Illum previous editions

ILLUM 1 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/673687

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- futbol? Minkejja li l-familja tiegħi ma kinitx waħda attiva fil-logħba tal-futbol, moħħi kien dejjem iridni nilgħab il-futbol. Kont inqatta' ħafna ħin nilgħab il-logħba barra jew anke l-iskola, sakemm bdejt nilgħab ma' xi timijiet, peress li f 'dawk iż-żminijiet ma kinux għadhom jeżistu n-nurseries. Imbagħad, bis-saħħa ta' Leli Fabri, ingħaqadt mal-ewwel nursery li kien hawn, li kienet tas-Sliema. Irrakkonta l-esperjenza tiegħek ma' Sliema Wanderers. Jien inħossni persuna xxurtjata, li mat- timijiet taż-żgħażagħ ta' Sliema, irbaħt kollox, inkluż il-YFA Footballer of the Year 1986. Dak iż-żmien kien hemm il- kampjonat ta' taħt is-16-il sena, it-18-il sena, u l-21 sena. Meta ħriġt mit-tim ta' taħt it-18-il sena, kont iffurmajt parti wkoll mit-tim ta' Sliema li kien ittrijonfa fil-kampjonat tal-istaġun 1988/89. Meta nħares lura lejn il-karriera tiegħi ma' Sliema, inħoss li kienet esperjenza tajba sabiex inkompli naħdem u ntejjeb il- livelli tiegħi bħala plejer. Il-prestazzjonijiet tiegħek maż- żgħażagħ ta' Sliema Wanderers, wassluk sabiex anke tkun mgħajjat man-nazzjonal ta' taħt il-21 sena. Kif tħares lejn l-esperjenzi tiegħek man- nazzjonal ta' din il-kategorija? Kont mgħajjat mat-timijiet ta' taħt is-16-il sena, ta' 18-il sena u anke ta' taħt il-21 sena. Mat-tim nazzjonali A qatt m'għamilt preżenza iżda kont għamilt żmien nittrenja mal-iskwadra u kont mgħajjat għal żewġ partiti ta' ħbiberija taħt il-gwida ta' Pietro Ghedin, fl-ewwel avventura tiegħu, kontra l-Armenja u Georgia. Wara Sliema, ingħaqadt mat-tim ta' Rabat. Kif tiddeskrivi dik l-esperjenza? Wara l-prestazzjonijiet pożittivi mat-tim ta' Sliema fil-kampjonati taż-żgħażagħ, kien imissni li nagħmel il-qabża għall-kampjonat tal-kbar. Kienu avviċinawni r-Rabat, fiż-żmien fejn kienu waqgħu fl-Ewwel Diviżjoni. Nista' ngħid, li għamilt seba' snin sbieħ ma' tim li wara suċċessi kbar, kien bena tim fuq iż-żgħażagħ u kbirna bis-saħħa tiegħu. Wara l-esperjenza ma' Rabat, kien imiss l-avventura f 'Raħal Ġdid mat-tim ta' Hibernians. Kif żvolgiet l-avventura tiegħek hemmhekk? Wara seba' snin mar-Rabat, għamilt żewġ staġuni mat-tim ta' Hibernians. Kienet esperjenza pożittiva oħra hemmhekk. Wara dik l-avventura, kont ingħaqadt mat-tim ta' Ħamrun Spartans. Mat-tim ta' Ħamrun Spartans, għamilt il-vera qabża ta' kwalità bħala attakant. Irrakontalna dik l-esperjenza. Jien kont noqgħod il-Ħamrun mal- familja tiegħi, jiġifieri naf eżattament l-ambjent tal-Ħamrun, kif inhu u x'joffri u kienet esperjenza sabiħa ħafna ma' Klabb li għandu partitarji li jħobbu ħafna t-Tim. Wara Ħamrun Spartans, ingħaqadt ma' Mosta. L-esperjenza tiegħek ma' dan it-tim. Kont wasalt lejn l-aħħar tal-karriera u t-tim ta' Mosta, taħt il-presidenza ta' Charles Abela, bdew jibnu skwadra sabiex jitilgħu fil-Kampjonat Premier. Il-proġett kien interessani ħafna u tħajjart ningħaqad magħhom. Lgħabt kemm fl-Ewwel Diviżjoni u anke fil-Premier magħhom, iżda sfortunatament konna ġejna relegati. Madankollu, Charles Abela, kien beda jemmen fil-karatteristiċi tiegħi bħala kowċ u hemmhekk bdejt l-esperjenza bħala plejer-kowċ, għaliex fl-istess ħin xtaqt inkompli nilgħab. Madankollu, rajt li ma stajtx naħdem ħafna hekk. Ta' min ifakkar, li meta kont ma' Sliema Wanderers, kont diġà nagħmel il-korsijiet tal-kowċing u anke kont nikkowċja gruppi ta' tfal iżgħar minni. Mat-tim ta' Mosta, irnexxieli nirbaħ il-promozzjoni għall-Premier u kont anke bdejt il-Kampjonat Premier bħala kowċ ta' Mosta. Ftit wara, kienet ġietni l-offerta mingħand Valletta sabiex inkun kowċ tagħhom u aċċettajt li nibda kapitlu ġdid magħhom fil- karriera tiegħi bħala kowċ. Minn hemmhekk bdiet l-ewwel avventura tiegħek ma' Valletta. Kif tħares lejn dik l-esperjenza? Meta mort ma' Valletta, kienu għaddejjin minn tranżizzjoni sħiħa fejn minn taħt idejn Joe Caruana Curran, għaddew għand Charles Camilleri. Dan tal-aħħar kien bniedem ħabrieki ħafna u ried jibni xi ħaġa ġdida u kellu ħafna fiducja fija, minkejja li bħala kowċ kont għadni żgħir fl-età, nista' ngħid li dawk is-sentejn li għamilna kienu pożittivi ħafna, għaliex minkejja li ma rbaħna xejn, tellajna ħafna element żagħżugħ li għadu jilgħab fil-Premier sal-lum il-ġurnata, fosthom Justin Grioli, Kurt Magro, Ian Zammit u Steve Bezzina. Wara dawk is-sentejn, kien ġie Victor Sciriha, fejn fl-ewwel sena, fl-istaġun 2007/2008 anke rbaħna l-kampjonat b'dak l-element żagħżugħ li tellajna, inklużi wkoll plejers t'esperjenza li għenuna ħafna. Sena wara, għalkemm bdejna bir-rebħ tas- Super Cup, konna tlifna l-kampjonat għas-spejjeż ta' Hibernians u ġimgħa wara konna tlifna l-finali tat-Trophy bil-penalties. Madankollu, ma kontx spiċċajt ma' Valleta fuq nota negattiva, għaliex huma xtaqu jinvestu f 'kowċ barrani u nfatti kien ġie l-Olandiż Ton Caanen. Hemmhekk, imbagħad, bdiet l-avventura ma' Birkirkara. Kif għidt int, hemmhekk bdiet l-avventura tiegħek bħala kowċ ta' Birkirkara, liema tim wassaltu wkoll għar-rebħ tal-unuri. X'tikkummenta? Kien klabb li kien għaddej minn tranżizzjoni wkoll bħalma kien Valletta. Madankollu, kien hemm elementi tajbin ta' plejers żgħażagħ lokali u anke barranin bħal Jorge Mora, Sylvano Comvalius u Nikola Vukanac. Jaħdem miegħi bħala assistent kowċ, kien hemm ukoll Branko Nisevic, li minħabba xi limitazzjonijiet li kellna, kien anke lagħab magħna. F'dik l-ewwel sena tal-istaġun 2009/2010 konna rbaħna l-kampjonat. Wara dak il-kampjonat bqajna nibnu fuq dik l-iskwadra u kien irnexxielna nerġgħu nirbħu l-kampjonat fl- istaġun 2012/2013. L-istaġun ta' wara kien beda bir-rebħ tas-Super Cup u għamilna żmien twil fil-quċċata tal-klassifika, però sfortunatament tlifna l-kampjonat fl-aħħar ġurnata kontra Valletta. L-istaġun 2014/2015 kien wieħed ta' emozzjonijiet diversi għax filwaqt li ġejna fit-tielet post fil- kampjonat, it-tim kien irnexxielu jirbaħ is-Super Cup u t-Trophy. L-avventura tiegħi ma' Birkirkara kienet intemmet għaliex il-klabb kien xtaq li jinvesti f 'kowċ barrani. Nixtieq insostni iżda, li lejn Birkirkara għandi rispett kbir bħalma għandhom huma lejja u kienet deċiżjoni li nirrispetta. Wara kollox għandhom id-dritt li jħejju direzzjoni oħra għall-klabb tagħhom. Fis-sajf li għadda, ħassejtek xi ftit inkwetat minħabba t-tranżizzjoni li kien hemm fil-kamp ta' Valletta. Qatt kont temmen li kont kapaċi tirbaħ il-kampjonat matul dan l-istaġun fit- tmun ta' Valletta bħala kowċ? Onestament, kont ċar mill-ewwel ġurnata li ngħaqadt mat-tim ta' Valletta għaliex rajt sapport qawwi mill-amministrazzjoni. Għadni niftakar l-ewwel sessjoni ta' taħriġ fejn it-tim ta' Valletta kien mibdul ħafna, b'bosta plejers Maltin fosthom Ryan Fenech u Steve Borg li kienu telqu u anke l-plejers barranin kollha ħlief għat-Tuneżin, Abdelkarim Nafti. Madankollu kif diġà semmejt, kelli sapport qawwi mill-kumitat li dejjem fehmu l-esiġenzi tiegħi. L-esperjenza fl- Ewropa ma kinitx waħda pożittiva fejn sfajna eliminati mit-tim minn Wales, Newtown FC u onestament naħseb li bħalma jiġri ħafna drabi, iċ-ċirkustanzi ma ppermettewx li l-klabb ikun ippreparat tajjeb għall-kompetizzjonijiet Ewropej. Wara l-esperjenza fl-Ewropa, erġajna ffukkajna fuq ix-xena lokali. Nirringrazzja ħafna lill-plejers Maltin li kien għad baqa' u anke lill-plejers barranin, għall-paċenzja u l-karattru li wrew, għaliex fehmu x'ridna minnhom. Meta bdejna l-kampjonat, minkejja li kellna l-limitazzjonijiet tagħna, rajna li kellna żgħażagħ importanti li setgħu jagħmluha mal-iskwadra. Aħna ma konniex bdejna l-istaġun billi nagħmlu premessi u ambizzjonijiet li konna ħa nirbhu l-kampjonat. Iżda aħna illum | Il-Ħadd 01 ta' Mejju 2016 Cristian Antony Muscat Paul Zammit - il-kowċ bravu ta' Valletta FC li wassal lil dan it-tim mill- kapitali għar-rebħ tat-23 Kampjonat fl-istorja glorjuża tiegħu. M'hemmx dubju li huwa wieħed mill-aqwa kowċis li qatt ipproduċa l-futbol Malti, fejn jippossjedi għarfien wiesa' tal-logħba tal-futbol u għandu mħabba speċjali għas-settur taż-żgħażagħ ta' dan l-isport Il-moħħ wara r-rebħ tat-23 Kampjonat Sports 34 "Il-partitarji numerużi u qalbiena ta' Valletta, matul din is-sena, forsi iktar minn snin oħra kienu verament it-12 -il raġel fil-ground, għax kienu dejjem warajna anki meta l-affarijiet kienu qed jidhru mhux daqshekk pożittivi"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 May 2016