Illum previous editions

ILLUM 1 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/673687

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

illum | Il-Ħadd 01 ta' Mejju 2016 Intervista 10 Jagħmel x'jagħmel, il-Prim Ministru F l-aħħar xhur, kompliet tidwi l-kwistjoni tal- Panama Papers anke fil- kuntest lokali, fejn kienu diversi persuni li sejħu għar-riżenja tal-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff tal- Prim Ministru, Keith Schembri. Fost dawn, kien hemm iċ-chairperson tal-Alternattiva Demokratika, Arnold Cassola li iżda jmur lil hinn minn hekk u jsostni li dawn it-tnejn għandhom jinqatgħu kompletament mix-xena politika, u mhux biss jitilqu mill-kariga preżenti tagħhom. Dwar dan u temi kurrenti oħrajn, il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' Cassola. Kompla jinsisti li l-kuntratti li fihom kienu involuti, għandhom jiġu ppubblikati fl-intier tagħhom. Din il-gazzetta tkellmet ukoll mal-kap tal-istess partit dwar iż-żewġ partiti tliet snin wara l-elezzjoni, il-protesti tal-Partit Nazzjonalista, is-sistema elettorali ta' pajjiżna u l-Alternattiva fl-ispettru politiku lokali. 'Huma buffunati li l-Prim Ministru joqgħod jibgħatilna l-messaġġiera' L-ILLUM staqsiet lil Cassola jekk jaħsibx li jekk jirreżenja jew jitkeċċa Konrad Mizzi mill-kariga, jkunx biżżejjed u jkun patta għal dak li sar. Huwa jwieġeb li, "għall-ħsara li saret lill-pajjiż, le. Il-ħsara u s-suspetti li nqalgħu huma kbar, u d-dubji li nżergħu permezz ta' dak li nkiteb fuq pajjiżna minn gazzetti barranin, mhux faċli li jitneħħew." Minkejja dan, ikompli jsostni li jekk ir-riżenja ta' Mizzi tkun waħda totali minn dak kollu li hu politiku, "l-ewwel nett inkunu rridu naraw il-kuntratti kollha li ġew iffirmati, għax inutli ma jibqax fil-kariga, u l-kuntratti jibqgħu moħbija u ma nkunux nafu l-kontenut tagħhom." Sostna wkoll li minbarra r-riżenja, "dawn it-tnejn iridu jinqatgħu kompletament, għax jekk b'xi mod Mizzi u Schembri jispiċċaw konsulenti tal-Gvern jew jaħdmu minn wara l-kwinti, jispiċċaw ikunu ministri mingħajr ma jkunu ministri." "Huma buffunati li l-Prim Ministru jibgħat il-messaġġiera tiegħu, bħal Zammit Lewis u Owen Bonnici sabiex jgħidilna li dalwaqt se joħroġ b'deċiżjoni. Il-Prim Ministru kellu fl- ewwel ġurnata jkeċċi lil Konrad Mizzi u lil Keith Schembri." Cassola jkompli jinsisti u jgħid li l-ħsara li saret f 'dawn ix-xahrejn, ma tistax tkejjilha, u issa, "jagħmel x'jagħmel il-Prim Ministru, mhux se jirkupra dak kollu li tilef. Iktar ma jtawwal, iktar qed iżid is-suspetti." Arnold Cassola jkompli jinsisti li l-investigazzjoni dwar dan il-każ, hi "daħka fil-wiċċ għax din se tinvestiga l-assi li huma mikxufa, imma mhux dawk li huma moħbija, għax dak li hu moħbi, ma tistax tinvestigah. Fil-fatt, il-liġi tal-Panama ma tħallix lill-banek u kumpaniji jagħtu informazzjoni dwar il-kontijiet tagħhom." Il-Panama Papers u dak li għad irid joħroġ Fil-jiem li ġejjin, mistennija joħorġu l-listi tal-persuni Maltin li mhumiex politiċi, li fetħu kumpaniji fil- Panama, u b'kollox huwa mistenni li jkun hemm madwar 42 isem ta' Maltin, b'676 kumpanija. Dwar dan, Cassola jixħet xi dubju dwar l-identitajiet ta' dawn il-persuni, u jgħid li, "jista' jkun jew jista' ma jkunx li għandek nies li b'xi mod setgħu ħadu xi tenders mill-Gvern, kuntratti jew direct orders. Ma ninsewx li dawn il-leaks imorru lura madwar 40 sena, iżda ma nafux kemm il-Maltin ilhom jinvestu fil-Panama. Meta naraw min huma, nistgħu verament ngħaqqdu l-vojt u naraw ir-raġunijiet wara xi deċiżjonijiet ta' kuntratti, imma għalissa, kollox għadu fl-arja. Però, iċ-chairman tal-AD, xi jħoss li għandha tkun ir-reazzjoni, f 'każ li jirriżulta li persuni b'kontijiet fil- Panama kellhom xi tip ta' konnessjoni ma' xi poltiċi? "Jekk b'xi mod joħroġ li kien hemm xi kuntratti dubjużi u li ma nafux x'fihom, imbagħad tiskopri li ngħataw għax kien hemm xi affarijiet bejniethom rigward kontijiet bankarji barra minn Malta, naturalment li l-politiku jrid jinżamm politikament responsabbli." 'L-Oppożizzjoni mhix kredibbli' Min-naħa tal-Oppożizzjoni, Cassola jsemmi li hemm nuqqas kbir ta' kredibbiltà, u jgħid dan fid-dawl tal-fatt li huwa kien personalment mistieden mill-kap tal-Partit Nazzjonalista sabiex jipparteċipa flimkien mal-AD fil- protesta organizzata mill-PN kontra l-korruzzjoni, u anke jindirizza lil dawk preżenti bħalma għamlet id-deputata indipendenti Marlene Farrugia. Minkejja din l-istedina, Cassola jgħid, "jien għidtlu ċar u tond, aħna bħala Alternattiva għandna l-kredibbiltà, u din ma nistgħux nitilfuha billi jien immur spalla ma' spalla ma' Tonio Fenech nipprotesta, meta s-segretarju personali tiegħu kien weħel sentenza sospiża fuq tixħim." Kompla jsemmi kif bħala partit, l-AD ma tistax titlef il-konsistenza billi "mmur spalla ma' spalla ma' Busuttil, li wara li ġie elett jgħidlek li Tonio Fenech talab skuża dwar l-arloġġ u l-ajruplan, u allura, il-każ hu magħluq. X'jiġifieri l-każ hu magħluq? Joseph Muscat ukoll qed jgħid hekk, qed jgħid li Konrad Mizzi kien naïve miskin, skuża ruħu, u mietet hemm." Tliet snin wara, kif sejjer il-Gvern? Illum, wara tliet snin mill-elezzjoni ġenerali, wieħed jista' jħares lura u janalizza l-mixja tal-Gvern u l-Oppożizzjoni fit-tmexxija tal- pajjiż, u iktar minn hekk fl-oqsma li mexa tajjeb jew saħansitra eċċella fihom, u dawk li mar ħażin jew anke kien diżastru. Iċ-chairperson tal-AD qal li l-Gvern mexa tajjeb f 'diversi oqsma, bħad-drittijiet ċivili, u l-makro-ekonomija, "però sejjer diżastru fuq l-ambjent, il-kontabbiltà u t-trasparenza u hemm problema kbira fl-ekonomija għal nies normali li qegħdin fuq paga minima, pensjoni eċċ. Il-problema tal-faqar hija realtà, u l-problemi ta' dawn in-nies qed jiżdiedu, jekk mhux fil-kwantità, fit-tip ta' problemi." Cassola jkompli jsostni li hemm problema kif, "il- makro-ekonomija sejra tajjeb, iżda ma tinżilx biex tilħaq dawn il-problemi u tagħmel effett fuq dawn in-nies." 'Il-Partiti mhux se jaġevolaw lit-tielet partit' Wara 27 sena teżisti, l-Alternattiva Demokratika qatt ma kellha suċċessi elettorali għajr għal xi ftit każi fl- elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali. Għaldaqstant, il-gazzetta ILLUM tistaqsi lil Cassola x'jaħseb li hi r-raġuni għal dan, jekk hux l-elettorat, li dara bit-tip ta' mentalità taż-żewġ partiti, is-sistema elettorali jew forsi l-partit qed jagħmel xi ħaġa ħażina fl-approċċ lejn l-elettorat. Cassola ddeskriva s-sistema elettorali preżenti bħala waħda li tagħmilha diffiċli biex ittella' partit ieħor fil-Parlament. Però jispjega li kien hemm mument fejn din is-sistema, kienu kważi għelbuha meta fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-2004 kienu kisbu 9.3% tal-voti, "li f 'pajjiż normali, kieku wieħed jiġi elett, imma Malta bis-sistema kif inhi, ma tistax titla'. Il-partiti mhux se jibdlu din is-sistema u mhux se jaġevolaw lill-ebda tielet, raba' jew ħames partit u allura, irid jiddeċiedi l-poplu Malti. Jekk in-nies iridu jibdlu s-sistema u ma jħallux biss iż-żewġ partiti fil-Parlament, bid-difetti kollha li għandhom li huma kbar, u s-sitwazzjoni li ġabuna fiha, iridu jivvutaw lilna. Ir-realtà hi li trid madwar 2,500 vot tal-ewwel preferenza f 'distrett wieħed." Minkejja dan, iċ-Chairman kompla jsostni li min-naħa tagħhom bħala partit, jeħtieġ li jkomplu jżidu l-kuntatt dirett man-nies, "u din hi xi ħaġa li aħna forsi neqsin minnha, li jkollna kuntatt man-nies fit-toroq, u anke permezz tal-media għaliex waqt li l-partiti l-kbar għandhom kuntatt dirett u kontinwu permezz tal-istazzjonijiet tagħhom, dan huwa nieqes min-naħa tagħna. Dan kollu hu marbut ma' kwistjoni ta' finanzi u mal-ammont ta' kandidati li jkollna, li jistgħu jinvolvu ruħhom fil-lokalitajiet varji." L-AD huwa partit jew biss pressure group ambjentali? Meta wieħed jiġi mistoqsi dwar x'jiġih f 'moħħu meta jsemmi l-Alternattiva Demokratika, ħafna jwieġbu, 'l-ambjent', u ma jkunux sejrin żbaljati għaliex fi kliem Arnold Cassola stess, l-ambjent huwa wieħed mill-iktar valuri fundamentali li għandha l-AD. Imma jista' jkun li l-AD tiffoka wisq fuq dan is-suġġett, bil-konsegwenza li tagħti l-impressjoni li titkellem biss fuq dan is-suġġett, u tirriskja li tidher iktar bħala pressure group milli bħala partit alternattiv għal dawk preżenti fil-parlament. Għal dan, Cassola deher li din il-mistoqsija ssirlu ta' spiss u jkollu r-risposta lesta, billi jgħid, "li jista' jkun li dik hi Veronica Lynn Mizzi vmizzi@mediatoday.com.mt L-AD ma tistax titlef il-konsistenza billi tmur spalla ma' spalla ma' Busuttil, li wara li ġie elett jgħidlek li Tonio Fenech talab skuża dwar l-arloġġ u l-ajruplan, u allura, l-każ hu magħluq " " Il-Gvern mexa tajjeb f 'diversi oqsma, però sejjer diżastru fuq l-ambjent, il-kontabbiltà u t-trasparenza " "

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 May 2016