Illum previous editions

ILLUM 1 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/673687

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 01 ta' Mejju 2016 | illum Sports 31 studenti tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport immexxija minn George Micallef, u l-frott tagħha qed jidher bil- parteċipazzjoni ta' dawn it-tliet plejers l-iktar żgħażagħ flimkiem ma' Liam Galea f 'dan it tim. Fil-perjodu ta' qabel tlaqna lejn Vienna konna nlaqqgħu lill-plejers darbtejn fil-ġimgħa, minbarra d-darbtejn gym meta stajna, biex nilagħbu logħbiet ta' ħbiberija kontra timijiet tat-Tieni Diviżjoni u timijiet tal-Under 20 ta' klabbs tal-Premier biex b'hekk ikunu qed jitħejjew kontra plejers ikbar u b'saħħithom. Lgħabna wkoll żewġ logħbiet fil-Kampjonat tax-xitwa, barra mill-kompetizzjoni, li għenu mhux ftit f 'din il- preparazzjoni tagħna. Fit-tlett ijiem qabel tlaqna, il-plejers kienu magħna u tħejjejna bis-sħiħ kuljum biex l-Erbgħa filgħodu tlaqna lejn Vjenna b'titjira diretta u biex minn hemm kellna xarabank tistenniena biex teħodna ġewwa l-lukanda biex nibdew l-avventura tagħna. Il-plejers kienu kollha kburin li kienu sejrin jirrapreżentaw lil pajjiżhom. Għal ħafna minn dawn il-plejers, din kienet l-ewwel darba li kienu se jilagħbu għal Malta. Il-lukanda kienet biss għaxar minuti 'l bogħod mill-pixxina fejn kellu jsir it-tournament. Ta' min jgħid li kienet se tkun iebsa ħafna għall-plejers tagħna għax konna se nilagħbu ħames logħbiet fi ftit jiem, bl-aħħar logħba tkun il-Ħadd wara nofsinhar, bir-ritorn tagħna f 'Malta kien skedat għat- Tnejn filgħodu minn Vjenna. L-Erbgħa kif wasalna, kelli siegħa taħdita mal-plejers fejn tajt struzzjoniet tekniċi, tattiċi u kodiċi dixxiplinari għal-logħbiet li kienu ġejjin. Għarraft lill-plejers li l-captain ta' dan it-tim kien ħa jkun Darren Zammit u l-viċi-captain Matthias Azzopardi. Ta' min jgħid li l-plejers kollha għamlu xogħolhom tajjeb ħafna u tul il-ħamest ijiem li għamilna ġewwa Vjenna ma kien hemm l-ebda problema. Kien grupp kompatt, grupp li lagħab għal xulxin, grupp edukat u ta' rispett kemm lejna l-kowċis, kemm lejn l-uffiċjali tal-ASA, il-President Joe Caruana Curran u l-viċi-president Karl Galea li għamlu dan il-vjaġġ magħna. Ta' min jgħid u jfaħħar il komportament tal-ġenituri tal-plejers li akkumpanjaw lit-tim li taw is-sapport kontinwu tagħhom lill-plejers kollha u kienu strumentali f 'mumenti diffiċli bl-għajjat u l-inċitament tagħhom. Fuq ordni tiegħi personali, il-ġenituri kienu alloġjati f 'lukanda oħra u setgħu jagħmlu kuntatt mal-plejers għal nofsiegħa biss wara kull logħba. Dawn obdew tul il-mawra kollha bla ebda forma ta' ndħil u ta' dan nirringrazzjahom minn qalbi. L-ewwel logħba kienet kontra t-tim qawwi tal-Afrika ta' Isfel, indubbjament tim kompatt u b'saħħtu. Kienet logħba missielta ħafna fejn konna fil-vantaġġ tul il- logħba kollha ħlief fl-aħħar meta spiċċajna telliefa b'distakk ta' gowl wieħed biss. B'din it-telfa, xejn ma kien mitluf imma konna nafu li t-triq għall-finali kienet se tkun iktar diffiċli. Ir-riżultat finali ta' 7-8 ma kienx jirrifletti l-andament tal- logħba imma kompliċi żbalji speċjalment fis-sitwazzjonijiet ta' raġel iktar ('man-up'), kif ukoll ċerti deċiżjonijiet tar-referi f 'mumenti kruċjali wassal għal telfa mhux mistħoqqa. L-għada l-Ġimgħa kellna t-tieni logħba kontra l-Irlanda li tjiebu mis-sena ta' qabel imma xorta rbaħnielhom komdi bl-iskor kbir ta' 23-4. Bħal f 'kull logħba, it-13-il plejer ħadu parti f 'xi ħin jew ieħor fil-logħba. Ta' min jgħid li b'sorpriża tbiddlet ir-regola u 13-il plejer biss setgħu jinżlu fuq il-lista kontra l-15 li konna mdorrijin ninżlu bihom fit-tournaments simili fis-sentejn ta' qabel. Għalhekk, ma kellix għażla oħra ħlief li nħalli dejjem plejer barra jistrieħ. Is-Sibt filgħodu wasalna għal-logħbiet kruċjali fejn telfa fissret li tkun maqlugħ mit-taqtiegħa għall-ewwel post. Peress li ġejna fit- tieni post fil-grupp, kellna nilagħbu kontra r-rebbieħa ta' Grupp B li kienu l-Iżvizzera, tim li tjieb ħafna u li kien ġej minn żewġ rebħiet. Hawnhekk, urejna li kellna tim b'saħħtu u anke jekk kontra tim ippreparat tajjeb, irnexxielna ndawru logħba diffiċli f 'logħba faċli u spiċċajna rebbieħa bl-iskor ta' 14-4. B'din ir-rebħa konna logħba biss 'il bogħod mill-finali. Is-semifinali kienet is-Sibt stess filgħaxija kontra t-tim nazzjonali tal-Polonja li kien qala' lill-'home team' tal-Awstrija. Kont qed nipprevedi logħba iebsa minħabba li kont rajt u studjajt lill-avversarji u kellhom elementi importanti ta' min tkun attent għalihom, għax setgħu jagħmlulna l-ħsara. Wara bidu iebes, irnexxielna nsaħħu vantaġġ tajjeb biex spiċċajna rebbiħin meritatament bl-iskor ta' 16-6. Fis-semifinali l-oħra, l-Afrika ta' Isfel, għelbu faċilment lil Wales u l-finali kellha tkun bejn Malta u l-Afrika ta' Isfel, l-għada l-Ħadd fit-3pm. Kellha tkun ir-rivinċità tal-ewwel logħba li tlifna f 'dan it-tournament. Ta' min jgħid li għal-logħbiet kollha kellna l-appoġġ u l-preżenza fil-pixxina tal-ambaxxatur Malti għall- Awstrija, Keith Azzopardi. Il-finali kienet l-għada l-Ħadd kontra t-tim nazzjonali tal-Afrika ta' Isfel, li fl-opinjoni tiegħi kien l-aqwa tim fil-kompetizzjoni flimkien magħna. Dan kien tim li kellu fih plejers fiżiċi ħafna, plejers ta' statura twila u l-krema ta' dan il- pajjiż daqshekk kbir - tim magħmul minn elementi b'teknika eċċellenti u tim li żgur għandu futur sabiħ quddiemu." Tkompli l-ġimgħa d-dieħla... Il-plejers kollha li rrapreżentaw lil Malta fi Vjenna: • Ken Erdogan - (Neptunes) • Matthias Azzopardi (Neptunes) (viċi-captain) • Darren Zammit (San Ġiljan) (captain) • Thomas Micallef (San Ġiljan) (goalkeeper) • Jacob Sciberras (Sirens) • Jan Culic (Sliema) • Liam Galea (Sliema) • Jerome Zerafa Gregory (Sirens) • Mikhael Cutajar (Neptunes) • Nikolai Zammit (Neptunes) • Ben Grech (San Ġiljan) • Mateo Muscat (Sirens) (goalkeeper) • Luca Felice (Exiles) • Tristan Said (San Ġiljan) Karl Izzo jagħti struzzjonijiet lill-plejers tiegħu fi Vjenna

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 May 2016