Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/673687
illum Il-Ħadd 01 ta' Mejju 2016 Sports 30 Is-suċċess inkredibbli tat-tim nazzjonali tal-waterpolo ta' taħt is-17-il sena fi Vjenna It-Triq sal-Finali minn fomm il-kowċ tat-tim nazzjonali tal-waterpolo ta' taħt is-17-il sena, Karl Izzo HEKK kif ftit tal-ġimgħat ilu, it-tim nazzjonali tal- waterpolo ta' taħt is-17-il sena rebaħ l-EU 8 Nations Tournament għat-tielet darba, din il-gazzetta ltaqgħet b'mod personali mal-kowċ tat-tim nazzjonali tal-waterpolo ta' din il- kategorija, li jiġi wkoll il- kowċ tat-tim nazzjonali tal- kbar, Karl Izzo rrakkontalna dak kollu li għadda minnu dan it-tim nazzjonali fi Vjenna fl-Awstrija, u s-suċċess inkredibbli li rnexxielu jġib lejn pajjiżna. Huwa saħaq li dan kien tournament li għalih, it-tim ipparteċipa għat-tielet darba bil-Juniors tat-tim Nazzjonal tal-Waterpolo. Kien l-istess tournament li fih, it-tim rebaħ bi plejers imwielda fl-1998, sentejn ilu fl-2014, u bit-tim ta' plejers imwielda fl-1998 sena ilu fl-2015. Din is-sena kien imiss lit-tim ta' plejers imwielda fl-1999 - ħames plejers minn dan it-tim - il-captain Darren Zammit , il-viċi-captain Matthias Azzopardi u l-plejers Jacob Sciberras, Mikhael Cutajar u Jerome Zerafa Gregory rebħu dan it-tournament għat-tielet darba konsekuttiva. "B'dan it-tim bdejna l-preparazzjoni għall- kwalifikazjoni għall- Kampjonati Ewropeji li se jsiru fis-sajf tal-2018. L-ASA bħal dejjem ħadet b'serjetà kbira l-parteċipazzjoni f 'dawn il-Kampjonati Ewropej u b'hekk bdejna proċess twil biex inkunu nistgħu naslu għall-kwalifikazzjonijiet li jsiru f 'April/Mejju tal-2018 ippreparati sew u b'ħafna logħob ta' ħbiberija, training camps u anke tournaments bħal dawn fost l-oħrajn. L-għan tagħna hu li nikkwalifikaw, u jidher ċar ħafna li hemm materjal tajjeb u validu biex nagħmlu dan. Dan it-tournament wera li għandna tfal promettenti u futur garantit għall- waterpolo Malti. Bħal kif nagħmlu dejjem meta jkollna 'age group' ġdid u kompetizzjoni ġdida għal xiex nippreparaw sejjaħna laqgħa għall- plejers u l-ġenituri kollha fejn spjegajnielhom x'konna qed inħejju u x'konna qed nippretendu mill-plejers magħżulin. Lil dawn il-plejers għamilnielhom 'screening' fejn permezz tat-tim mediku tagħna rajna l-pożittiv u n-negattiv f 'ġisem dawn il-plejers u fuq xiex kellna naħdmu kemm fil-gym kif ukoll fil-pixxina. Introduċejna wkoll it-taħriġ ta' darbtejn fil-ġimgħa fil-gym mal-kowċ ġdid fit-tim tagħna Nigel McCarthy, li ħadem id f 'id miegħi u mat-tim mediku biex insaħħu lit-tfal u b'hekk inkunu dejjem ippreparati aħjar għal ħafna logħob fi ftit żmien. Din kienet mossa bla preċedent fejn l-ASA daħlet fi spiża qawwija imma li minnha seta' jkollna kull informazzjoni fuq kull plejer magħżul. Dan jgħin biex inkunu nistgħu niksbu l-aqwa mill-plejers tagħna speċjalment fuq il- iżika tagħhom, speċjalment meta niġu biex nilagħbu kontra timijiet barranin ta' saħħa kbira. Ġejna mistiedna għal dan it-tournament li qabel kien magħruf bħala l-8 Nations imma issa m'għadux biss bi tmien timijiet nazzjonali, imma għall-ewwel darba sar bi 12-il tim. Bħala mistiedna speċjali barra mill-Unjoni Ewropea, kien hemm it-tim qawwi tal-Afrika ta' Isfel. Minnufih, flimkien mal-assistent tiegħi Anthony Farrugia u l-kowċ tal- goalkeepers Adrian Cachia bdejna nnaqqsu l-iskwadra, l-ewwel minn 35 għal 25, imbagħad 16 u finalment għall-14 li kellhom ikunu l-plejers li jsiefru u jirrapreżentaw lil Malta ġewwa Vjenna. Ta' min jgħid li kellna żewġ assenzi importanti, plejers li faċilment kienu parti mill-ewwel sebgħa inizjali ta' dan it tim b'saħħtu. James Gambin ma setax jiġi magħna minħabba xi eżamijiet importanti u fl-aħħar jiem, Keith Tanti kellu inċident sfortunat waqt sessjoni ta' taħriġ mal-klabb tiegħu f 'għajnejh, u minn hawn nixtieqlu fejqan ta' malajr u ritorn mill-aktar fis fil-pixxina kemm mat- tim tiegħu, imma wkoll fit-tim nazzjonali fejn huwa plejer importanti għalina. Ovvjament jien kont konxju li l-assenza tagħhom kienet se tkun ta' toqol fil-bilanċ tattiku tat-tim tiegħi. L-għażla bħal dejjem kienet waħda diffiċli għaliex għandna ħafna plejers ta' talent. Ta' min isemmi li baqgħu barra plejers importanti ħafna li faċilment jistgħu fil-futur qrib ikunu parti importanti minn din l-iskwadra fil-mixja tagħna lejn il-kwalifikazzjoni ta' dan il-grupp li l-kampjonati tagħhom se jsiru fl-2018. Plejers li nista' nsemmi huma Jamie Busuttil (Marsaskala), Miguel Pullicino (Sirens), Luke Saliba (San Ġiljan) u Gianni Ciappara (goalkeeper tal-Exiles). Id-diżappunt ta' dawn il-plejers ovvjament kien wieħed evidenti u mistenni peress li l-għatx li tkun parti mit-tim nazzjonali u tirrapreżenta lil pajjizek f 'dawn it-tip ta kompetizzjonijiet hija waħda li qed tikber dajjem, u dan jagħmilni kuntent ħafna u kburi li rnexxieli ndaħħal din il-mentalità fil-plejers Maltin tal-waterpolo. Ta' min isemmi l-fatt li tliet plejers minn dan it-tim imwieldin fl-2001 huma Liam Galea flimkien ma' Karl Izzo u Joe Caruana Curran Nikolai Zammit flimkien ma' Karl Izzo u Joe Caruana Curran