Illum previous editions

ILLUM 1 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/673687

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 01 ta' Mejju 2016 | illum Sports 33 Caruana jwassal lil Balzan Flyers Crosscraft għar-rebħ tal-ewwel Kampjonat fl-istorja minħabba maternità, għenu wkoll biex it-tim ikompli jissaħħaħ. Caruana nkluda fit-tim ukoll lil Lorraine Soler u lil Kelly Fenech. Kull plejer kien kruċjali u l-iktar karatteristika partikolari tat- tim kienet il-flessibilità kbira tal-plejers li kienu kapaċi jilagħbu f 'pożizzjonijiet differenti skont l-esiġenzi ta' kull logħba. Caruana rnexxielu jwassal lil Balzan Crosscraft għall- ewwel rebħ tal-kampjonat matul l-istorja tal-klabb. It-tim rebaħ kull logħba f 'dan il-kampjonat u b'hekk ġie ddikjarat champion żewġ logħbiet qabel it-tmiem tal-istaġun. Il-kowċ David Caruana stqarr ma' din il-gazzetta li jinsab kuntent immens bil-prestazzjonijiet tat-tim tiegħu matul dan l-istaġun. Qabel il-kampjonat ewlieni, it-tim irnexxielu jirbaħ ukoll żewġ titli oħra: is-Super Cup u l-John Bugeja Tribute Cup. Il-klabb ta' Balzan Flyers se jipparteċipa wkoll fin-knock- out matul ix-xahar ta' Mejju u se jkun qed jaspira biex jirbaħ ukoll din it-Tazza. It-tim ta' Balzan taħt it-tmexxija tal-kowċ David Caruana rebħu kull logħba f ' dan il-kampjonat għaldaqstant kienu kkonfermati champions avolja kien fadal żewġ logħbiet oħra x'jintlagħbu. Ta' min wieħed isemmi li huma rnexxielhom jagħmlu dan mingħajr ma sofrew l-ebda telfa. Din is-sena, it-tim ċaqlaq xi formazzjonijiet li kienu ta' suċċess biex it- tim ikun imbattibbli f 'kull logħba. Rimarkabbli huwa l-fatt li qabel il-kampjonat, Balzan Crosscraft rebħu ż-żewġ titli l-oħra, biex b'hekk dan it-tim rebaħ kull titlu li pparteċipa fih matul dan l-istaġun. Elementi importanti fit-tim ta' Balzan kienu Zane Malasevska mil-Latvja u Amanda Agius. Inbidlet ukoll is-setter tat-tim fejn għall-ewwel darba bdiet tissettja għat-tim Dorianne Caruana Bonnici. Kull element tat-tim kien kruċjali biex iwassal it-tim għar-rebħ tal-kampjonat u karatteristika partikolari tat-tim kienet il-flessibiltà kbira tal-plejers li kienu kapaċi jilagħbu f 'pożizzjonijiet differenti għall-eżiġenzi ta' kull logħba. Kull plejer qeda l-irwol tiegħu mill-aqwa skont l-esiġenzi tat-tim u tal- logħba. Tajjeb ngħidu li matul dan l-istaġun, il-livell tal- volleyball lokali għola ħafna speċjalment bl-introduzzjoni ta' numru ta' plejers barranin. Fl-aħħar nett, Balzan Flyers Crosscraft se jkunu qed jissieltu biex jirbħu l-aħħar unur tan- Knock- out fejn jaspiraw li jirbħu t-treble u t-tazzi kollha għal dan l-istaġun, bl-għan li jkomplu jħarsu 'l quddiem biex ikomplu jibnu fuq li dak bnew s'issa għall-istaġun li ġej. Plejers ta' Balzan Flyers Crosscraft jifirħu wara r-rebħ tal-ewwel Kampjonat tal-Volleyball fl-istorja tagħhom Ritratt: Mark Soler l-esperjenza ta' suċċess ta' Kurt Cassar ma' Stella Azzurra Roma grupp, ikollna derby. Minn dan il-grupp jgħaddu żewġ timijiet li jikkwalifikaw għall-Finali Nazionale. F'kummenti mal-ILLUM, Kurt qal li, "bħalissa ninsabu fir-raba' post, tlifna ġewwa darna kontra Livorno fejn lgħabna tajjeb. Issa rridu nirbħu kull logħba biex nitilgħu kemm jista' jkun 'il fuq fil-klassifika. Livell għoli ferm, nivvjaġġaw fit- tul, taħriġ kontinwu u trid tikkonċentra l-ħin kollu." Kurt jilgħab ukoll fis-Serie C Girone Lazio, fejn it- tim tiegħu jilgħab b'ħafna plajers mill-istess tim ta' taħt it-18-il sena u erba' plejers adulti biex jgħinuhom. Kurt tana iktar informazzjoni dwar il-Kampjonat Serie C fejn qalilina li, "Dan it-tim qiegħed biex aħna l-plejers żgħażagħ niksbu iktar esperjenza fil-logħba tal-basketball. Għal tliet darbiet, irnexxieli nkun fl-aqwa ħames plejers ta' taħt l-20 sena fit-tim tal- ġimgħa. Nilagħbu f 'courts żgħar, fi bliet fir-reġjun tal-Lazio b'14-il tim bħal Formia, Aprilia, Ostiense u Anzio fost oħrajn, fejn ikun hemm ħafna partitarji jsegwu l-logħbiet. Is-Serie C hija meqjusa bħala t-Tielet Diviżjoni. F'dan il-Kampjonat, apparti ħafna żgħażagħ bħali, fih jilagħbu plejers kbar li jkunu lagħbu f 'diviżjonijiet akbar, allura jkollhom l-esperjenza." "Il-ġurnata tiegħi hi din. Filgħodu skola, imbagħad wara li nasal fejn ngħix għat-3pm, nibdew it-taħriġ bil-weights, fitness u tard filgħaxija jkolli t-taħriġ flimkien mal-kumplament tat-tim. Fil-Kumpless fejn ngħixu hawn diversi żgħażagħ bħali ġejjin minn diversi postijiet fl-Italja, mis-Serbja, mill-Bosnija u mill-Kamerun. Ikolli wkoll taħriġ mentali u viżwali. Hawn fl-Italja, kollox professjonali u serju. Hawn kollox bl-eżatt," temm jgħid Kurt Cassar. Kurt Cassar fl-azzjoni ma' Stella Azzurra Roma

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 May 2016