Illum previous editions

ILLUM 1 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/673687

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

Aħbarijiet 7 Il-Ħadd 01 ta' Mejju 2016 | illum għall-Panama: sħiħa? 'Il-portafoll ta' Mallia żball u l-mossa dwar Konrad daħqa fil-wiċċ' 'Muscat għamel ħsara kbira lil-Labour' L-opinjonista Simon Mercieca, dan l-aħħar fl-aħbarijiet minħabba artiklu li kiteb dwar Mario De Marco, ma tantx kien kumplimentuż għall- għażla ta' Muscat li jerġa' jpoġġi lil Manwel Mallia fil-Kabinett. Fil-fatt mal- ILLUM huwa sejjaħ dan il-pass bħala "żball kbir, għax inti ma toħloqx Ministeru tal-kompetittività u tifframmenta l-qasam ekonomiku. Jekk ried jagħmlu Ministru, missu għamlu Ministru b'portafoll differenti," sostna Mercieca li spjega kif l-argument tiegħu jmur lil hinn mill- każ li kellu l-istess Mallia u li minħabba fih kellu jirreżenja. Mercieca kellu kliem iebes ukoll għall-ministeru bla portafoll li ngħata Konrad Mizzi. Hu jiddeskrivi din il-mossa bħala, "daħqa fil-wiċċ" u "messaġġ ta' dgħufija. Aħjar ħallieh Ministru milli ħallieh bla portafoll fl-OPM għax deher li qed jgħaddi lin-nies biż-żmien." Huwa jfaħħar l-għażla ta' Leo Brincat għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri u jiddeskriviha bħala "pass fid-direzzjoni t-tajba" kif jiddeskrivi wkoll l-għażla ta' Josè Herrera bħala Ministru tal-Ambjent. Mercieca temm jgħid li hu jħoss li Muscat għamel reshuffle biex jilqa' għal aktar dettalji li mistennija joħorġu dwar il-kwistjoni 'Panama Papers' fuq livell internazzjonali matul il- ġimgħa li ġejja. 'Il-PM jaf li ma ħax deċiżjoni popolari' - Charles Miceli - Simon Mercieca - Frank Psaila L-opinjonista Charles Miceli kien iktar kawt fl-argument tiegħu u qal li l-PM Muscat kien jeħtieġ li jidher li qed jiddeċiedi, "issa jekk hux biżżejjed jew le, kwistjoni oħra." Huwa kompla jgħid lil din il-gazzetta li Muscat jaf li din id-decizjoni mhix popolari u, "apparti d-'die hards' ħadd mhu se jċapċaplu. Issa rridu naraw jekk din hux se tkun il- 'cavallo di battaglia' tal-PN u jekk fi żmien sentejn oħra Muscat hux se jingħata raġun jew le, mill-elettorat." Għalkemm saħaq li ma jarax kif se jseħħu "bidliet kbar" b'dak imħabbar, Miceli ddeskriva lil Manuel Mallia bħala "bniedem kapaċi" filwaqt li fakkar kif Josè Herrera se jkollu għadma iebsa fl-ambjent, kif kellu għadma iebsa kull Ministru li kellu din il- kariga. "Il-Laburisti akkaniti se jibqgħu jċapċpu, u n-Nazzjonalisti se jibqgħu jgħajtu għal 'pound of flesh'. Wisq nibża' li se jiżdiedu dawk li huma mxebbgħin sal-ponta ta' mneħirhom bil- politika ta' żewġ tribujiet. Frank Psaila, opinjonista u preżentatur fuq l-istazzjon tal-PN iddeskriva l-bidliet bħala farsa u akkuża lil Muscat li għamel "ħsara kbira lill-Partit Laburista." Psaila qal li in-nies, "inkluż ħafna Laburisti huma rrabjati ħafna għal dak li għamel Mizzi," u akkuża lill-PM li "għamel ħsara kbira lill-PL." Psaila qal li apparti minn dan, id-deċiżjoni tal- Prim Ministru li jżomm lil Mizzi u lil Schembri turi li "Muscat ġie jaqa' u jqum mill-interessi tal-PL, imma fuq kollox tal-pajjiż." Huwa qal li Muscat wera li huwa selettiv meta jgħid li jisma', u fakkar kif f 'istanzi oħra ħa deċiżjonijiet anke meta s-sentiment popolari kien kontrih. "Imma fuq l-akbar skandlu politiku li kien jinvolvi Ministru ewlieni tiegħu, Muscat għamel ta' rasu." Mal-ILLUM Psaila jgħid li hija stramba li Muscat reġa' għamel lill- Manuel Mallia Ministru u jfakkar fl-inċident li fih kien involut ix-xufier ta' Mallia. "Għallura [Muscat] ma kienx ġenwin meta qal li l-inċident irrabjah. Li kieku għal Muscat dak li ġara kien inaċċettabbli, ma naħsibx li kien jerġa' jagħmlu Ministru." Huwa jfaħħar lil Josè Herrera għall-esperjenza li għandu fuq xogħol ta' qrati u jżid jgħid li postu "kien ikun aħjar fil- qasam tal-Ġustizzja."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 May 2016