Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/673687
Il-Ħadd 01 ta' Mejju 2016 | illum Sports 29 Suċċess għal SportMalta bl-ewwel Forum Nazzjonali tal-Isport FIL-JIEM li għaddew, SportMalta kienet impenjata bl-ewwel Forum Nazzjonali tal-Isport li qatt sar f 'pajjiżna li seħħ fil-Kumpless Sportiv ta' Ħal Kirkop. 'Il fuq minn 800 parteċipant taw is-sehem tagħhom fil-forum nnifsu li kien mifrux fuq jumejn u fid-diversi seminars li saru qabel is-seminar innifsu. Fis-seminars li saru matul il-ġimgħa, SportMalta ippreżentat diversi temi li laqtu numru kbir ta' nies ġejjin minn oqsma differenti iżda li kollha għandhom rabta mal- isports. Il-forum kien imżewwaq b'temi diversi fejn bosta mill-kelliema inġiebu minn barra l-pajjiż apposta għal din l-attività. Spikkaw temi marbuta mal-Unjoni Ewropea li kienu preżentati mill-Kap tal-Programmi Sportivi fl-UE Yves La Losteque u l-Policy Cordinator Agatha Dziarnavska. Sessjoni oħra interessanti kienet dik mill- President tal-Assoċjazzjoni Olandiża tal-Hockey Marijke Fleuren li trattat l-involviment tal-ġenituri fl-isport u r-rappreżentant ta' SportRadar Marcello Presilla tkellem dwar il-fenomenu tal-match fixing. SportMalta matul il- jumejn, iċċelebrat suċċessi li għamlu diversi atleti fl- isport. Semgħet il-problemi li jiltaqgħu magħhom u l-intoppi li kellhom jgħelbu sabiex waslu fejn waslu. Fil-fatt f 'pajjiżna kien hawn l-aħjar tennista Taljan ta' kull żmien, Nicola Pietrangeli li tkellem dwar il-karriera tiegħu filwaqt li saru intervisti mal-plejer barrani nnewtralizzat Malti Alfred Effiong; Josephine Grima, il-plejer tal-basketball li għamlet bosta snin tilgħab barra l-pajjiż; Karl Izzo il-kowċ tat-timijiet Maltin tal-waterpolo; u Vlada Kravchenko atleta li qed titħarreġ sabiex tieħu sehem fil-paralympics li ser isiru f 'Rio de Janeiro fis-sajf li ġej. Waqt il-forum saru diversi workshops biex b'hekk ingħatat l-opportunità lil dawk kollha prezenti jipparteċipaw fid- diskussjonijiet li varjaw minn governanza tajba, għal organizzazjoni ta' avvenimenti, ir-rabta bejn l-attività fiżika u l-isport, kif ukoll il- betting b'responsabbiltà li kien preżentat mill- kumpanija Maltco. Minn dawn il-workshops ħarġu konklużjonijiet li jgħinu biex inkomplu intejbu l-isport f 'Malta. Minbarra s-seminar innifsu saru laqgħat bilaterali tal- għola livell mal-mistiedna barranin b'mod privat li kienu ferm pożittivi. Laqgħat li żgur jawguraw tajjeb għall-futur fil-preparazzjoni għall-Presidenza. Huwa mistenni li fil-ġimgħat li ġejjin, SportMalta tkun qed tippreżenta l-konklużjonijiet ta' dawn il-laqgħat lis- Segretarju Parlamentari Chris Agius biex b'hekk ikun possibli li titkompla l-ħidma tal-Gvern fil-qasam sportiv. B'mod parallel, l-ewwel Forum Nazzjonali tal-Isport kien imxandar ukoll fuq TVM2 wara ftehim li ntlaħaq bejn SportMalta u l-Public Broadcasting Services. It-telespettaturi setgħu jsegwu 'l fuq minn seba' sigħat mill-kumdità ta' darhom. Dan huwa mod ieħor kif il-Gvern juża għall-massimu, ir-riżorsi umani u jifrex ix-xogħol tiegħu permezz ta' aktar kollaborazzjoni bejn l-entitajiet governativi. Is-suċċess ta' SportMalta qed jikkontribwixxi bil-kbir għas-suċċess li laħaq pajjiżna fil-qasam sportiv hekk kif titkompla l-wegħda tal-Gvern li jkompli jagħmel dak kollu li hu possibli għal pajjiżna biex dan is-settur ikompli jikber u jissaħħaħ. Qabel il-Forum innifsu saru sitt seminars speċifikament immirat għall-setturi ta' nies mdaħħla fl-isport. Is-sitt seminars saru b'kollaborazzjoni ma' entitajiet diversi. L-ewwel seminar sar b'kollaborazzjoni mal- MCAST u kien immirat għall-istudenti, segwa seminar għall-ħaddiema taċ-ċivil u ieħor għaż-żgħażagħ bil-kollaborazzjoni ma' Aġenzija Żgħażagħ. It-Tlieta 19 ta' April, is-seminar sar f 'Għawdex għall-isportivi Għawdxin bil-kollaborazzjoni tal-Gozo Sports Board Sar ukoll seminar għall-edukaturi u ieħor għall-ġurnalisti u l-assoċjazzjonijiet sportivi bil- kollaborazzjoni tal-Għaqda Ġurnalisti Sport. Is-Segretarju Parlamentari Chris Agius kien ferm sodisfatt bin-numru sabiħ u inkoraġġanti ta' parteċipanti li juri kemm Forum ta' dan it-tip kien mixtieq f 'pajjiżna. Għalaq il-Forum il-Kap Eżekuttiv ta' SportMalta Mark Cutajar li għamel enfażi partikolari fuq l-organizzazzjoni involuta biex itellgħet din il-ġimgħa. Huwa rrikonoxxa l-impenn u x-xogħol b'dedikazzjoni li taw numru ta' ħaddiema ta' SportMalta u aċċenna li attivitajiet oħra simili huma fil-pjanijiet ta' SportMalta għall-futur. Chris Agius jindirizza lil dawk preżenti waqt l-Ewwel Forum Nazz- jonali tal-Isport organizzat b'suċċess minn SportMalta Sewwieq Tim Q1 Q2 Q3 Laps 1. N. Rosberg Mercedes 01:36.119 01:35.337 01:35.417 16 2. S. Vettel Ferrari 01:36.555 01:36.623 01:36.123 16 3. V. Bottas Williams 01:37.746 01:37.140 01:36.536 17 4. K. Raikkonen Ferrari 01:36.976 01:36.741 01:36.663 17 5. F. Massa Williams 01:37.753 01:37.230 01:37.016 16 6. D. Ricciardo Red Bull 01:38.091 01:37.569 01:37.125 22 7. S. Perez Force India 01:38.006 01:37.282 01:37.212 20 8. D. Kvyat Red Bull 01:38.265 01:37.606 01:37.459 22 9. M. Verstappen Toro Rosso 01:38.123 01:37.510 01:37.583 20 10. L. Hamilton Mercedes 01:36.006 01:35.820 13 11. C. Sainz Jr. Toro Rosso 01:37.784 01:37.652 14 12. J. Button McLaren 01:38.332 01:37.701 14 13. N. Hulkenberg Force India 01:38.562 01:37.771 17 14. F. Alonso McLaren 01:37.971 01:37.807 14 15. R. Grosjean Haas 01:38.383 01:38.055 16 16. E. Gutiérrez Haas 01:38.678 01:38.115 18 17. K. Magnussen Renault 01:38.914 10 18. J. Palmer Renault 01:39.009 9 19. F. Nasr Sauber 01:39.018 10 20. P. Wehrlein Manor 01:39.399 10 21. R. Haryanto Manor 01:39.463 10 22. M. Ericsson Sauber 01:39.519 10 Nico Rosberg fl-azzjoni waqt il-pole position tal-bieraħ fiċ-ċirkwit tar-Russja Nico Rosberg jirbaħ il-pole tar-Russja u juri li se jkun sfidant ewlieni għat-titlu NICO Rosberg kompla jimpressjona bis-sħiħ matul dan l-istaġun hekk kif ilbieraħ rebaħ il-pole position tar-Russja. Min- naħa l-oħra sieħbu fuq Mercedes, il-Brittaniku Lewis Hamilton reġa' ddiżappunta bil-kbir meta temm fl-10 post tal-gradwatorja. Fit-tieni post spiċċa l-Ġermaniż Sebastian Vettel, waqt li Valtteri Bottas u Kimi Raikkonen fuq Williams u Ferrari rispettivament temmew fit-tielet u r-raba' post. Intant, is-sewwieq Brażiljan ta' Ferrari, Felipe Massa, se jkun qed jibda mill-ħames post tal- gradwatorja. Dawn huma l-klassifikazzjonijiet u l-ħinijiet finali li kisbu lbieraħ is-sewwieqa rispettivi kollha tal- Formula 1 fil-pole position tar-Russja: