Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/673687
Aħbarijiet 5 Il-Ħadd 01 ta' Mejju 2016 | illum Muscat ma setax jinjora l-5,476 vot ta' Mallia 'Ma kinitx deċiżjoni faċli u kelli naħsibha f'siegħa' minn John Busuttil WARA nuqqas ta' sena u erba' xhur mill-Kabinett, l-avukat Emmanuel Mallia rritorna bħala Ministru għall-Kompettività. Il-Prim Ministru Muscat għażel li jgħolli grad lil dak li kien segretarjat għal Ministeru u offrieh lil persuna li bla dubju kellu bżonnu fil- Kabinett tiegħu fejn jidher li Muscat iddeċieda li ministri ta' stoffa u kważi indispensabbli jridhom ma' djulu. "Ma kinitx faċli li naċċetta, għax kont erġajt dħalt sew fix-xogħol professjonali tiegħi ta' avukat. Irċevejt l-aħbar permezz ta' telefonata mingħand il-Prim Ministru u ma tajtux risposta mill- ewwel. Fil-fatt domt siegħa naħsibha u ddeċidejt li naċċetta l-ministeru li offrieli l-Prim Ministru. Inħoss li l-Prim Ministru ħa deċiżjoni fil-konfront tiegħi għax jaf li nista' nagħti kontribut fil- Kabinett u anke lill-poplu in ġenerali." Emmanuel Mallia għandu s-saħħa ta' voti miksuba fejn minn żewġ distretti meqjusa bħala 'Nazzjonalisti' kiseb 5,476 vot u kaxkar kważi lil kull kandidat Laburista li kkontestaw fl-istess distretti, fosthom Leo Brincat, Evarist Bartolo u Michael Falzon. Hu mifhum li Mallia jikseb ħafna voti li huma tiegħu personali, inkluż voti ta' persuni Nazzjonalisti u dan il-fattur elettorali kien parti kbira mir- raġuni li Mallia reġa' sab ruħu fil-Kabinett Laburista. Mallia qal ukoll li l-politika trid tinbidel u tkun politika li ġġib il-progress għall-ġid tal-poplu kollu, "u mhux politika ta' tgħajjir u naħlu l-ħin f 'atmosfera negattiva. Trid tkun politika ta' djalogu, dibattitu u kunsens biex joħroġ l-aħjar u l-aqwa għall-poplu kollu. Tant hu hekk li jien deċiż li naħdem max-shadow minister tal-PN billi nikkonsultaw u naħdmu flimkien." Irid jikkonvinċi lil dawk li tbiegħdu mill-Partit Laburista Tkompli minn paġna 1 MISTOQSI dwar il- każ Panama, Cardona rrikonoxxa li l-każ għamel ħsara lill-Partit, imma mill-ewwel żied jgħid li d-deċiżjoni ta' Muscat li jwettaq bidliet fil-Kabinett hija "xi ħaġa bla preċedent, għax l-ebda Prim Ministru qatt m'għamilha qabel." Huwa jkompli jispjega li tefa' n-nomina tiegħu għal Deputat Mexxej tal-Partit Laburista għax jixtieq jikkonvinċi lil min hu xettiku jew lil min tbiegħed mill- Partit. "Irrid nikkonvinċi lil kull min għandu d-dubji u lil min tbiegħed minn mal-partit, li l-moviment li bena Joseph Muscat għandu potenzjal li jikber ħafna iktar. Kif għandu l-potenzjal li jikber ħafna iktar dan il- pajjiż." Cardona, minkejja li jfakkar fis-suċċessi ta' dan il-Gvern, l-aktar fl-ekonomija u fil-qasam tal-impjiegi, jirrikonoxxi li l-ġid li qed jinħoloq mhux qed jasal għand kulħadd. "Irridu naraw li l-ġid li jinħoloq jasal għand kulħadd u jien irrid li nkun pont bejn il-ġid li qed joħloq il-Gvern u dawk li dan il-ġid għadu ma bediex jasal għandhom. Irrid li l-ġid jasal għand kulħadd, mhux għand settur wieħed biss tal-poplu." L-ILLUM fakkret lil Cardona li r-rebħa ċerta tal- Partit Laburista m'għadhiex hemm u li llum iż-żewġ partiti jinsabu ras imb ras. Fakkret ukoll li bħalissa teżisti diżillużjoni palpabbli fost settur imdaqqas ta' votanti Laburisti. Il-kandidat għal waħda mill-ogħla karigi fil-PL jgħid li għad fadal mill-inqas sentejn għall- elezzjoni u li hu, flimkien mal-Gvern u l-partit se jara li dawk il-Laburisti li tbiegħdu mill-PL mhux biss jersqu lura, iżda jkunu protagonisti fl-istess partit fl-elezzjoni li jmiss. Joseph Muscat u Chris Cardona 56% jaqblu mal-bidliet li wettaq Muscat MINN 1,600 persuna li vvutaw fl-istħarriġ tal- illum.com.mt dwar ir- reshuffle fl-ewwel 48 siegħa, 56.5% qablu mal-bidliet li wettaq il-Prim Ministru Joseph Muscat għax iħossu li l-PM wera' li kapaċi jiddeċiedi. Min-naħa l-oħra, 14.5% jħossu li l-bidliet li ħabbar Muscat ma kinux pożittivi għaliex, fil-verità kienu bidliet mill-aktar kożmetiċi. Numru ta' nies oħrajn, jiġifieri 15.2% jaħsbu li n-nies li Muscat poġġa fil- kariga huma kompetenti. Kienu biss 12% tal-qarrejja tal-ILLUM li jħossu li d-deċiżjoni ta' Muscat kienet żbaljata għax ħalla lil Konrad Mizzi fil-kabinett. L-istħarriġ tas-sit illum. com.mt jibqa' għaddej sa nhar il-Erbgħa li ġej. Dawk kollha li jixtiequ jsemmgħu leħinhom jistgħu jagħmlu dan billi jivvutaw u jħallu kumment fuq l-istess sit.