Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/673687
illum | Il-Ħadd 01 ta' Mejju 2016 Aħbarijiet 6 Ir-risposta ta' Muscat għall-Panama: Att kuraġġuż jew farsa sħiħa? minn Albert Gauci Cunningham RESHUFFLE. Kienet il- kelma fuq fomm kulħadd hekk kif Joseph Muscat nhar il-Ħamis li għadda għamel bidliet li ftit wara, fuq l-istazzjon tal-Partit Laburista sejħilhom "bidliet żgħar." Anke jekk kienu deskritti bħala żgħar, dawn il-bidliet ġew fi żmien meta l-Gvern għaddej minn perjodu xejn faċli, wara li kien żvelat kif il-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff Keith Schembri kellhom kumpanija fil- Panama u kienu pruvaw jiftħu kontijiet f 'pajjiżi oħrajn, fosthom f ' Dubai. Għalhekk, anke jekk żgħar, il-bidliet huma mill-aktar sinifikattivi. It-tempesta politika weġġgħet sew lill-Partit Laburista u wasslet għal kritika lejn il-Gvern minn prattikament kull angolu. Dak li kellu jiddeċiedi l-Prim Ministru Muscat kellu jkun il-mument li jiddefinixxi l-futur tal- Gvern preżenti, lill-Partit li jirrapreżentah kif ukoll li kellu jkun determinanti għall-mod ta' kif se jxaqleb ir-riżultat elettorali tal- elezzjoni ġenerali li jmiss. Issa Muscat iddeċieda. U malli ddeċieda, reġgħu qamu turrun mistoqsijiet. Biex tkompli tagħmel l-affari iktar diffikultuża, kienet żvelata informazzjoni permezz ta' leak minn Mossack Fonseca li wasslet biex diversi politiċi madwar l-Ewropa rriżenjaw jew talbu apoloġija pubblika. Imma l-bidliet fil-Kabinett se jkunu reali u effettivi jew Muscat raqqa' l-pannu bil-qara' aħmar? Sema' min- nies jew beża' minn Konrad Mizzi u Keith Schembri? Ir-ritorn ta' Manwel Mallia huwa pass 'il quddiem jew pass lura? Fearne kien ħaqqu jsir Ministru? U Josè Herrera kemm se jkun effettiv bħala Ministru tal-Ambjent? L-ILLUM għamlet dawn il-mistoqsijiet lil diversi opinjonisti prominenti f 'pajjiżna u għalkemm ma jirriżultax li hemm linja waħda u identika ta' ħsieb, jidher li l-mossa ta' Muscat fil-konfront ta' Konrad Mizzi ma tantx niżlet tajjeb ma' dawk li tkellmet magħhom din il-gazzetta. Għall-kuntrarju, il- promozzjoni ta' Chris Fearne għal Ministru kienet meqjusa bħala deċiżjoni pożittiva u li missha ilha li saret. 'It-tneħħija ta' Mizzi qatt ma kienet ikkontemplata' 'Il-vuċi tal-poplu m'għadhiex ħanqa ta' ħmar' L-opinjonista Joe Ellis jgħid li minkejja li kien ilu jsir ħafna diskors dwar it-tneħħija tal-Ministru Konrad Mizzi, l-intenzjoni tal-Gvern kienet dejjem li joħroġ minn din it-tempesta politika mingħajr 'vittmi'. "It-tneħħija ta' Konrad Mizzi u anke ta' Keith Schembri qatt ma kienet ikkontemplata." Ellis jgħid li Muscat ipprova, mingħajr wisq suċċess, jissodisfa s-sentiment tan- nies b'dan ir-resshuffle. "Ta l-impressjoni li qed jiddeċiedi, mentri r-responsabbiltà politika ma refagħha ħadd, u l-maġġoranza qed taraha u qed tinduna b'dan. Politikament, ma nemminx li se tissarraf fil-mod li xtaqha tissarraf Muscat." Ellis qal li r-ritorn ta' Mallia kien iddettat minn eżiġenzi purament politiċi-elettorali hekk kif Mallia huwa ferm popolari fid-distretti li fihom ikkontesta fl-2013. Dwar Herrera, l-opinjonista tal-ILLUM qal li dan kien jixraqlu kariga ministerjali u li ma jixtieqx jgħaddi ġudizzju dwar l-effettività li jista' jkollu bħala Ministru għalissa. "The proof of the pudding is in the eating," temm jgħid Ellis. L-ekonomista veteran Karmenu Farrugia, li fl-20 ta Marzu li għadda uża kliem iebes mal- ILLUM dwar il-każ Panama, irrikonoxxa li "tal-anqas illum, kuntrarjament għal dak li kien jiġri qabel, il-vuċi tal-poplu m'għadhiex ħanqa ta' ħmar. Qed tinstema' u qed tittieħed xi forma ta' azzjoni." Min-naħa l-oħra iżda, Farrugia xorta saħaq li Muscat "messu neħħa lil Mizzi u lil Schembri mill-ewwel u mingħajr ħafna skużi. Speċjalment, kellu jneħħi lil Schembri, għax dan mhuwiex annimal politiku." Huwa ċaħad iżda kull argument li Muscat jista' jkun qed jibża' minn Konrad Mizzi jew Keith Schembri. "Joseph Muscat ma tantx hu politiku li jibża', iktar ngħid li huwa politikament kawt ħafna." Dwar Manuel Mallia, Farrugia qal li Muscat wera ċertu ġustizzja li biha rrikonoxxa li r-riżenja ta' Mallia, aktar kmieni fil-leġiżlatura, setgħet kienet żbaljata. Huwa kellu kliem ta' tifħir għal Chris Fearne, "li kien jixraqlu ħafna li jokkupa l-kariga mogħtija lilu, wara kollox kien dejjem hu l-vera Ministru tas-Saħħa." Kellu kliem ta' tifħir ukoll għal Josè Herrera li ddeskrivih bħala effettiv fl-irwol tiegħu ta' Segretarju Parlamentari." - Joe Ellis - Karm Farrugia