Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/673687
Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 01 ta' Mejju 2016 'Pożittiv ħafna li se jitneħħa l-poter minn idejn il-politiku' L-emendi fil-liġi dwar l-organizzazzjonijiet volontraji minn Albert Gauci Cunningham IL-KUMMISSARJU tal-Organizzazzjonijiet Volontarji, il-Professur Kenneth Wain esprima s-sodisfazzjon tiegħu mal-ILLUM dwar il-bidliet li qed ikunu proposti li jsiru fil-liġi li tirregola l-organizzazzjonijiet volontarji. Huwa qal li b'dawn il-bidliet, se titneħħa l-eżenzjoni minsterjali li permezz tagħha, matul is-snin, għaqdiet li ma kinux reġistrati bħala NGOs (Non-Governmental Organisations) kien ikollhom aċċess għal finanzi wara intervent mill- Ministru. Mal-ILLUM, Wain spjega kif hu kien ilu jilmenta dwar din l-istess eżenzjoni li issa se titneħħa, "għax kienet toħloq diżlivell bejn organizzazzjonijiet differenti, filwaqt li kienet titfa' ċerta pressjoni fuq il-politikant. Il-pressjoni kienet tiġi mingħand ċerti għaqdiet li minħabba li huma popolari, diffiċli tgħidilhom le għall- fondi." Wain kompla jgħid li issa, kif proposta l-liġi mill-Ministeru tal- Konsumatur, Djalogu Soċjali u Drittijiet Ċivili, il-politikant se jkun barra mill-istampa. "Il-poter tal- Ministru se jispiċċa f 'dan il-qasam." Mistoqsi mill-gazzetta ILLUM dwar kemm-il darba ingħatat eżenzjoni Ministerjali, Wain qal li "mhux darba jew tnejn li kien Ministru li talab biex għaqda partikolari taċċessa l-fondi u din lili kienet tinkwetani. Kienet ilha tinkwetani u kont ili nitkellem dwar din is- sitwazzjoni ma' diversi Ministri." Esklużi organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt il-Knisja Intant Wain spjega kif il-liġi li propona l-Gvern u li bħalissa tinsab fi stadju ta' konsultazzjoni, se teskludi żewġ tipi ta' organizzazzjonijiet, jiġifieri dawk relatati ma' partiti politiċi u dawk relatati mal- Knisja. Dawk tal-ewwel, issa se jkunu qed jaqgħu taħt il-liġi tal-finanzjament tal-partiti, filwaqt li dawn tal-aħħar se jibqgħu taħt ir-responsabbiltà tal- awtoritajiet ekkleżjastiċi, għalkemm xorta għandhom kull opportunità li jirreġistraw bħala NGOs. Il-Professur Wain qal li permezz tal-liġi mressqa, issa se jkun speċifikat x'inhi NGO. "L-organizzazzjoni jeħtieġ tkun waħda li ma tagħmilx profitt, ikollha għan pubbliku, u li tkun awtonoma." Huwa fakkar kif issa, bil-bidliet proposti, kull għaqda volontarja trid tkun reġistrata biex tkun tista' tgawdi minn fondi. Kenneth Wain 10,000 download tal-app tallinja fi tlett ijiem MALTA Public Transport ħabbret li sa minn nhar it- Tlieta, l-app tallinja li tnediet matul din l-istess ġimgħa, ġiet imniżżla mill-istores online aktar minn 10,000 darba. Il-funzjoni primarja ta' din l-app, li hi bla ħlas, hi li tagħti informazzjoni fil-ħin attwali rigward is-servizz tat-trasport pubbliku lill-klijenti. "In-numru ta' downloads fl-ewwel ftit ġranet jidher inkoraġġanti. Irċevejna kummenti pożittivi mingħand il-klijenti regolari tagħna u aħna kuntenti li din l-app qed tkun ta' użu għalihom," qal Konrad Pulé, General Manager ta' Malta Public Transport. It-tallinja app tagħmel użu minn GPS, fejn kull karozza tal-linja tibgħat id-direzzjoni attwali lis-sistema ċentrali. Is-sistema tikkumpara d-direzzjoni ta' fejn il-karozza tal-linja ppjanata li tasal, u l-ħin biex li tieħu biex tagħmel dan, fuq 2,000 waqfa differenti madwar Malta u Għawdex. "Din l-app kienet possibbli permezz tal-investiment fit- teknoloġija. Nixtiequ nfakkru wkoll li l-funzjoni ta' My Next Bus hija wkoll aċċessibbli b'SMS," kompla Pulé. Klijenti jistgħu jibagħtu SMS fuq 50611010 bin-numru tal- waqfa fil-messaġġ biex jirċievu lista ta' karozzi tal-linja li jkunu se jaslu f 'din il-waqfa fin-nofs siegħa li jmiss. L-app tagħti benefiċju lill-persuni li jagħmlu użu mit-tallinja card. Permezz ta' registrazzjoni online, huma jistgħu jiċċekjaw il-bilanċ tal- kard, jittopjaw il-kard u jaraw ukoll il-vjaġġi tal-linja li jkunu għamlu u t-tranżazzjonijiet. Klijenti jistgħu jibagħtu SMS fuq 50611000 bin-numru tat-tallnja card tagħhom biex jirċievu messaġġ bil-bilanċ tal- kreditu fuq il-kard tagħhom. Aktar minn 200,000 viżta fil-bereġ madwar Malta u Għawdex BĦALA parti minn proġett ta' devoluzzjoni tal-bereġ lill-Kunsilli Lokali, ilbieraħ ġiet devoluta l-Berġa ta' Santa Luċija lill-kunsill lokali tal-istess lokalità. Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li l-bereġ, 54 b'kollox, huma pilastru ewlieni tas-servizzi tas-saħħa fil-komunità u qed issir ħidma biex ikomplu jissaħħu. Kull sena jkun hemm aktar minn 200,000 vista fil-bereġ madwar Malta u Għawdex. "Bħalma għamilna f 'numru ta' bereġ, f 'din ukoll se nkunu qegħdin noffru s-servizzi ta' lifestyle clinics. Klinika li l-għan tagħha mhux biss li tfejjaq, iżda li tipprevjeni," qal Fearne. Il-Ministru qal li l-kura primarja hija pilastru importanti fil-qasam tas- saħħa - li dan il-gvern qiegħed jieħu bis-serjetà. "Fil-jiem li ġejjin se nkunu qegħdin ninawguraw kmamar ġodda għal podjatrija fil-poliklinika ta' Raħal Ġdid, dan barra proġett ta' ristrutturar fil- poliklinika tal-Gżira." Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Stefan Buontempo qal li l-Berġa ta' Santa Luċija hija prodott ieħor tal-kollaborazzjoni bejn iż-żewġ entitajiet. Huwa qal li "permezz ta' dan il-proġett, kull ma jmur, qed inressqu s-servizzi tas-saħħa eqreb lejn il-komunità permezz ta' investimenti mmirati, sabiex jiġu rrinovati binjiet li qabel kienu abbandunati jew mhux użati, u s-servizz tas- saħħa fil-komunità jingħata f 'ambjent isbaħ u aktar akkoljenti." Is-Segretarju Parlamentari Buontempo saħaq li s-servizz tas-saħħa fil-komunità qed jitjieb, fost l-oħrajn, għax iċ-ċittadin qed ikun moqdi fil-lokalità tiegħu stess u grazzi għax- xogħol li qed isir, qegħdin jiżdiedu wkoll il-ħinijet tal-ftuħ. Is-Segretarju Parlamentari Buontempo feraħ lill- Ministru Chris Fearne għall-kariga tiegħu mħabbra fl-aħħar jiem, filwaqt li awgura li l-kooperazzjoni bejn iż-żewġ entitajiet tibqa' tissaħħaħ. Il-Berġa ta' Santa Luċija devoluta lill-Kunsill Lokali