Illum previous editions

ILLUM 1 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/673687

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 35

illum | Ħadd 01 ta' Mejju 2016 Aquarius – Mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Fażi li ma xtaqtx, dħalt fiha imma ma kellek l-ebda kontroll issa li qed taffaċċja r-realtà, trid tagħraf int liema direzzjoni se taqbad. Għalkemm fil-mument, m'għandekx għażla, imma hekk kif jgħaddi ftit ta' żmien u int tibda taħseb u tifli iktar is-sitwazzjoni, tara li għad għandek xaqq ta' dawl, però din trid teħodha bħala tgħalima li int trid tagħraf xi trid fil-ħajja. Ma tistax tibqa' dak li kont. Agħraf tajjeb dan il-mument. Kuluri favoriti ma' Aquarius huma abjad, blu u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat- Tnejn. L-istilla li toffrilek l-aktar appoġġ mentali ġejja minn Libra. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 6, 18, 22 u 32. Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna. Pisces – Mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Fiż-żmien qarib, xi ħabib jew kollega minn madwarek se jaħsdek bl-imġiba tiegħu. Dan se jġiegħlek tkun ftit ħosbien għaliex qatt ma mmaġinajt li din il-persuna tista' ġġib ruħha b'dan il-mod. Imma l-aħjar, min-naħa tiegħek li ma turi l-ebda reazzjoni, anzi ibqa' għaddej bir-rutina tiegħek normali daqslikieku ma ġara xejn, ħalli b'hekk il-persuna tinduna waħedha bl-imġiba inġusta tagħha. Sib ftit ħin għal relazzjoni importanti. Kuluri favoriti ma' Pisces huma blu, aħdar u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ġimgħa. L-istilla li toffrilek l-aktar appoġġ mentali ġejja minn Virgo. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 14, 28 u 38. Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom in- fushom. Aries – Mill-21 ta' Marzu sal-20 ta' April L-emozzjonijiet li bħalissa għaddejjin mad- warek minħabba dak li ġarrabt, huma għoljin ħafna, u dan qiegħed jikkawża xi ftit ta' taqlib mir-rutina ta' madwarek. Dan sejjer jagħmel ftit ta' żmien madwarek, imma l-importanti mhux kemm se jagħmel madwarek imma kemm int kapaċi tikkumbatti dan li qiegħed iseħħ madwarek. Minn lenti waħda, huwa żmien diffiċli, imma minn lenti oħra, se tagħraf aktar lilek innifsek. Kuluri favoriti ma' Aries huma aħmar, kannella u abjad. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Erbgħa. L-istilla li toffrilek l-aktar appoġġ mentali ġejja minn Scorpio. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 1, 15, 24 u 31. Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu. Taurus – Mill-21 ta' April sal-20 ta' Mejju Wasal dak il-mument li int toħroġ għall-ftit mir-rutina magħluqa tiegħek. Hu importanti ħafna li fil-jiem li ġejjin terġa' tibda ssib spazju ta' rilassament. Kemm jekk tibda tmur sal-gym, jew issib ħin għal xi mixja, tajjeb li terġa' tidħol għad-delizzji li kellek. Jekk int tagħraf issib ħin għal dan, ħajtek tissaħħaħ aktar, imma jewkk int se tibqa' mgħaffeġ bil-pressjoni madwarek u ħin ta' xejn, dan ikun ifisser li saħħtek taf tmur lura. Kuluri favoriti ma' Taurus huma aħdar, oranġjo u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ġimgħa. L-istilla li toffrilek l-aktar appoġġ mentali ġejja minn Leo. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 18, 23 u 37. Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom. Gemini – Mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Kontra xejra ta' dak kollu li xi wħud minn ta' mad- warek qegħdin jippruvaw jaqtgħulek qalbek, int se tibqa' għaddej xorta waħda minn dak li int għandek f'moħħok ippjanat, u dan juri l-qawwa li int tippossjedi ġewwa fik, li kontra kull kurrenti, tibqa' miexi għal dak li int temmen fih. Mument ta' responsabbiltà kbira minħabba l-bosta deċiżjonijiet li int għandek quddiemek, imma meta 'l quddiem se tara r-riżultat, se tagħraf is-sodisfazzjon tiegħek. Kuluri favoriti ma' Gemini huma blu, isfar u oranġjo. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat- Tnejn. L-istilla li toffrilek l-aktar appoġġ mentali ġejja minn Sagittarius. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 5, 13, 29 u 33. Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom. Cancer – Mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Riflessjoni ta' għażla li sejra tfixklek xi ftit, trid tagħraf l-aħjar tagħha għalkemm forsi int ma tkunx magħqud f'kollox, imma li tkun viċin dak li huwa tant li jagħmlek iktar int, ikun biżżejjed. Xi kultant fil-ħajja ma jiġix dak kollu kif eżatt tkun tixtiequ int, imma trid tagħraf tieħu l-aħjar minn dak li int tista', waqt li żgur li se tkun f'qagħda ferm aħjar minn dik li qiegħed fiha fil-preżent, u dan int qed tħossu jiżdied dejjem iktar ġewwa fik. Kuluri favoriti ma' Cancer huma abjad, blu u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat- Tnejn. L-istilla li toffrilek l-aktar appoġġ mentali ġejja minn Pisces. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 7, 14, 27 u 38. Cancer huma magħruin għall-burdata stabbli tagħhom. Leo – Mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Ħsieb li xeba' jdur ġewwa moħħok, wasal iż-żmien sabiex twettqu. Ma tistax tibqa' żżomm lura għax iż-żmien għaddej, u dan jaf ma jkun riflessjoni ta' iktar stennija. Aktar u aktar meta bħalissa, bħala Leo għandek ċertu pożittività, u għalhekk, huwa ż-żmien opportun li int taħtaf l-okkażjoni ta' dan il-mument u twettaq dak li int ilek terfa'. Però trid tagħraf ħaġa waħda, li kollox irid il-ħin tiegħu. Kuluri favoriti ma' Leo huma aħmar, oranġjo u lewn id-deheb. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Erbgħa. L-istilla li toffrilek l-aktar appoġġ mentali ġejja minn Taurus. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 8, 15, 21 u 30. Leo huma magħrufin kemm huma umli. Virgo – Mit-23 ta' Awwissu sa 22 ta' Settembru Żmien ta' inċertezza, żmien ta' nuqqas ta' stab- biltà, u żmien ta' nuqqas ta' kunfidenza. Dan huwa dak li hemm għaddej madwarek bħalissa, u dan ma ġarax f'daqqa, imma aktarx li int ħallejt kollox mitluq għal riħu minn madwarek. Issa trid tieqad ftit u tir- rifletti sabiex din is-sitwazzjoni tibda tinegħleb. Trid tibda billi tkun kunfidenti madwarek, b'hekk tibda tistabbilixi lilek innifsek. Ħares 'il quddiem għax kapaċi toħroġ minn dan kollu. Kuluri favoriti ma' Virgo huma oranġjo, isfar u kannella. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Erbgħa. L-istilla li toffrilek l-aktar appoġġ mentali ġejja minn Pisces. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 6, 15, 23 u 34. Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont. Libra – Mit-23 ta' Settembru sa 23 ta' Ottubru Wasal iż-żmien li deċiżjoni li suppost kellek tieħu ftit taż-żmien ilu u ma ħadthiex, issa huwa dak il- mument li din għandek teħodha, u dan sabiex int issaħħaħ il-karriera tiegħek. Din hi pedina impor- tanti fil-ħajja tiegħek, però int li suppost magħruf li żżomm bilanċ, trid tagħraf tagħmel dan, anke fir-relazzjoni tiegħek, peress li se tkun iffukat dwar din id-deċiżjoni, din taf toħloq żbilanċ. Agħraf li dan ma jkunx. Kuluri favoriti ma' Libra huma blu, aħdar u abjad. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ġimgħa. L-istilla li toffrilek l-aktar appoġġ mentali ġejja minn Aquarius. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 4, 14, 25 u 32. Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. Scorpio – Mill-24 ta' Ottubru sat-22 ta' Novembru Pjanijiet li għandek imħejjija, jaf jinbidlu xi ftit, u dan kaġun ta' ftit għaġġla min-naħa tiegħek, u dan jaf jagħtik ftit iktar spazju sabiex int issa tkun tista' tippjana aħjar, ħalli kollox iseħħ kif finalment isir dak li int tixtieq. Għalhekk, jekk issa kif mistenni, jinqalgħu xi ftit ta' problemi, żomm lilek kawt u kalm, u tippanikjax. Din tkun tagħlima sabiex darb'oħra tagħraf aktar l-affarijiet b'aktar attenzjoni dwar is- sitwazzjoni ta' madwarek. Kuluri favoriti ma' Scorpio huma aħmar, iswed u vjola. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Erbgħa. L-istilla li toffrilek l-aktar appoġġ mentali ġejja minn Aries. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 8, 12, 23 u 39. Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom. Sagittarius – Mit-23 ta' Novembru sat-22 ta' Diċembru Stedina li se ssirlek, ilqagħha għalkemm int se tipprova tevita li tmur. Jekk tagħmel dan, ikun ħażin. Minn din l-istedina jista' joħroġ xi ħaġa pożittiva, li sfortunatament, bħalissa m'intix għaddej minn żmien tant feliċi. Għalhekk din l-istedina taf tkun bidu ta' xi ħaġa li tista' taqilgħek minn dan il-perjodu ftit negattiv, li bħalissa għaddej minnu. Agħraf dejjem aktar lilek u mhux bil-kontra ħalli timxi 'il quddiem. Kuluri favoriti ma' Sagittarius huma blu, roża u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li toffrilek l-aktar appoġġ mentali ġejja minn Gemini. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 5, 15, 27 u 38. Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom. Capricorn – Mit-23 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Persuna madwarek sejra tipprova tisfrattalek pjan li ilek sabiex twettaq. Tagħtix każ ta' dan. Int em- men fik innifsek. Emmen li dak li int sejjer tagħmel huwa għat-tajjeb tiegħek, u ibqa' miexi. Xi kultant, fil- ħajja ta' madwarna, insibu dawn l-ostakli sabiex itellfuna minn avvanzi li jkunu jistgħu jseħħu madwarna. Int dan tippermettihx, issa la wasalt għal dan il-pjan, kompli miexi u kompli għaddej kif suppost. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma aħmar, blu u vjola. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ġimgħa. L-istilla li toffrilek l-aktar appoġġ mentali ġejja minn Cancer. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 9, 17, 25 u 34. Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom. L-Oroskopju It-tielet u l-aħħar parti tar-rakkont se tkompli l-ġimgħa d-dieħla... 22 Għeluq snin nies famużi matul dan ix-xahar Artisti Charlie Chaplin (1889-1977), Eddie Murphy (54 sena), Jackie Chan (61 sena), Al Pacino (75 sena), Omar Sharif (1932-2015), Jack Nicholson (78 sena) u Marlon Brandon (1924-2004) Kantanti: Samantha Fox (49 sena), David Cassidy (65 sena), Sheena Easton (56 sena), Glen Campbell (79 sena), Engelbert Humperdinck (79 sena), Barbra Streisand (73 sena) u Roy Orbison (1936-1988) Sportivi: Felipe Massa (34 sena), Frank Ribery (32 sena), Andre Agassi (45 sena), David Beckham (41 sena), Marcello Lippi (62 sena) u Bobby Moore (1941-1993) Politikanti: Al Gore (67 sena), Nigel Farage (51 sena), Nikita Khrushchev (1894-1971), Colin Powell (78 sena) u Vladimir Lenin (1870-1924) Oħrajn: Hans Christian Andersen (Kittieb 1805-1875), Leonardo Da Vinci (Pittur 1452-1519), William Shakespeare (Kittieb 1564-1616), Reġina Elizabetta (90) u Papa Benedittu XVI (88 sena) David Beckham Eddie Murphy Kompetizzjoni: IRBAĦ ma' PaulJon! Meta tistaqsu għas-servizzi ta' PaulJon, x'issejħulu ? 1. Tax-xorti 2. Fortune Teller 3. Medium 4. Spiritwalista Ibagtu t-tweġiba korretta tagħkom b'sms fuq 99013600. L-ewwel tweġiba tajba tirbaħ xahar b' Xejn l-ILLUM bil posta b'kollox. Nawguralkom ix-xahar ta' Mejju b'dak kollhu li tixtieq qalbkom. Namaste

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 May 2016