Illum previous editions

ILLUM 15 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/679866

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

NEWSPAPER POST Nr 500 • 15 ta' Mejju 2016 www.illum.com.mt €1.00 Intervista' ma' Jean-Marc Bosman Ara paġni 34 u 35 Nr 500 • 15 ta' Mejju 2016 PROSIT IRA 'Nixtri ma nistax u jekk nikri nissallab' minn John Busuttil HEKK sostna mal-ILLUM ġuvni li jgħix b'paga minima u li qed jipprova jsib post fejn jgħix lil hinn mid-dar tal-ġenturi tiegħu. "Nixtri ma nistax għax il-bank mhux se jtini self u bil-prezzijiet tal-kirjiet bħalissa, biex nikri nissallab." L-ILLUM titkellem ukoll ma' mara separata, wara 24 sena żwieġ li qed tipprova tgħajjex żewġt itfal b'paga ta' 'chambermaid' f 'lukanda u li tgħix f 'post mikri. Bla mistenni, is-sid iddeċieda li jgħollilha l-kirja b'€100 fix-xahar minħabba li l-prezz tal-kirjiet bħalissa qed jiżdied sew, sforz domanda qawwija. F'paġni 4 u 5, din il- gazzetta tinvestiga f 'aktar dettall ir-realtà soċjali li s'issa għadha qed tinħeba taħt id- dell tas-suċċess fis-settur tal-proprjetà. Din hija realtà ta' nies li la jifilħu jikru għax il-kirjiet qed jogħlew ħafna u lanqas jieħdu self mill-bank biex jixtru, għax id-dħul tagħhom huwa baxx. Min imexxi Strickland Foundation kien il-kap tal-ministeru ta' De Marco LEKS Segretarju Permanenti ta' Mario De Marco, Peter Portelli huwa ċ-chief executive officer ta' Strickland Foundation, waqt li għandu impjieg full-time mal-Gvern fejn għandu paga ta' iktar minn €40,000. Strickland Foundation hija l-ikbar azzjonista tal-gazzetta The Times. Portelli, li qabel kien fis-segretarjat f 'Kastilja ma' Richard Cachia Caruana kien spiċċa ma' De Marco meta kien responsabbli mit-turiżmu. Portelli kkonferma mal- ILLUM li huwa CEO part-time mas-Strickland Foundation. Mario Demarco dejjem qal li hu m'għandu l-ebda influwenza fuq dak li jiġri t-Times. Nies li jaħdmu ma' din il-gazzetta qalulna li inflwenza fuq it- Times dejjem kienet hemm u safrattant kien hemm prassi fil- passat li l-editorjali jintbagħtu lil ċerti membri ta' Strickland foundation. Tkompli f 'paġna 6 40% raw titjib fis-servizz Stħarriġ tal-ILLUM dwar it-trasport pubbliku MINN stħarriġ li sar mill- gazzetta ILLUM fost 50 passiġġier fil-venda tal-Belt Valletta, jirriżulta li 40% ta' dawk li jużaw it-trasport pubbliku raw titjib fis- servizz offrut fl-aħħar xhur. F'Jannar, meta kien sar stħarriġ simili ftit wara l-bidliet fir-rottot, 67% tan-nies li pparteċipaw fl- istħarriġ qalu li s-servizz kien mar għall-agħar. Minkejja dan, 36% ta' dawk li tkellmet magħhom l-ILLUM iħossu li s-servizz mar għall-agħar, filwaqt li 24% iħossu li s-servizz baqa' kif kien. Ara paġna 3 Ira Losco tagħti prestazzjoni eċċelenti waqt li kienet qed tirrapreżenta lil pajjiżna bid-diska 'Walk on Water' fis-serata finali tal-bieraħ fi Stokkolma

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 May 2016