Illum previous editions

ILLUM 1 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/673687

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

illum Il-Ħadd 01 ta' Mejju 2016 Sports 28 Rebħa tajba għal West Ham United barra minn darhom kontra WBA RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier FIXTURES Is-Sibt 30 t'April Everton vs AFC Bournemouth 2-1 Newcastle U. vs Crystal Palace 1-0 Stoke City vs Sunderland 1-1 Watford vs Aston Villa 3-2 WBA vs West Ham United 0-3 Il-Ħadd 1 ta' Mejju 13:00 Swansea City vs Liverpool 15:05 Manchester U. vs Leicester C. 17:30 Southampton vs Manchester C. It-Tnejn 2 ta' Mejju 21:00 Chelsea vs Tottenham Hotspur Kampjonat Serie A TIM FIXTURES Il-Ħadd 1 ta' Mejju 12:30 Juventus vs Carpi 15:00 AC Milan vs Frosinone 15:00 Empoli vs Bologna 15:00 Palermo vs Sampdoria 15:00 Sassuolo vs Hellas Verona 20:45 Lazio vs Inter It-Tnejn 2 ta' Mejju 19:00 Genoa vs Roma 21:00 Napoli vs Atalanta Azzjoni mil-logħba bejn West Ham u West Bromwich Albion WEST Ham United barra minn darhm kisbu tliet punti prezzjużi meta għelbu lil West Bromwich Albion bl-iskor ta' 3-0, bil- gowls għalihom jaslu minn Cheikou Kouyate fl-34 minuta u minn doppjetta tal-captain Mark Noble fil- 45 u fid-79 minuta. Watford dawru telfa f 'rebħa ta' 3-2 kontra Aston Villa bil-gowls għalihom jaslu minn doppjetta ta' Troy Deeney u gowl minn Almen Abdi. Min-naħa l-oħra, iż-żewġ gowls għal Aston Villa waslu minn Ciaran Clark fit-28 minuta u minn Jordan Ayeu fit-48 minuta. Tajjeb ngħidu li Aston Villa temmew il-konfront jilagħbu b'10 plejers meta tkeċċa ghalihom il-plejer Aly Cissokho fit-73 minuta, wara li rċieva karta ħamra diretta. Stoke City gewwa darhom sfaw miżuma minn Sunderland fi draw ta' 1-1, bil-gowl għalihom jasal minn Marko Arnautovic fil- 50 minuta, waqt li Jermain Defoe ġab l-iskor indaqs għal Sunderland permezz ta' penalty propju fid-90 minuta. Newcastle United gewwa darhom f 'St James Park għelbu lil Crystal Palace bl-iskor minimu ta' 1-0, bil-gowl uniku għalihom fil- logħba jasal minn Andros Townsend fit-58 minuta. Rimarkabbli huwa l-fatt li Yohan Cabaye tilef penalty għal Crystal Palace fis-70 minuta. Everton ġewwa darhom għelbu lil AFC Bournemouth bl-iskor ta' 2-1, biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn Tom Cleverley wara seba' minuti u Leighton Baines fl-64 minuta. Min-naħa l-oħra l-gowl waħdieni għal AFC Bournemouth wasal minn Marc Pugh wara disa' minuti.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 May 2016