Illum previous editions

ILLUM 1 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/673687

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 01 ta' Mejju 2016 | illum SPORTSillum minn Cristian Antony Muscat Valletta ......................1 Hibernians ..................1 VALLETTA ġew inkurunati champions għat-23 darba. Dan għalkemm ilbieraħ huma temmew il-konfront kontra Hibernians fi draw ta' 1-1. Kienu Valletta li ħolqu l-ewwel periklu wara tmien minuti meta freekick ta' Jhonnattann Benites da Conceicao għadda għoli mil-lasti ta' Justin Haber. Hibernians irrispondew fis-26 minuta permezz ta' xutt ċentrali fil-baxx ta' Jorge Pereira da Silva li ġie milqugħ bi bravura minn Henry Bonello b'saqajh. Żewġ minuti biss wara, xutt potenti minn ġol-kaxxa tal-attakkant Brażiljan, Jhonnattann Benites da Conceicao għal Valletta, għadda jħakkek mal-lasta. Fil-45 minuta, reġa' kien Jorge Pereira Da Silva li mpenja lil Henry Bonello, li għal darb'oħra ħareg l-aħjar tiegħu u salva tajjeb b'siequ. Il-Beltin irrispondew mill-azzjoni li segwiet ftit sekondi wara permezz ta' xutt b'saħħtu mid-distanza tat-Tuneżin Abdelkarim Nafti li għadda ftit għoli. Fis-56 minuta, Jhonnattann Benites Da Conceicao, avvanza tajjeb fil-kaxxa, qabeż difensur avversarju qabel impenja lil Justin Haber, li salva tajjeb minn mal-art. Valletta fetħu l-iskor fis-60 minuta meta Abdelkarim Nafti għadda tajjeb lejn Federico Matias Falcone li avvanza tajjeb fil-kaxxa qabel għeleb lil Justin Haber permezz ta' xutt b'saħħtu li ntemm fis-saqaf tax-xibka. Iżda l-Beltin ma tantx damu jifirħu hekk kif erba' minuti biss wara, il-Pawlisti ġabu l-iskor indaqs meta l-captain Andrew Cohen xeħet cross perfett lejn Marcelo Dias li permezz ta' daqqa ta' ras preċiża tefa' l-ballun wara Henry Bonello. Fl-74 minuta, xutt bomba ta' Jackson Lima għal Hibernians għadda ftit barra, b'Henry Bonello ma jagħmel l-ebda moviment. Valletta - Bonello, Caruana, Azzopardi, Camilleri, Gill Cruz, Briffa, Falcone, Pani, Uchenna Calistus (Pericles Romao 59'), Benites Da Conceicao (Mifsud 75'), Nafti (Cremona 74') Hibernians - Haber, Soares, Agius, Pearson, Dias (Mbong 83'), Failla, Kristensen, Lima, Cohen (Degabriele 72'), Da Silva Ribeiro, Pereira Da Silva Referi - Mario Apap FEDERICO MATIAS FALCONE Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill- ġurnalisti preżenti. Twieled fl-Arġentina. Skorja l-ewwel gowl mit- tnejn ta' Valletta f 'din il-logħba. Ingħaqad ma' Valletta fis- sajf li għadda. Valletta champions għat-23 darba Ritratt - Ray Attard Roderick Briffa jgħolli t-Tazza tar-rebħ tat-23 Kampjonat fl-istorja ta' Valletta fost il-ferħ tal-plejers Beltin sħabu 27 Ritratt - www.vallettafc.com

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 May 2016