Illum previous editions

ILLUM 1 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/673687

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

illum | Il-Ħadd 01 ta' Mejju 2016 Qorti 8 Żewġ bdiewa jixhdu li għarfu lil Max Ciantar 'minn għajnejh' PROĊEDURI ta' kumpilazzjoni fil-konfront ta' Maximilian Ciantar komplew iżjed kmieni din il-ġimgħa bix-xhieda ta' koppja li Ciantar, flimkien ma' raġel ieħor, kien allegatament ipprova jisraqhom nhar l-Għid il-Kbir. Il-maġistrat Aaron Bugeja sema' kif żewġt irġiel kienu ħebbew għall- koppja, li kienu qiegħdin jaħilbu l-baqar fl-għelieqi tagħhom f 'Ħad- Dingli għall-ħabta tal-4:00 am. Filwaqt li l-bidwi kien irnexxilu jiżgiċċa u jistaħba fil-viċinanzi, martu ffriżat bil-biżgħa u sofriet diversi daqqiet ta' ponn f 'wiċċha mingħand wieħed mill- ħallelin mgħammdin li, wara xi kwarta, ħarbu minn fuq il-post idhom f 'idhom. Qabel ma telqu, il- kriminali ħadu magħhom iċ- ċwievet tal-vann tal-koppja u qattgħu tnejn mit-tajers. Ciantar, li għandu 26 sena u fedina penali voluminuża, qiegħed jiċħad l-involviment tiegħu fl-attentata serqa. Ġuvni ieħor, Darryl Anthony Anderson, ta' 19-il sena, jinsab għaddej proċeduri separati fuq l-istess inċident. Diversi drabi waqt l-aħħar seduta, il-koppja ġew mitluba jispjegaw kif għarfu l-imputat ġaladarba dan kellu wiċċu mgħammad. Ir-raġel insista li għarfu minn għajnejh għaliex kienu kbar u kannella. Żied jgħid li l-qagħda ta' Ciantar kienet identika għal ta' dak li heddidhom. Il-mara wkoll xehded li kienet għarfet l-imputat minn għajnejh u nsistiet fuq dan minkejja li l-maġistrat ġibdilha l-attenzjoni li hu wkoll kellu għajnejh kbar u kannella, tant kienet qawwija iċ-ċertezza tagħha. L-avukat Joe Brincat qiegħed jiddefendi lil Ciantar, filwaqt li l-ispettur Neville Mercieca qiegħed imexxi l-prosekuzzjoni. Maximilian Ciantar Ħames snin ħabs għal Palestinjan fuq attakk brutali PALESTIJAN ta' 29 sena ngħata sentenza ta' ħames snin ħabs wara attakk vjolenti li ħalla ġuvni ta' 18- il sena bi ħsara permanenti f 'għajnejh. Ahmed Abdalla Yakoup kien akkużat, flimkien ma' Omar Osman, ta' 34 sena mis-Somalja, li wettaq l-assalt brutali fuq iż-żagħżugħ Justin Aquilina u Essalami Hasheem mil-Libja, fit-terminus tal- linja fil-Belt fl-2013 bil-ħsieb li jisraqhom. Fit-taqliba sussegwenti, Aquilina rnexxilu jsejjaħ lill-Pulizija fuq it-telefon ċellulari, iżda meta ndunaw b'dan, iż-żewġ barranin iżjed ifferoċjaw u tawh diversi daqqiet b'ħadida u njama. Tant kienu serji l-ġrieħi li sofra Aquilina, li għadu sal- lum fir-riskju li jitlef id-dawl t'għajn waħda jekk jisforza żżejjed. Il-ġuvni, infatti kellu jieqaf jipprattika l-isports li tant kien għal qalbu. Hasheem kien għaddej mill-post waqt il-ħin tal- inċident u pprova jferraq il-ġlied. Ta' dan l-att ta' karità, Hasheem laqqat xebgħa, kif ukoll insterqitlu l-kartiera. Il- Libjan instab fit-triq viċin il- mafkar tal-gwerra fil-Furjana. Osman ħarab mill-pajjiż fl-istess waqt, u jinsab suġġett għal mandat ta' arrest Ewropew, fi proċeduri separati. L-applikazzjoni ta' Yakoup għall-ażil kien ġie rrifjutat fl- 2014, bil-Ministeru tal-Intern jinnota li kellu diġà erba' sentenzi għal diversi reati, minn serq għal kawża ta' feriti gravi. Fl-2013, il-vittma kien xehed li ma kellu l-ebda spjegazzjoni għall-attakk li sofra u lanqas ma kien jaf l-aggressuri tiegħu. Qal li kellu diversi ħbieb ta' karnaġġjon skur u li żgur ma kiex razzist.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 May 2016