Illum previous editions

ILLUM 15 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/679866

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

is-Segretarjat għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà u Anzjanità Attiva. Xi drabi nagħmlu l-iżball li naħsbu li l-isport u l-persuni b'diżabbilità ma jmorrux flimkien! Hawn irrid insellem lill-isportiva żagħżugħa Maria Pia Saliba, tfajla Għawdxija mix-Xewkija li għamlet unur lilha, lil familja tagħha, lil Malta u speċjalment lill- Għawdex meta ħadet lejn il- gżira Għawdxija tliet midalji mirbuħa fl-Ispecial Olympics li saru f 'Ċipru. Attivitajiet fiżiċi differenti huma mwettqa f 'sitwazzjonijiet differenti u għal xi attivitajiet ikollok bżonn tagħmir speċjali. Huma evidenti li f 'Għawdex ftit kellna minnhom u l-Ministru għal Għawdex qed jaħdem flimkien mas- Segretarju ħabrieki Għar- Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sports, Chris Agius biex jkun hawn iktar investiment fil-qasam sportiv u l-faċilitajiet sportivi f 'Għawdex. Għawdex għandu jgawdi wkoll f 'dan il-qasam u anke hawn, SportMalta qed tgħin biex l-isportivi Għawdxin ikollhom ukoll iktar opportunitajiet biex itejbu l-livell tagħhom f 'diversi dixxipplini. L-isports complex għandu jkun attrezzat b'iktar apparat u l-għaqdiet kollha jingħataw il-ħin u l-mezzi kollha li hemm bżonn biex ikunu jistgħu jipprattikaw id- dixxiplini tagħhom. Hemm ukoll l-iskejjel tal-istat li għandhom joffru l-faċilitajiet tagħhom lill-komunità kollha biex din tkun tista' tagħmel użu minn dawn il-faċilitajiet wara l-ħin tal-iskola. Fl-irħula kollha ta' Għawdex, hemm spazji fejn in-nies tista' tagħmel mixja qrib fejn tgħix jew xi għamla ta' attività fiżika oħra. Għalhekk, il-Kunsilli Lokali jistgħu jorganizzaw attivitajiet fiżiċi fil-lokalità tagħhom u l-eżerċizzju u programmi ta' fitness għas-setturi differenti tal-popolazzjoni u wkoll jittejjeb l-ambjent billi joħloq spazji għall- isport u jippromwovu l-użu tagħhom. In-nies jeħtieġ li jiġu motivati biex jagħmlu d-deċiżjonijiet tagħhom stess favur saħħithom. Il-Bord tal-Isport qed jikkordina l-ħidma tiegħu mal-iskejjel biex isiru attivitajiet għall-istudenti u jiddaħħlu dixxipplini ġodda. L-awtoritajiet tal-edukazzjoni qegħdin ukoll jagħtu iktar importanza lill-edukazzjoni fiżika fl-iskejjel primarji sa anke fil-klassijiet tal-Kinder. It-tfal għandu jkollhom iktar sigħat ta' tagħlim dwar attività fiżika li tinkludi l-edukazzjoni fiżika u ħin rekreattiv bħala parti minn programm ħolistiku ta' edukazzjoni. F'Għawdex għandna numru ta' klabbs u NGOs li huma attivi ħafna u jixtiequ li jkollhom iktar appoġġ u għajnuna biex itejbu l-faċilitajiet tagħhom u jattiraw iktar nies biex jipprattikaw xi sport. F'Għawdex kien hawn bżonn li l-isport jerġa' jingħata l-importanza li tixraqlu u jitpoġġa fuq quddiem tal-aġenda. Prosit lil Ministeru t'Għawdex għal din l-inizjattiva u nawgura li l-Bord tal-Isport ħidma fejjieda għal ġid ta saħħitna u tal-isport f 'Għawdex. Il-Ħadd 15 ta' Mejju 2016 | illum Għawdex 13 FIL-ĦWIENET EWLENIN HISTORY OF ORNITHOLOGY IN MALTA jikkunsmaw l-alkoħol kuljum Mario Saliba favur l-Isport li jgħin kontra l-obeżità

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 May 2016