Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/679866
Il-Ħadd 15 ta' Mejju 2016 | illum Elezzjoni Deputat Mexxej 11 Chris Said jien imma kull liġi ġdida li daħħalna, għax kull waħda kellha dimensjoni soċjali. Cardona mill-ewwel ifakkar kif fil- passat kien dejjem il-Partit Laburista li daħħal drittijiet ċivili ġodda, mill-vot għan-nisa u edukazzjoni u saħħa b'xejn għal drittijiet ċivili llum. "Grazzi għall-ħidma ta' Helena Dalli, pajjiżna illum jinsab fuq quddiem fi drittijiet għal persuni LGTIQ fl- Ewropa." Il-magna tal-Labour għandha bżonn iż-żejt Il-Labour kellu magna ta' relazzjonijiet pubbliċi li ħadmet b'perfezzjoni fl-aħħar elezzjoni ġenerali. Għall-ewwel darba fi snin twal, il-Partit Laburista deher li kellu magna li taħdem perfettament. F'dawn it-tliet snin, din il-magna donnha żmagat, waqfet topera u għandha bżonn ftit taż-żejt mhux ħażin. X'se jagħmel Cardona biex ireġġa' din is-sitwazzjoni lura? "Naħseb li llum il-ġurnata wasalna f 'mument kruċjali bi Gvern li qiegħed jattwa, imma dan mhux qed jiġi kkonkretizzat f 'messaġġ li jasal għand il-poplu." Cardona jkompli jgħid li bħalissa għaddej b'laqgħat mal-fergħat u mad- delegati tal-partit, "biex dak li qed iwettaq il-Gvern jasal għand in-nies permezz tad-delegati stess li jaħdmu f 'netwerks b'saħħithom, kif kellna qabel l-aħħar elezzjoni. Irridu nassiguraw li l-magna tar- relazzjonijiet pubbliċi tal-Gvern taħdem flimkien ma' oħra tal-partit." Huwa jgħid li d-Deputat Mexxej irid ikollu kuntatt regolari mal- fergħat u l-għeruq tal-partit u spjega kif f 'dan il-punt jeħtieġ ikun hemm xi ħadd b'ideat u entużjażmu biex jimla dan il-post. Kienu jidħqu bina imma qed nagħmlu suċċess Id-diskors ta' Cardona jerġa' jaqa' fuq is-settur li jmexxi għal ftit ħin u jfakkar kif il-PN kien jidħaq bil-Labour meta kien jgħid li jrid li Malta tkun l-aqwa fl-Ewropa. "Illum għandna l-akbar tkabbir ekonomiku fi snin twal, għandna l-inqas defiċit u qed inġibu riżultati fenomenali f 'kull qasam. Qabel kellna min jilgħab l-imħatri dwar kemm se jitilqu fabbriki tal-manifattura, u llum għandna manifattura li qed tespandi u tinvesti." Mhux kemm ikollok ideat li jgħodd... Infakkru fil-kritika li jagħmel il- Partit Nazzjonalista li dan il-Gvern ma ħoloqx niċeċ ekonomiċi ġodda u pront iwieġeb li mhux kemm ikollok ideat, imma kemm twettaq l-istess ideat li jkollok. "Tajjeb nitkellmu dwar proġetti ġodda, imma rridu mmorru lil hinn mill-kliem. Is-Safi Aviation Park issa sar, għalkemm konna ilna nitkellmu dwaru. Il-villaġġ tal-Crafts f 'Ta Qali issa se jsir, il-proġett tal- hub marittimu fix-Ship Building issa se jsir, il-White Rocks ukoll issa se jsir għalkemm konna ilna 30 sena nitkellmu dwaru. Il-Gvern mhux jivvinta r-rota jrid imma b'determinazzjoni irid jimmassimizza l-potenzjal ta' kull maduma li hawn f 'dan il-pajjiż. Irridu naraw lil Malta verament tinbidel. Jekk hemm min bata inġustizzja għax Laburist, nagħtuh rimedju L-ILLUM tfakkar f 'artiklu li deher fi Frar ta' din is-sena li fih kienu twasslu diversi ilmenti minn persuni li jew ingħataw raġun dwar każ ta' inġustuzzja fuq il-post tax-xogħol imma li ma ngħatawx rimedju minħabba preskrizzjoni ta' seba' snin, jew inkella li l-Grievances Board lanqas biss sema' l-każ tagħhom minħabba l-istess preskrizzjoni. Nistaqsih: Se tiltaqa' ma dawn in-nies? Se tiltaqa' ma' dawk li wara snin jinqabżu baqgħu jinqabżu anke issa, wara bidla fil-Gvern? "Din il-kwistjoni tmur lura għall-1996 meta twaqqaf tribunal għall-ġustizzja li kien joħroġ b'rakkomandazzjoni dwar każi ta' inġustizzji politiċi fuq il-post tax-xogħol. Id-deċiżjonijiet tat- tribunal ma ġewx implimentati minn Gvern tal-PN għax ma kellu ebda interess jieħu azzjoni fuq rakkomandazzjonijiet kontra tiegħu." Cardona jgħid li dawn il-każi għandhom ikunu miflija, kull każ għalih, minħabba li dawk li sofrew inġustizzji ġejjin minn setturi differenti: mill-Pulizija sal-Enemalta, il-Water Services Corporation, il-Malta Enterprise u diversi dipartimenti. "Ma jistax ikollok soluzzjoni waħda għall-każi kollha," jisħaq Cardona. Huwa jkompli jgħid li Deputat Mexxej "għandu jidħol f 'dawn l-affarijiet li jeħtieġ ikunu indirizzati." Imma kif se jagħmel dan? "Jekk inti moralment konvint u hemm saħansitra l-Qorti li qed tgħid li saret inġustizzja u li xi ħadd inqabeż biss fuq bażi tat-twemmin politiku, mela għandek tieħu azzjoni, mela. Le, toqgħod tgħid għax il-każ preskritt? Ma tarax." ILLUM xorta tistaqsi lil Cardona biex jgħid kif se jieħu azzjoni fil- konfront ta' dawn l-inġustizzji. "Nipprova nsib rimedju ġust li ma joħloqx aktar diskriminazzjoni. Wara kollox, aħna kif naraw u nassiguraw li ma jkunx hemm diskriminazzjoni ma' persuna Nazzjonalista minħabba t-twemmin politiku tagħha, irridu naraw ukoll li Laburist li nqabeż għas-sempliċi raġuni li huwa Laburist jingħata rimedju wkoll. L-ILLUM staqsiet lil Chris Cardona għalfejn id-Delegati Laburisti għandhom jivvutaw lilu u mhux lill-kandidati l-oħrajn. Araw filmat bir-risposta ta' Cardona fuq is-sit illum.com.mt Ritratt: Raphael Farrugia Chris Cardona Laburista tilef ir-ruħ soċjali'