Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/673687
illum | Il-Ħadd 01 ta' Mejju 2016 24 Kummerċjali Esperjenza dinja oħra fl-'Atlantis, The Palm' f 'Dubai ROCS Travel toffri pakketti tal-ivvjaġġar jibdew minn €789 Esperjenza l-aqwa kmamar ġewwa Dubai, iddisinjati speċifikament sabiex kull min ikun qed joqgħod fil-lukanda, ikollu btala ta' lussu kbir u kumdità massima. 'Atlantis, The Palm', tinstab fuq 'Dubai Palm Jumeirah Island', li ġiet inawgurata bħala 'World's Leading Landmark Resort 2015' mill-'World Travel Awards'. L-affarijiet li wieħed jista' jagħmel ġewwa l-lukanda lussuża 'The Atlantis' ma jispiċċaw qatt u żgur li wieħed ikollu vaganza mill-aqwa li ma tintesa qatt. Wieħed jista' jgawdi minn bajja privata li tinsab mal-lukanda stess, kif ukoll veduti mill-isbaħ tal-Golf Għarbi. Ġewwa l-lukanda stess, jinstab l-'Aquaventure Park', li huwa l-ikbar 'water park' ġewwa l-UAE, fejn bla dubju, it-tfal kif ukoll il-kbar se jieħdu gost iqattgħu ġranet sħaħ fih. Xi ħaġa tal-meravilja wkoll hija li mal-lukanda stess, wieħed jista' jgħum mad-dniefel, li hija esperjenza indimentikabbli. Wieħed jista' jgawdi minn aċċess illimitat għall- 'Underwater World' ġewwa l-'Lost Chambers Aquarium'. Il-lukanda hija spettakolari u mgħammra b'dak kollu li wieħed għandu bżonn biex ikollu vaganza mill-aqwa. Hija perfetta speċjalment għall- familji, fejn żgur se jagħtu lit-tfal waħda mill-isbaħ vaganzi ta' ħajjithom. Wieħed ma jistax isib mument li mhux allegruż ġewwa 'Atlantis, the Palm', fejn wieħed jista' jiżfen fuq il-bajja matul il-ġurnata jew jiżfen matul il-lejl mal-ikbar artisti fix-xena mużikali tal-mument. Wara ġurnata ppakkjata minn kollox, wieħed żgur ikun jixtieq jistrieh f'kamra mill-aqwa, u dan huwa eżatt x'wieħed isib fil-lukanda ta' 'The Atlantis, The Palm'. Għażla vasta ta' kmamar minn fejn wieħed jista' jagħżel, li żgur jagħmlu l-vaganza tiegħu iktar speċjali. Wieħed saħansitra jista' jkollu kamra taħt l-art imdawra bl-aquarium, jiġifieri tista' torqod u tinħasel bil-ħut iduru ħdejk. Kamra ta' lussu kbir u ta' atmosfera romantika. Id-direttriċi ta' ROCS Travel, Rachel Vella tgħid li "m'hemm l-ebda kliem li jistgħu jiddiskrivu eżatt is-sbuħija ta' din il-lukanda. Hija mgħammra b'kulma wieħed għandu bżonn biex ikollu vaganza mill-aqwa u saħansitra nasal ngħid li Atlantis The Palm hija waħda minn dawk ir-resorts li m'għandekx għalfejn toħroġ minnha. Huwa ta' unur kbir għalina li bħala ROCS Travel qegħdin noffru pakketti mill-aqwa lill-klijenti tar-ROCS, bi prezzijiet li lanqas jitwemmnu li jibdew minn €789 biss." Emirates tirritorna Malta biex timpjega iktar Cabin Crew Open Day għar-reklutaġġ ta' Cabin Crew nhar is-Sibt 7 ta' Mejju 2016 Emirates, waħda mill-iktar linji tal-ajru li qed tikber fid-dinja, qed torganizza Open Day għar-reklutaġġ tal-Cabin Crew nhar is-Sibt, 7 ta' Mejju 2016 fid-9.00am, fil-lukanda Le Meridien St Julians & Spa, Bajja tal-Balluta, San Ġiljan. Din se tkun it-tieni darba li l-Emirates qed tfittex kandidati minn Malta din is-sena – l-aħħar waħda kienet fi Frar 2016. Emirates qed tfittex li timpjeġa nies dedikati, dħulin, b'attitudini pożittiva u li lesti jagħtu l-għajnuna u s-servizz lill-klijent. L-applikanti jrid ikollhom 21 sena jew iżjed meta jkunu impjegati u qed ikunu mitlubin li jissottomettu l-curriculum vitae (CV) bl-Inġliż flimkien ma' ritratt tal-passaport fuq is-sit emirates.com/careers. Hu essenzjali li l-kandidati jkunu fluwenti fl-Ingliż (bil-kitba u mitkellem) u għandhom tal-inqas iċ-ċertifikat mogħti fl-aħħar tal-iskola sekondarja. Il-kandidati jridu jilħqu għoli ta' 212ċm meta jogħlew fuq subgħajhom ta' saqajhom. L-Emirates bħalissa ttir lejn 153 belt madwar id-dinja bi flotta ta' 251 ajruplan wide-bodied, mgħammra bl-aħħar teknoloġija u bl-aqwa kumditajiet fis-suq tal-avjazzjoni. Barra minn hekk, l-Emirates għandha 252 ajruplan ieħor ordnat, b'investiment li jaqbeż il-122 biljun dollaru Amerikan. Dan jagħmel il-linja tal-ajru Emirates il-klijent ewlieni tal-Airbus A380 b'76 diġà fis- servizz filwaqt li 66 oħra ordnati. Hi permezz ta' din l-espansjoni li l-Emirates qed tfittex li timpjega ekwipaġġ ġdid din is-sena. F'Malta, il-linja tal-ajru Emirates żviluppat b'suċċess sezzjoni tas-suq għal kull min jivvjaġġa lejn il-Lvant, l-Asja u l-Awstralja. Il-linja tal-ajru bdiet l-ewwel operat tagħha minn Dubaj lejn Malta fl-1998. Emirates topera titjriet skedati kuljum bejn Malta u Dubaj. Emirates bħalissa ttir lejn Malta darbtejn fil-ġimgħa, nhar ta' Tnejn u l-Erbgħa, b'waqfa qasira f'Larnaka, Ċipru. Filwaqt li nhar ta' Ħadd, it-Tlieta, il-Ħamis, il-Ġimgħa u s-Sibt il-linja tal-ajru ser topera b'titjira ċirkulari bejn Dubaj u Malta b'waqfa f'Tunis, fit-Tuniżija. It-titjira tar-ritorn minn Malta lejn Dubaj ser tkun waħda diretta. L-applikanti qed ikunu mħeġġa biex jirreġistraw għal Open Day bil-quddiem permezz tal-websajt, filwaqt li jsibu aktar tagħrif dwar l-opportunitajiet ta' karrieri mal- Emirates fis-sit www.emirates. com/careers. L-impjegati tal-BOV jaqsmu l-imħabba tagħhom għall-kotba biex jiċċelebraw il-Jum Dinji tal-Ktieb L-impjegati tal-Bank of Valletta ngħaqdu ma' eluf madwar id-dinja biex ifakkru l-Jum Dinji tal-Ktieb. It-23 t'April hija l-ġurnata magħżula mill- UNESCO bħala l-Jum Dinji tal-Ktieb, u hija mfakkra f'aktar minn mitt pajjiż madwar id- dinja. Fil-Bank of Valletta, din iċ-ċelebrazzjoni ħadet il-forma ta' skambju ta' kotba madwar l-organizzazzjoni kollha. Matul ix-xahar ta' April, l-impjegati tal-BOV ġew mistiedna jibagħtu l-kotba second-hand tagħhom lill-BOV Centre. Il-kotba tqiegħdu fi struttura ddisinjata speċifikament għat-triq interna fil-BOV Centre. L-impjegati ġew imħeġġa jqallbu f'din l-għażla disponibbli, u jieħdu d-dar magħhom kwalunkwe ktieb li jkun laqathom. Meta tkellem dwar l-inizjattiva, Charles Azzopardi, Kap tal-PR u l-Marketing fil-Bank of Valletta spjega li, "din kienet l-ewwel darba li l-Bank of Valletta qed jiċċelebra l-Jum Dinji tal-Ktieb. Il-Bank jimpjega madwar 1,500 impjegat, u b'hekk huwa verament komunità fil-komunità. Permezz ta' dan l-iskambju ta' kotba, aħna ridna nħeġġu lin-nies tagħna jerġgħu jiskopru l-imħabba tagħhom għall-kotba. Fl-istess ħin qed jagħtu ħajja ġdida lill-kotba tagħhom." Azzopardi qal li r-reazzjoni tal- impjegati kienet pożittiva ħafna, u l-iskambju tal-kotba kien suċċess. "Il-kotba li rċevejna kienu jvarjaw fil-ġeneru tagħhom u kienu jappellaw għal udjenzi differenti. Dan wassal biex din l-inizjattiva tirnexxi." Huwa kkonkluda billi spjega li l-kotba kollha li ser ikun għad baqa' meta tagħlaq l-inizjattiva se jingħataw lil- Librerija Pubblika Ċentrali, sabiex isibu triqithom f'waħda mill-ħafna libreriji li għandna madwar Malta u Għawdex. Tikber l-għażla tal-inbejjed Santa Carolina Wara s-suċċess tal-inbejjed Premio u Vistaña ta' Santa Carolina, Farsons Beverage Imports Company (FBIC) Limited bi pjaċir qed tħabbar iż-żieda tal-għażla ta' nbejjed minn dan il-produttur miċ-Ċilì, rebbieħ ta' diversi unuri: Cellar Selection, Reserva u l-inbid ikoniku Carmenère Herencia. L-inbid Santa Carolina hu parti integrali mill-istorja tal-inbid taċ- Ċilì, bi tradizzjoni ta' aktar minn 140 sena. Kien stabbilit fl-1875 minn Luis Pereira li semmieh għal martu Carolina Iñiguez. Matul is-snin, il-kwalità u l-konsistenza tal-inbejjed Santa Carolina ġew rikonoxxuti minn opinjonisti ewlenin influwenti u dawn wassluh biex kiseb midalji tad-deheb, premjijiet, punti għolja u l-Premju għall-Aħjar Prodott f 'kompetizzjonijiet internazzjonali importanti u f 'pubblikazzjonijiet spjeċjalizzati. L-inbid ikoniku Herencia vintage 2010 ingħata 94 punt u kien 'L-Għażla tal-Editur' tal- magazin Wine Enthusiast. Kien rikonoxxut ukoll mill-ġurija tal- Isfida Internazzjonali tal-Inbid fl-Ingilterra, li tatu t-trofew taċ- 'Chile's Best Carmenère'. Il-pubblikazzjoni influwenti tal-Istati Uniti, Wine Enthusiast, iddistingwiet l-inbid Santa Carolina bħala 'New World Winery' tas-sena fl-edizzjoni tal- 2015 tal-Wine Star Awards. FBIC Ltd, membru tal-Grupp Farsons, timporta u tqassam lokalment l-inbejjed Santa Carolina. Dawn jinsabu wkoll f 'numru ta' ħwienet, restoranti, ħwienet tal-inbid u fil-Ħanut tal- Inbid Farsons Direct fl-Imrieħel www.farsonsdirect.com.