Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/679866
FL-EWROPA r-rata ta' l-inattività fiżika hija għolja. Minn stħarriġ tal- Eurobarometer tal-2012, 60% ta' dawk l-Ewropej li wieġbu, qalu li huma kważi qatt ma jagħmlux eżerċizzju jew għamlu xi tip ta' sport. L-inattività fiżika hija definita bħala nuqqas ta' eżerċizzju fiżiku ta' 30 minuta ta' mill-anqas ħames darbiet fil-ġimgħa. 31% tal-popolazzjoni tad-dinja taqa' taħt din id-definizzjoni u f 'Malta r-rata tmur agħar minn hekk sa 72%, l-ogħla rata rreġistrata. Nistgħu ngħidu li kull tip u ammont ta' attività fiżika huwa ta' benefiċċju għas- saħħa. Il-mixi hija l-attività ewlenija għall-adulti. Studji juru li kien hemm tnaqqis fil-mortalità u mard tal-qalb fl-irġiel ta' mezza età jekk issir attività fiżika moderata b'mod regolari. Dan huwa importanti mil-lat tas-saħħa pubblika peress li ħafna adulti huma relattivament inattivi globalment. Għalhekk, kull inizjattiva biex jiżdied l-eżerċizzju fiżiku hija ta' min jinkoraġġiha għax hija waħda mill-modi għall-prevenzjoni tal-mard. Attività fiżika regolari tista' ttejjeb il-kwalità tal-ħajja, is-saħħa ġenerali, u s-sens ta' benesseri. Minn studju li kien sar madwar sentejn ilu fost iż- żgħażagħ Għawdxin instab li 38.8% miż-żgħażagħ Għawdxin ta' bejn is-16 u l-24 sena kienu jikkunsmaw l-alkoħol ukoll. Iktar minn hekk, 6.4% jixorbu l-alkoħol kuljum. (Sadattant minn tweġiba parlamentari ħareġ li fl-aħħar tliet snin, f 'Għawdex inqabdet persuna waħda biss taħt l-età f 'diskoteka jew post ta' divertiment, u l-ebda persuna ma tressqet il-Qorti għaliex inqabdet tbiegħ alkoħol lill-persuni taħt l-età.) Irridu nkunu pożittivi. Iż- żgħażagħ iridu u għandhom id-dritt jiddevertu. Kemm jekk għadhom jistudjaw kif ukoll jekk diġà qegħdin jaħdmu, irid ikollhom żmien ta' mistrieħ u żmien ta' aljenazzjoni, fl-eżerċizzju fiżiku, fl-isport u f 'postijiet ta' divertiment, bi nhar u bil-lejl. L-isport u l-eżerċizzji fiżiċi taħt għamla jew oħra, dejjem jagħmlu ġid. U aktar ma jkollna inizjattivi u postijiet sportivi, aktar ikun possibbli li l-għadd ta' żgħażagħ li jieħdu sehem attiv jew għall- anqas passiv, jista' jiżdied. Iżda donna qed nistennew miraklu. Nittamaw li ż-żgħażagħ, meta jaslu fl- età kritika (li tvarja minn persuna għall-oħra), jibdew jehdew fl-isport mingħajr m'għandna kultura ta' sport, speċjalment fl-iskejjel tagħna. Irridu nikkultivaw l-isport fit-tfal tagħna sa miċ-ċokon tagħhom biex imbagħad isibuha naturali li jehdew fl- isport meta jikbru. Inkella ma naslux. Però, d-divertiment meħtieġ ukoll. Dan ma jistax jiġri mil- lum għal għada. Imma aħna nemmnu li dan tassew hu fl-interess ta' kulħadd. Nafu li hemm żgħażagħ li ma jiffrekwentax ċerti postijiet ta' divertiment minħabba li jibżgħu minnhom. Bħalma hemm żgħażagħ li jfittxuhom għall-avventura. L-isport f 'Għawdex ma kienx ingħata l-imporanza li suppost ingħata. Kien sar il-Kumpless Sportiv ħafna snin ilu, u ma sarx iktar investiment biex dixxiplini diversi, jingħataw l-importanza li għandhom bżonn. F'dawn l-aħħar snin rajna l-isport f 'Għawdex jiżdied kemm f 'dik li hi kwantità u kemm fid- diversità. Kumpless Sportiv mhux ilaħħaq mal-bżonnijiet tal-isportivi Għawdxin u tal- pubbliku in ġenerali. Wasal iż-żmien li l-isport jitgħolla fuq il-pedestall li jixraqlu għal ġid ta' uliedna u ta' saħħitna. Din hija il-ħolma tal-Ministru għal Għawdex Anton Refalo li sa mill-ewwel xhur bħala Ministru beda biex iwettaq dan bil-fatti. Kienet idea tajba tal- Ministeru għal Għawdex li jinħatar Bord tal-Isport biex jħejji pjan għal-isport f 'Għawdex u jagħmel ir- rakkomandazzjonijiet tiegħu biex id- dixxiplini sportivi kollha jkollhom sehem u jtejbu x-xogħol tagħhom fid-dixxiplina sportiva tagħhom. Dan il-bord ikun jista' jsegwi l-ħidma tal-għaqdiet kollha sportivi f 'Għawdex u jkun jista' jimplimenta strateġija ġenerali ta' ħidma favur l-isport u l-attività fiżika anke fost il-pubbliku ġenerali. Dan il-kumitat, barra li jara li jtejjeb l-faċilitajiet sportivi billi jsiru oħrajn ġodda, isir użu aħjar minn dawk eżistenti u jibdew ukoll jintużaw iktar il-faċilitajiet li hemm fl-iskejjel tal-gvern bil- koperazzjoni tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni u tal-Kunsilli Lokali. L-attività fiżika hija tajba mhux għat-tfal biss imma għal kulħadd. Instab li kemm fit-tfal u kemm fl-adulti, l-ammont ta' kemm jagħmlu ezerċizzju fiżiku jiddependi minn kemm żmien jgħaddu barra. Allura fi kwalunkwe programm jew proposta, it-tfal u ż-żgħażagħ huma mħeġġa biex iqattgħu inqas ħin fuq il-kompjuter, u jqattgħu aktar ħin barra. Jekk il-mixi huwa ideali fix- xitwa, tkun idea tajba biex fis-sajf jinkoraġġixxu lin-nies b'mod ġenerali li jgħumu u ż-żgħażagħ biex jieħdu sehem fl-isports tal-ilma. F'Għawdex qatt ma kien hemm pixxina għall-isport tal-baħar, la fil-baħar għas-sajf u lanqas fil-magħluq għax-xitwa. Għalhekk dan il-bżonn huwa wieħed mill-prijoritajiet tal-Ministeru għal Għawdex u l-Ministru Refalo diġà kkommetta ruħu li din il- ħolma ssir realtà. Huwa magħruf li l-aċċess għall-programmi ta' attività fiżika u l-faċilitajiet sportivi se jinkoraġġixxu lin-nies biex jużawhom. Programmi ta' attività fiżika jeħtieġu li jiġu offruti lil setturi differenti tal-popolazzjoni bħas- setturi kollha jibbenefikaw minnhom, inklużi l-persuni b'diżabbiltà u anzjani. Fuq dan, qed jaħdem bis-sħiħ illum | Il-Ħadd 15 ta' Mejju 2016 Għawdex 12 Analiżi mit-Tabib Mario Saliba dwar il-bżonn tal-Isport f'Għawdex u x'qed isir 6.4% taż-żgħażagħ Għawdxin • L-età tvarja bejn 16 u 24 sena • Fl-aħħar tliet snin l-ebda persuna ma tressqet il-Qorti għaliex inqabdet tbiegħ alkoħol lill-persuni taħt l-età • L-isport jista' jkun parti mis-soluzzjoni • L-Isport f'Għawdex qed iqum iżda hemm bżonn iżjed fejn iż-żgħażagħ jiżvugaw It-tabib Għawdxi li jattwa dak li jip- priedka: Għix ħajja attiva