Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/673687
Il-Ħadd 01 ta' Mejju 2016 | illum Kampjonat minn Valletta FC Sports 35 bħala Valletta konna nafu xi skwadra għandna u iżjed ma beda jgħaddi ż-żmien, iżjed rajna li konna kapaċi nagħmluha. Nieħu spunt personali, jien bniedem li jekk qiegħed nikkowċja klabb kbir bħal Valletta, l-objettiv tiegħi huwa li nibqa' kompettitiv u nirbaħ. F'dan l-istaġun emmint ħafna fl- element żagħżugħ fejn introduċejt u tajt spazju fl-ewwel skwadra lill-plejers bħal Llywelyn Cremona, Jean Borg, Russell Fenech, Nicholas Pulis, Jurgen Suda u Daniel Camilleri fost oħrajn. X'inhi r-raġuni? Ħafna mill-plejers nafhom telgħin min-nursery ta' Valletta u dis-sena kienu mat-tim ta' taħt id-19-il sena. Ovvjament, fil-bidu ma kinitx sempliċi għalihom iżda meta beda għaddej iż- żmien, bdew jintegraw sew fl-iskwadra u anke kellhom sehem importanti. Nemmen ħafna li kull fejn inkun, nieħu ħsieb is-settur taż-żgħażagħ. Inti kont il-kowċ li emmint f 'Rowen Muscat u Zach Muscat, li t-tnejn li huma qegħdin jilagħbu l-Italja bħalissa. Xi tħoss meta tara dan? Ovvjament, huwa ta' sodisfazzjon kbir għalija għaliex għamlu pass kbir fil-karriera tagħhom. Jien nirringrazzja 'l Alla li kelli ċ-ċans li nemmen fihom, u nagħtihom iċ-ċans mat-tim ta' Birkirkara. Jalla jkollhom aktar suċċess. Waqt konferenza stampa li ndirizzajt qabel ingħata bidu għas-Summer Cup, kont semmejt li int kont iġġorr il- blalen tat-taining fil-karozza. Possibli kienu jew forsi għadhom jeżistu dawn is-sitwazzjonijiet strambi fil-futbol lokali? Ifhem, f 'dawn l-aħħar snin għamilna passi kbar 'il quddiem kollettivament bħala futbol Malti, iżda ovvjament għad baqa' sitwazzjonijiet fejn nistgħu ntejbu l-livelli tagħna. Jien nemmen li rridu naħdmu ħafna fuq l-istrutturi tal-klabbs, għaliex dak ikun il-pass li jmiss sabiex nagħmlu l-qabża ta' kwalità, u għandna nagħmlu dan qabel nibdew naħsbu fuq formati ta' kampjonat u ħafna ideat oħra. Qegħdin f 'sitwazzjoni, fejn ma tistax tħares lejn il-Kampjonat Premier biss. Jeżistu wkoll l-istrutturi u s-set up tal-klabbs u s-setturi taż-żgħażagħ li għandna nieħdu ħsiebhom ħafna. Rigward is- sitwazzjonijiet ta' kowċis, nemmen li għandna talent, għaliex jien bniedem li nemmen ħafna fil-kowċ Malti. Sfortunament, però, qegħdin mifruxa ma' ħafna klabbs u għalhekk nemmen li l-ewwel pass għandu jkun li l-MFA tagħmel kriterji aktar riġidi għall-klabbs li jridu jikkompetu fl-ogħla diviżjonijiet għax dal-pajjiż għandu bżonn klabbs organizzati, li għad-daqs ta' Malta, ma jistgħux ikunu ħafna minħabba li r-riżorsi tagħna huma limitati. Taqbel mal-proposta li l-Kampjonat Premier jiġi b'14-il tim? Le, ma naqbilx li pajjiż żgħir bħal mhuwa Malta jista' qatt ikollu Kampjonat Premier b'14-il tim. Huwa minnu li kulħadd jista' jilgħab il-futbol iżda mhux kulħadd jista' jilgħab elite football. B'dan il-format, inkunu qed inkomplu nifirxu r-riżorsi umani ma' aktar klabbs, fejn ilkoll nafu li hawn Malta hemm bżonn ta' Klabbs aktar organizzati u mmexxija b'mod aktar professjonali. Il-kwalità mhux il- kwantità itejbu l-livell tal-Futbol Malti. Int ukoll għalliem kwalifikat tal- edukazzjoni fiżika fl-Iskola Nazzjonali tal-Isport, fejn hemmhekk tispeċjalizza fil-futbol. Tina iktar dettalji rigward dan. Ninsab kuntent ħafna, fejn nara ħeġġa kbira għat-tagħlim fost it-tfal f 'din l-iskola mmexxija tant tajjeb mill-Kap George Micallef. Il-ħeġġa ta' dawn it-tfal tixprunani biex jien nagħti wkoll l-aħjar tiegħi biex inwassal l-għarfien tiegħi lilhom, fejn nistqarr li ħafna drabi nispiċċa nara iktar lilhom milli liż-żewgt itfal subien tiegħi matul il- ġimgħa! Inżid ngħid li għandi fiduċja kbira li wħud mit-tfal li ngħallem, se jirnexxielhom jagħmluha fl-ogħla livelli tal-futbol Malti fil-futur, hekk kif jippossjedu talent tajjeb. Persważ li wara dan is-suċċess li rnexxielek tikseb fil-karriera tiegħek, fosthom matul dan l-istaġun bir- rebħ tal-Kampjonat ma' Valletta, tixtieq tgħaddi xi ringrazzjamenti partikolari. Dan is-suċċess li ksibna bħala tim żgur li ma kienx ikun possibli mingħajr il-ħidma sfieqa tal-president Victor Sciriha kif ukoll taż-żewġ viċi- presidenti, Alexander Fenech u Paul Spiteri, flimkien mal-kumitat tagħhom. Nirringrazzja wkoll lill-istaff tekniku kollu tiegħi li ħafna drabi ftit jissemma' iżda jistħoqqlu ferm kull tifħir. Huma kienu kontinwament ta' spalla għalija. B'sodisfazzjon nirringrazzja lill-plejers kollha ta' Valletta, għad-dedikazzjoni, is-sagrifiċċji u l-attitudni pożittiva li wrew matul l-istaġun. Il-plejers huma l-element prinċipali ta' dan is-suċċess. Ma nistax ma nsemmix lill-partitarji ferm numerużi u qalbiena ta' Valletta, li matul din is-sena, forsi iktar minn snin oħra kienu verament it-12-il raġel fil-ground, għax kienu dejjem warajna bis-sapport inkredibbli tagħhom anki meta l-affarijiet kienu qed jidhru mhux daqshekk pożittivi. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, ma nistax ma nirringrazzjax minn qiegħ qalbi lill-mara tiegħi u liż-żewġ uliedi, kif ukoll lill-familjari u l-ħbieb kollha tiegħi tal-paċenzja kollha li jieħdu bija u tas-sapport kontinwu li huma jtuni biex jien stajt nasal ma' Valletta għat-tragward tar-rebħ tat-23 Kampjonat fl-istorja glorjuża tagħhom. Ritratt: Markus Marks "Jien ma naqbilx li pajjiż żgħir bħal Malta jista' qatt ikollu Kampjonat Premier b'14-il tim" Twieled fil-21 ta' Settembru tal-1969 Fil-karriera tiegħu bħala plejer, lagħab ma' Sliema Wanderers, Rabat Ajax, Hibernians, Ħamrun Spartans u Mosta u mat-timijiet nazzjonali ta' taħt is-16, it-18 u l-21 sena Rebaħ dak kollu li għandu x'joffri l-futbol Malti bħala kowċ ma' Valletta u Birkirkara Għadu kemm wassal lil Valletta FC għar-rebħ tat-23 Kampjonat fl-istorja tagħhom Wieħed mill-aqwa kowċis li qatt ipproduċa l-futbol Malti Huwa għalliem kwalifikat tal-edukazzjoni fiżika fl-Iskola Nazzjonali tal-Isport Paul Zammit