Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/679866
L -aġenda moħbija ta' ċertu ġurnali ħarġet fil-beraħ wara li ġew żvelati aktar ismijiet ta' ċertu Maltin fil-Panama Papers. Dawn l-istess ġurnali li tkażaw għal xhur sħaħ u kieku setgħu, sallbu lil Keith Schembri u Konrad Mizzi, biddlu d-diska. Dak li kien meqjus skandlu għal ħaddiehor, f 'daqqa waħda m'għadux illegali u skandaluż. Mid-dehra, 'what's good for the goose, is no longer good for the gander!' L-ebda ritratti bi sfond aħmar ma rajna fuq il- gazzetti l-għada li aktar ismijiet ġew żvelati, l-ebda stejjer prominenti b'titli kbar u suwed ma nkitbu fuq il-faċċata tal-gazzetti Maltin. L-aqwa rappurtaġġ sar min- Nazzjon, għaliex saħansitra ma kien hemm l-ebda aċċenn għal min huma l-Maltin kollha li jissemmew fil-Panama Papers. Il-ġurnalisti tan-Nazzjon ma semmewx lill-eks- Ministru Nazzjonalista Francis Zammit Dimech u lil Ninu Zammit, u lanqas lill-istrateġista tal-Partit Nazzjonalista Richard Cachia Caruana. Lanqas lil Ann Fenech ma semmew, għax mid-dehra beżgħu li ssawwathom bħalma riedet tagħmel lil eks-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista Toni Abela. L-ipokrezija ta' Simon Busuttil hi bla qies. Ma jgħaddix jum li l-poplu Malti u Għawdxi ma jingħatax prova ta' dan. Iż-żewġ minuti ilhom li għaddew, lill-ebda wieħed minn dawk viċin il-Partit Nazzjonalista imsemmija fuq il-Panama Papers ma keċċa. Mela m'għadhiex il-Panama Paper skandlu li bih pajjiżna qed jegħreq fil-mistħija? Mela m'għadhomx korrotti n-nies li b'xi mod jew ieħor jissemmew fil-Panama Papers? Simon Busuttil ħa jgħidlu li huwa korrott jew maħmuġ lil Louis Farrugia peress li bħal Konrad Mizzi fetaħ kumpanija biex jamministra proprjetà li għandu barra mill-pajjiż? Lil Konrad Mizzi ma emmnux, u dan minkejja li ta l-istess raġuni li ta Konrad Mizzi meta mistoqsi għaliex fetaħ din il-kumpanija. Simon Busutti se jagħmel protesta oħra kontra diversi negozjanti Maltin li bħal Keith Schembri għandhom kumpaniji offshore. Ta' min jgħid li hawn aktar nies Maltin li għandhom kumpaniji offshore imma ma nafux bihom għax ma twaqqfux ma' Mossack Fonseca, il-kumpanija li sfat iħħekkjata. Simon Busuttil ha jibqa' jgħid li kull min hu involut b'xi mod jew ieħor f 'xi kumpanija offshore hu korrott? Jew dak li jgħodd għal-Laburisti ma jgħoddx għan-Nazzjonalisti? L-ICIJ, il-grupp internazzjonali ta' ġurnalisti investigattivi għamlitha ċara li bil-pubblikazzjoni ta' dawn l-ismijiet mhijiex qed timplika b'xi mod li l-persuni kollha msemmija u involuti, wettqu xi reat bħalma saħaq Simon Busuttil. U allura issa li mal-ismijiet ta' Keith Schembri u Konrad Mizzi hemm lista ta' ismijiet ta' esponenti Nazzjonalisti, tinfaqa' bużżieqa oħra f 'wiċċ il-Partit Nazzjonalista li issa jkollhom jerġgħu jibilgħu l-vomtu ta' xhur sħaħ. Iżda anke jekk m'hemm xejn illeċtu, personalment kont naħseb li Simon Busuttil ħa jwettaq dak li dejjem qal li għandu jagħmel Prim Ministru "f 'ġieħ is-sewwa." Iżda oħroġ il-għaġeb, l-ebda kelma ta' kundanna, l-ebda apoloġija u bħal żiemel bl-għamad qed jibqa' jgħid li Keith Schembri u Konrad Mizzi għamlu ħażin. Ir-riga li biha jkejjel Simon Busuttil hija tal-maġija, tibdel il-qisien u l-kulur kull meta jiġi biex ikejjel lil ħaddieħor. Il-kwistjoni kollha ddur mal-element ta' prinċipju. Simon Busuttil għandu żewġ għażliet fil-fehma tiegħi, jew jieħu azzjoni fuq l-esponenti kollha ta' qribu għaliex hu dejjem saħaq li min hu involut f 'xi kumpanija offshore huwa korrot, jew inkella jitlob apoloġija għall-attakki inġusti lejn il- Gvern u tal-ħsara li ppruvaw jagħmlu l-pajjiżna biex dan kollu jużaw din il-kwistjoni bħala ballun politiku. Rosianne Cutajar hija s-sindku ta' Ħal Qormi Il-Ħadd 15 ta' Mejju 2016 | illum Opinjoni 15 ROSIANNE CUTAJAR Fl-Opinjoni ta' Saviour Meta d-diska tinbidel 500 mitt ħarġa wara 500 mitt ħarġa wara, 10 snin wara, u l-gazzetta ILLUM baqgħet hawn. Ma nistax ngħid li jien imdejjaq fejn wasalna. Imma lanqas jien kuntent se ntir. 10 snin ilu bdejt din il- gazzetta. F'dawn l-għaxar snin ippruvajna nkunu leħen għal min m'għandux, u fl-istess ħin inżommu ċertu indipendenza. Bdejna ukoll il-sit online, u hawnhekk jidher li għandha dinja ġdida li nistgħu nesploraw u nirnexxu fiha. Hija sfortuna li inqas nies qed jaqraw il-kitba stampata. Hija ħasra li għad hawn atteġġjament imnejjek għall-gazzetti bil-Malti. U dan tort tal-aġenżiji tar- reklamar mgħobbija b'nies li lanqas jafu bil-gazzetti stampati jew li jafu l-Malti. Jeħtieġ li nkomplu dan il-proġett bi stejjer aħjar u forsi dibattiti ġodda. Il-każ Ninu Zammit Mela din il-ġimgħa sirna nafu li Ninu Zammit għandu jew ċoè kellu kont il-Panama. Zammit kien Ministru tal-Gvern Nazzjonalista, u tkeċċa mill-PN wara li dik il-blogger, aħjar ma nsemmu xejn għax jitla' l-istonku, ħarġet biċċa żgħira minn Swiss Leaks fuq dik il-gazzetta bl- Ingliż li targumenta li hija 'indipendenti.' Meta ngħid biċċa żgħira, irrid infisser li ġabet lil Michael Falzon, Ninu Zammit u Tancred Tabone imma negozjanti Maltin oħra ma ġabithomx. Ovvjament għax ma kienx jaqbel għaliha. Li rrid ngħid ukoll, li din il-magna tar-remettar għandha tagħti fuq il- miljun lid-dipartiment tat-taxxi. Iva miljun, u alla jbierek, din kienet opportunità li tnessi ftit in-nies. Ninu Zammit tkeċċa mill- partit, u ħadd ma sema li kien: 1. Irtirat 2. Marid sew 3. Kien ġab flusu lura skond l-iskema ta' ripatriazzjoni 4. Kien għalaq il- kont fl-Iżvizzera u l-Panama 5. Kien poġġa lilu nnifsu għal skrutinju tat-tax compliance unit. Minkejja kollox, Ninu Zammit tkeċċa mill-Partit Nazzjonalista u kull fejn ħarisna, kien hemm il- messaġġ li "qed tara, we mean business." Imma forsi bl-għaġġla biex idendlu l-ħaruf tas- sagrifiċċju, Dr Busuttil nesa min kien Ninu Zammit. Ċertament ma kienx verġni. Imma min hu verġni? Zammit kien dak il- gladjatur minn-nofsinhar ta' Malta li kieku ma kienx hu, kieku l-PN forsi ma kienx jirbaħ l-elezzjoni tal- 1981 u l-1987. Kieku ma kienx hu, ma kienx ikun hemm ċerti każini fil-qalba ta' maġġoranza Laburista. Kollox ma' kollox, Simon Busuttil irid jiftakar li l-PN mhuwiex partit tal-verġni. Il-moħħ tal-finanzi f 'Malta u tas-servizzi finanzjarji kien John Dalli, u anki dak mid-dehra kien lest biex jarmi. Mhux kulħadd għar-rimi. Il-partiti politiċi mhumiex biss slogans u ideat, imma wkoll in-nies. U n-nies mhumiex numri, jew lumi, tgħasarhom u imbagħad tarmihom! Ninu Zammit