Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/673687
illum Il-Ħadd 01 ta' Mejju 2016 Sports 32 Galea u Pace jirbħu fl-Autocross u Muscat jirbaħ fil-Motocross NHAR il-Ħadd li għadda, l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi organizzat id-disa' program mill-Kampjonati ASMK Pasta Poiatti 2015/2016. F'din l-attività bejn Karozzi Autocross u Muturi Motocross irreġistraw 42 kompetitur. Intant, fis-sezzjoni Autocross rajna ġurnata impenjattiva fejn ħadu sehem zewġ kategoriji - dik tal-Istandard u dik Modified Class. Fis-Sezzjoni Autocross Modified ma rajna lil ħadd jirbaħ il-Heats kollha tal-ġurnata però kellna taqtigħa bejn Andrew Pisani fuq Opel Nova u Josef Grech fuq Ford Fiesta li kienu l-favoriti tal-ġurnata u ssigġillaw posthom fil-finali tal-ġurnata. Ma' dawn, ikkwalifikaw Christian Mark Galea fuq Fiat Ritmo, Malcolm Borg u Gordon Johnson, it-tnejn fuq Opel Corsa u Ivan Birmingham fuq Suzuki Swift. Mat-tluq tal-Finali Klassi A, rajna lil Galea joħrog tajjeb ferm tant li sal-ewwel kantuniera kien diġà qed jiżviluppa vantaġġ sostanzjali. Galea ħalla lil Johnson u lil Grech f 'taqtigħa bejniethom għat- tieni pożizzjoni sakemm wara t-tieni kantuniera sar kuntatt li ma setax ikun viżibbli mir-referi tal- ġurnata u li ħoloq kolliżjoni bejn il-kumplament tal- finalisiti. Dan wassal biex Borg kellu jirtira minħabba li sab lil Johson bil-karozza ma' wiċċu kif ukoll diversi tyres fit-trakka, kawża tal- incident. Il-finali kompliet u spiċċat b'Galea rebbieħ segwit minn Grech u Pisani. Fir-raba' post spiċċa Birmingham segwit minn Johnson fil-ħames post. Għall-finali ta' Klassi B rajna Starting Line kompost minn Jean Paul Grech fuq Peugeot 106, Jonathan Camilleri u Joseph Micallef, it-tnejn fuq Opel Corsa, Christian Apap fuq Ford Fiesta, Keith Borg fuq Opel Nova u Noel Zammit fuq Fiat Punto. Mat-tluq ta' din il-finali rajna lil Micallef u Grech jagħmlu ħruġ tajjeb ħafna b'Micallef jieħu t-tmun tal-finali segwit minn Grech u Borg. Matul din il-finali rajna lill-kompetituri kollha jiddefendu posthom sal- aħħar b'Micallef jissiġilla rebħa oħra f 'dan l-istaġun. Grech u Borg daħlu fit-tieni u fit-tielet postijiet filwaqt li fir-raba' post spiċċa Zammit segwit minn Camilleri li daħal fil-ħames post. Fl-Autocross Standard rajna lil Quin Camilleri fuq Citroen iġib l-ogħla punteġġ tal-ġurnata fejn assigura postu fil-finali. Dan iċ-ċans ġie mcaħħad minnu wara li matul it- tielet heat tal-ġurnata wettaq żewġ azzjonijiet anti-sportivi li wasslu għal twissija, bir-referi tal-ġurnata jissospendih wara li kellu żewġ warnings fl-istess tiġrija. Dan minħabba li r-regolamenti jgħidu li jekk kompetitur jaqla' żewġ warnings fl-istess heat, fit- tieni warning jintwera Black Flag. Ir-referi tal-ġurnata rrapporta l-każ lill-Kumitat Eżekuttiv tal-ASMK dwar imġiba ħażina mill-istess sewwieq. Wara dan kollu, il-finali Standard kien kompost minn Terence Azzopardi fuq Opel Corsa, Andreas Zammit fuq Opel Nova, Traydon Bailey fuq Ford KA, Lucas Pace fuq Citroen AX u Melvin Buttigieg fuq Citroen AX. Mat-tluq rajna lil Pace jieħu t-tmun tal-finali segwit minn Zammit u Azzopardi. Tul din il-finali ma kellna l-ebda tibdil fir-riżultat finali fejn spiċċa Pace jirreġistra l-ewwel rebħa f 'din il-klassi segwit minn Zammit u Azzopardi. Fir-raba' post daħal Bailey. Fil-Motocross kienet ġurnata impenjattiva iktar mis-soltu għall- fatt li l-ASMK kellha l-parteċipazzjoni ta' żewġ riders minn Sqallija li ħadu sehem fil-kategorija Motocross Klassi B. Minkejja l-kompetizzjoni barranija, l-Għawdxi Mario Cauchi fuq mutur Honda rnexxielu jirbaħ iz-zewġ heats tal- ġurnata biex kien iddikjarat rebbieħ. Cauchi kien segwit minn James Zahra fuq mutur Sherco li għalaq il-ġurnata fit-tieni post. Fit-tielet post spiċċa l-Isqalli Fabio Galota fuq mutur Kawasaki. Il-barrani l-ieħor, Emanuele Buongiovanni fuq mutur Honda spiċċa l-ġurnata fil-ħames post. Fi Klassi A rajna taqtigħa bejn Kyle Camilleri fuq mutur KTM u Trevor Muscat fuq mutur Honda. Matul l-ewwel heat, Camilleri rnexxielu joħroġ quddiem fejn baqa' jiddefendi postu sal-aħħar. Camilleri kien segwit minn Muscat. Matul it-tieni heat tal-ġurnata rajna ftit problemi li kellhom jaffaċċjaw Camilleri u Muscat. Mal-bidu tat-tiġrija rajna lil Camilleri jaqa' b'Muscat jirbaħ b'vantaġġ sostanzjali sakemm Camilleri reġa' lura fuq il-mutur. Dan tal-aħħar għamel ħiltu kollha biex inaqqas id-distakk. Dan kollu sakemm ftit minuti qabel it-tmiem tat-tiġrija, waqa' Muscat u Camilleri rnexxielu jerġa' jmur fuq quddiem. Il-problemi għal Camilleri ma waqfux hawn għax sa zewġ dawriet qabel tmiem it-tiġrija Camilleri żviluppatlu ħsara teknika fil-mutur u spiċċa kellu jirtira għal kollox. Issa kienet komda għal Muscat jerġa' jieħu l-post li kien beda bih. Ir-riżultat finali f 'din il-klassi spiċċa b'Muscat rebbieħ segwit minn Pierre Jourdan fuq mutur KTM u Camilleri għalaq il-ġurnata fit-tielet post. Intant l-attivitajiet tal- ASMK komplew ilbieraħ bis-sezzjoni Trials. Dawn kienu qed jorganizzaw is-seba' attività mill-istaġun ASMK Pasta Poiatti 2015/16 li saret fil-Kumpless Sportiv tal-Assoċjazzjoni f 'Ta' Qali. Ir-rebbieħa tal-ġurnata fil-Motocross Ritratt: Mario Micallef David Caruana għar-rebħ IL-KLABB ta' Balzan Flyers Crosscraft, taħt l-amministrazzjoni ta' Steve Farrugia u Edward Gatt, ilu mwaqqaf mill- 1996. Matul dan l-istaġun, il-klabb li qabel kien magħruf biss bħala Flyers, irnexxielu jiffirma kuntratt importanti mat-tim tal- futbol ta' Balzan, kif ukoll mal-Crosscraft, li huwa issa l-isponsor uffiċjali ta' dan it-tim. Għal dawn l-aħħar snin, il-klabb kien qed jissielet għar-rebħ tal-kampjonat tal- ogħla diviżjoni iżda l-unuri baqgħu qatt ma waslu. Fil-bidu tal-istaġun, il-klabb ħatar lil David Caruana bħala kowċ tat-tim tal-kbar. Bl-esperjenza vasta tiegħu fit-tmexxija u t-teknika tal-volleyball, Caruana bena tim li mill-bidu tal-istaġun deher li se jkun b'saħħtu. It-tim jinkludi żewġ plejers barranin - Zane Malasevska mil-Latvja u Dominika Dworniczak mill-Polonja. Elementi oħra importanti kienu Lindsay Cordina, Amanda Agius u Cinzia Fenech li ilhom jilagħbu mal-klabb għal snin twal. Ir- ritorn ta' Dorianne Caruana Bonnici u Louise Vella, li kienu ilhom sena weqfin Tkompli l-esperjenza KURT Cassar, il-plejer ta' 17-il sena li hu prodott tal-Hibernians Basketball Club, jinsab fit-tieni staġun tiegħu fil-kapitali Taljana, jilgħab ma' Stella Azzurra Roma Nord. Bħalissa l-Kampjonat ta' taħt it-18-il sena jinsab fit-tieni fażi. Fl-ewwel fażi, Stella Azzurra Roma Nord, spiċċaw fil-ħames post minn 22 tim. B'hekk ikkwalifikaw mir-Reġjun tal-Lazio ħalli jilagħbu fit-tieni fażi li tissejjaħ Interzona fejn jilagħbu ma' żewġ timijiet minn Le Marche li huma Pesaro u Todi, Pescara mir-Reġjun ta' Abruzzo, Livorno mit- Toscana u Stella Azzurra Roma mir-Reġjun tal-Lazio. Ta' min ifakkar li Stella Azzurra Roma tippreżenta żewġ timijiet. Dan ifisser li minħabba li ġew fl-istess