Minbarra dan, iddaħħlet sistema fejn numru ta' każijiet jiġu fast-tracked waqt li oħrajn li jirrekjedu konsulta mal-avukat għall-għajnuna legali jingħataw appuntament f 'ħin fiss. Biex nespedixxu aktar is-sistema, l-avukati u l-prokuraturi legali li jaħdmu mal-aġenzija għall-għajnuna legali jiġu mgħoddija kopja tad- dokumenti li l-klijenti jistgħu jipprovdu mal-applikazzjoni sabiex l-avukat assenjat ikun diġà ppreparat fuq il-każ tal-klijent. L-Aġenzija tagħmel konoxxenzi mas-servizzi li jagħtu l-għaqdiet mhux governattivi sabiex ikun hemm inkluż servizz għal direzzjoni ħolistika għal dawk iċ-ċittadini li għandhom problemi finanzjarji sabiex dawn jiġu mgħejuna bl-aħjar mod u kif ukoll jingħataw dinjità u ġustizzja mistħoqqa permezz ta' servizzi oħra li l-Gvern joffri. Ġie kkreat sid tal-Aġenzija għall- Għajnuna Legali b'informazzjoni dwar il-kriterji li jrid ikollha persuna biex tibbenefika mis-servizz tal- għajnuna legali. Aħna kommessi li nkomplu ntejbu dan is-servizz għaliex l-aktar li jibbenefikaw minnu huma dawk l-iktar nies li huma vulnerabbli fis-soċjetà tagħna u l-Gvern hu kommess li jgħin b'qalb soċjali anke fis-settur tal-ġustizzja. Prim Ministru li jiddeċiedi, Kap tal-Oppożizzjoni li jpeċlaq Din il-ġimgħa erġajna rajna prova oħra ta' kemm il-Prim Ministru Joseph Muscat hu kapaci jieħu deċiżjonijiet, anke jekk ikunu diffiċli u iebsin. Min-naħa l-oħra, il-Kap tal- Oppożizzjoni mar jiġri għand il-ġurnalisti barranin qabel ma mar għand il-Maltin ipenġi kollox iswed u jipprova jtappan l-immaġini ta' pajjiżna mal-barranin. Sadanittant, Simon Busuttil m'għamel xejn fuq Mario de Marco u Beppe Fenech Adami. Minn fuq, anke gideb bl-iktar mod sfaċċat biex jiddefendi lil wieħed minnhom. Għandna Prim Ministru li jiddeċiedi, u Kap tal-Oppożizzjoni li jpeċlaq. Il-Ħadd 01 ta' Mejju 2016 | illum Opinjoni 17 OWEN BONNICI Għajnuna Legali Malta – Ġustizzja b'qalb soċjali "Simon Busuttil m'għamel xejn fuq Mario de Marco u Beppe Fenech Adami. Minn fuq, anke gideb bl-iktar mod sfaċċat biex jiddefendi lil wieħed minnhom"