Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/679866
I l-Vanġelu jitkellem dwar 'siegћa tad- dlamijiet (Luqa 22: 53), frażi li fl-opinjoni tiegћi tqaxxar il-qagћda politika f 'pajjiżna bћalissa. Il-biċċa tal-kontijiet tal-ministru Mizzi u ta' Keith Schembri ilha fuq xahar tiddomina l-aћbarijiet, u dan minnu nnifsu diġà mhux tajjeb. Il-qagћda wkoll, ma tantx hi hienja gћax fil-qasam tal- integrità u l-etika, ma tantx hemm fejn tagћżel bejn iż- żewġ partit ewlenin. Waqt li l-Oppożizzjoni gћadha ma tnaddfitx mir-rekord ta' taћwid tal-aћћar snin u gћad gћandha fi ћdanha nies bi skeletru jew tnejn fl- armarju tagћhom, il-Gvern donnu fi tliet snin, laћaq jekk mhux gћadda l-qċaċet ta' tbażwir u taћwid li l-amminstrazzjoni ta' qablu laћqet f 'ћamsa u gћoxrin sena. F'dik li hi integrità allura, ma tantx hemm fiex tintilef bejn iż-żewġ partit ewlenin, jgћidu x'jgћidu l-fanatiċi Nazzjonalisti, li l-imġiba tagћhom dakinhar tal-protesta tas-soċjetà ċivili kienet vera tat-tqalligћ, aktar u aktar meta wieћed iqis li bosta minnhom, (kif ukoll bosta partitarji Laburisti li marru jtaptpu fuq dahar Konrad Mizzi fl-1 ta' Mejju), ma' bank l-aktar li jista' jkollhom hu dejn li jsallabhom tul ћajjithom, u mhux xi kont il-Panama jew l-Iżvizzera. Madankollu, jien personalment waqt li din tal-integrità nqisa kwistjoni importanti, naћseb li hemm oћrajn li huma aktar kbar. Kwistjonijiet bћar- rati gћolja tal-faqar, (li l-ebda partit ma jidher li verament irid jaqbad qrunu) u l-fatt li ż-żewġ partit donnhom jaqblu f 'dik li hi ideoloġija. Din tal-aћћar hi ћaġa mill-aktar gravi li turi li effettivament, id- demokrazija spiċċat gћax jitla' minn jitla', fuq affarijiet verament importanti gћandu l-istess riċetta ta' tmexxija bћall-partit l-ieћor. Allura, bidla effettiva mhu verament se ssir qatt. Il-biċċa tal-integrità gћalhekk, sempliċement tagћmel agћar, qagћda li diġà hi ћażina. Għallura, waqt li hemm bosta li m'gћandhomx gћaxja ta' lejla, l-aristokrazija kaћla jew (li xi darba kienet) ћamra moћћha f 'li tgeddes flus fejn tћallas l-anqas. Madankollu, minkejja li kif gћidt, nemmen li hemm kwistjonijet aktar importanti, fil-bqija tal-artiklu li niffoka fuq il-kwistjoni tal- integrità, anke gћax jidhirli li mhix qed tinqabad tajjeb fil-mod li bih qed tiġi diskussa fl- imkejjen ewlenin ta' dibattitu. Il-liġi ma tidћolx L-ewwel nett jidhirli li kemm fis-suppost dibattitu bejn il-pariti, kif ukoll f 'dak fuq il-mezzi tax-xandir, il-biċċa qed tiġi maqbuda minn denbha, ћaġa li mhux bilfors qed issir gћal raġunjijet innoċenti. Ħafna qed jiddiskutu dwar jekk it-trust tal-Ministru Mizzi tmurx kontra l-liġi jew le. Biss anke jekk kollox sar skont il-liġi, gћalija li ministru ta' pajjiż imur jinvesti flusu f 'pajjiż ieћor hi minnha nfisha ћaġa skandaluża. Lest nagћmel eċċezzjoni biss gћal xi ћadd li jinvesti f 'xi proġett umanitarju fit-tielet dinja. Biex nagћmel tixbiha, qisu gћandek kowċ ta' tim tal-futbol li fil-bidu tal-istaġun jilgћab imћatra li tim ieћor se jirbaћ il-kampjonat. L-istess hawnhekk. Kif nista' nemmen li xi ћadd se jaћdem gћall-aћjar ta' pajjiżna, jekk imbagћad imur jinvesti flusu xi mkien ieћor? Aktar u aktar, fi żmien meta l-ekonomija suppost sejra tant tajjeb. Bћalma, biex nagћmlu paragun ieћor, ma jistax ikolli fiduċja f 'ministru tal-edukazzjoni kieku dan ma jibgћatx lil uliedu fi skejjel tal-istat jew ministru tas-saћћa li juża sptarijiet privati. Jekk inti qed tmexxi l-pajjiż b'mod mill-aqwa, gћandek tkun l-ewwel wieћed li temmen fl- istituzzjonijiet tiegћu. Anke jekk investiment il-Panama jew l-Iżvizzera se jћalli aktar introjtu, id-diċenza titlob li bћala persuna li dћalt gћall- vokazzjoni tal-politika - iva, kif kien jgћid xi ћadd, il-politika suppost hi vokazzjoni aktar milli karriera - it-tkattir tal-flus m'gћandux ikun l-ewwel prijorità tiegћek bћala politiku. Ċerti affarijiet li huma permessi gћal ċittadin ieћor, bћal dik li tiddepożita flusek barra minn pajjiżek, mhumiex permissibbli gћalik. Jekk ћaġa bћal din ma tiġikx f 'moћћok, min qed jiddiskuti jew jimmilta fil-politika bћalek gћandu jfakkarielek. Dan imma mhux isir, ћaġa li tkompli turi kemm tassew din hi siegћa tad-dlamijiet. Ma jidhirx dawl fuq ix- xefaq Mhux talli t-tmexxija tal-partiti hi dik li hi, talli n-nies fit-tielet u r-raba' skaluni ta' dawn l-organizazzjonijiet li, anke jekk jalludu ruћhom mod ieћor, mhuma xejn gћajr numru, flok ikunu huma l-kuxjenza kritika ta' dawn il-partiti, jispiċċaw ikunu l-akkolti ta' nies li mhux biss lill-pajjiż imma lill-istess partit aktar jagћmlulu ћsara milli ġid. Minflok kritika, dawn qed jinfexxu f 'eżerċizzju banali fejn jikkunslaw gћax almenu f 'gћajnejh, il-figuri ewlenin tal-partit l-ieћor maћmuġin aktar minn tan- naћa tagћhom. Każ patatetiku ta' id-dnub tiegћek iqaddisni! L-akbar falliment imma, jidher fiż- żgћażagћ li taparsi huma involuti fil-politika, kemm fil- partiti ewlenin - fejn il-militanza spiss mhi xejn gћajr li jkunu l-wall-paper ta' Muscat jew Busuttil waqt xi meeting, u jċapċu meta miltuba jċapċpu, u jidћqu meta jgћidulhom jidћqu - u kemm fis-suppost gћaqdiet politiċi mainstream tal- Università u mkejjen oћra. Dawn irmew kull ћjiel ta' ideoloġija u fis-suppost attività politika tagћhom, jiffukaw fuq ossessjonijiet individwalisti bћal kif tagћmel suċċess jew kif tidra titkellem tajjeb quddiem udjenza. Huma jirriflettu ġenerazzjoni li, b'numru ta' eċċezzjonijiet ta' min ifaћћarhom, jiffantasizzaw li jsiru sinjuri kbar billi jilћqu fit-tali jew tali kariga, u mhux joћolmu li jibdlu d-dinja gћall-aћjar. Qed nuża l-kelma 'jiffantasizzaw' gћax il-perkaċċi u r-rikkezzi li joћomlu dwarhom ser jibqgћu biss ћolm gћal 99% minnhom. Minflok, aktarx se jiffaċjaw kundizzjonijiet aktar iebsa minn dawk li l-ġenituri tagћhom iffaċjaw meta kienu daqshom, minkejja li dawn aktarx kellhom anqas ċertifikati. Jekk id-domma gћal bosta membri ta' din il- ġenerazzjoni hi s-'suċċessi', hi ћaġa tal-iskantament jekk gћaxra jew gћoxrin sena oћra l-ambizzjoni tal- Prim Ministru ta' dakinhar tkun kont il-Panama jew l-Iżvizzera, u mhux il-kisba tal-ġid komuni? Il-kontijiet il-Panama u l-Iżvizzera huma biss sintomu, u mhux kaġun. Michael Grech huwa opinjonista xellugi illum | Il-Ħadd 15 ta' Mejju 2016 Opinjoni 14 Is-siegћa tad-dlamijiet MICHAEL GRECH "Waqt li hemm bosta li m'gћandhomx gћaxja ta' lejla, l-aristokrazija kaћla jew (li xi darba kienet) ћamra, moћћha f 'li tgeddes flus fejn tћallas l-anqas" "Iż-żgħażagħ jirriflettu ġenerazzjoni li jiffantasizzaw li jsiru sinjuri kbar billi jilћqu fit-tali jew tali kariga, u mhux joћolmu li jibdlu d-dinja gћall-aћjar"