Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/679866
Il-Ħadd 15 ta' Mejju 2016 | illum Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Jekk wassaltni sal-moħba, int ħati wkoll I mmaġinaw kieku persuna serqet jew ħadet flus li mhux tagħha. Din l-istess persuna, beżgħana li tista' tinqabad, issa trid titfa' l-flus xi mkien fejn ma jidhrux, fejn ikun diffiċli ħafna li tinqabad. Tiddeċiedi li taħbi l-flus li ħadet b'mod illeċtu jew dubjuż ximkien 'il bogħod, fejn ma jinstabux. Immaġinaw kieku din il- persuna tiġi fuqek u tistaqsik fejn se titfa' dawn il-flus u int tissuġerilha erba' postijiet, wieħed minnhom ikun f 'wied, 'il bogħod mill-għajn u mill-abitat. Din il-persuna taqbel u int issuqha sal-wied, tistennieha taħbi flusha waqt li tibqa' fil-karozza, terġa' tiġi, ma titkellmux wisq fuq dak li għamlet , ma tistaqsihiex minn fejn ġew il-flus, twassalha sad-destinazzjoni u barra bid-daqq. Jiġri iżda li l-investigazzjonijiet tal- Pulizija, għax tagħmel xogħolha sew u tinvestiga kif suppost, tiskopri din il- moħba u ttella' lill-persuna li serqet, il-Qorti. Quddiem għajnejn il-ġustizzja, int m'intix ħalliel. Quddiem il-ġustizzja int ma sraqtx, m'akkwistajtx flus b'mod illeċtu u lanqas kellek l-intenzjoni li taħbi l-istess flus. Imma f 'għajnejn il-ġustizzja, int permezz tal-għajnuna li tajt, iffaċilitajt il-ħabi ta' dawn il-flus. Għal għajnejn il-liġi int m'intix il-ħalliel imma xorta, sa ċertu punt tibqa' ħati li għint u wassalt persuna biex tissiġilla l-att tagħha. Issa aqbad din l-istorja u applikaha għad-diskors li għaddej f 'pajjiżna bħalissa dwar dak li reġa' kien żvelat mill-Panama Papers. Filli kulħadd jitkaża, u ġustament. Filli kulħadd jitlob għal qtugħ ir-ras politika ta' Konrad Mizzi u ġustament ukoll. Filli kulħadd jitkaża kemm il-Panama hu pajjiż maħmuġ u kemm jadotta sistema vejikolu għad-dittaturi ħallelin, u ġustament. U f 'daqqa waħda għax kellna 700 Konrad Mizzi fil-forma ta' kumpaniji, qisu waqajna fil-muta. Issa qisu rridu nġebbduha naqra li kont jew kumpanija jew assi fil- Panama huma 'perfettament legali'. Għax issa, hemm wisq kallijiet li nistgħu nirfsu. Issa m'għadux Ministru tal-Partit Laburista biss, issa għandna lil dak li jagħtina r-riklami, lil dak li ġieli tana xi ikla b'xejn, lill-ieħor li Nazzjonalist, lill- oħra li dejjem kienet tal-istess pezza tagħna u lill-oħrajn li jinsabu fil-qalba tal-PN. L-argument li nġieb kien li Konrad Mizzi u Keith Schembri jissemmew b'isimhom u għandhom kumpaniji. Oħrajn, bħal Fenlex ta' Ann Fenech, huma sempliċiment intermedjarji. Issa jekk int intermedjarju u parti minn xogħlok huwa li tgħid lil min għandu l-flus fejn se jinvestihom, għandna nifhmu li tkun taf sew li l-Panama huwa post fejn, biex nużaw kliem Noel Buttigieg Scicluna, 99.9% li jitfgħu flushom hemm jagħmlu hekk biex jevadu u jaħbu. U jekk inti taf li l-klijent tiegħek qed juża s-servizz tiegħek u qed iħallsek għal dawk is-servizzi biex jitfa' flusu f 'pajjiż dubjuż u maħmuġ biex jevadi u jaħbi, mela allura inti, xi ftit jew wisq ħati wkoll. M'intix il-ħalliel, vera. M'għamiltx l-akbar dnub, vera. Mhux int ridt taħbi, vera. Mhux int ridt tevadi, vera. Imma bħall-istorja hawn fuq tal-wied kont int li għint biex tissiġilla l-ħabi u l-evażjoni. U jekk kont konxju tas-sistema mħaddma fil-Panama, u għint lill-klijent biex jiftaħ kont hemm u aċċettajt il-flus, allura mhux ħati int ukoll? Mhux int ukoll trid ġġorr ir-responsabbiltà? Jew il-kanuni niftħuhom biss meta jaqbel lill-aġenda politika tagħna? L-ILLUM tibqa' ssostni li Konrad Mizzi żbalja u żelaq. Tibqa' temmen li ma mexiex ta' raġel meta minflok irreżenja, tefa' l-ballun f 'saqajn il-Prim Ministru. Din il-gazzetta, kif qalet drabi oħra tħoss li Mizzi kellu jirreżenja u kif għidna żewġ editorjali ilu, it-taparsi 'demotion' li tah il-Prim Ministru kienet insult għall- intelliġenza tal-poplu. Mizzi jibqa' l-akbar midneb. Imma miegħu, illum żdiedu ħafna oħrajn, li jippruvaw kemm jipprovaw ifarfru u jippruvaw kemm jippruvaw jinħbew wara l-istess skuża ta' Mizzi li kumpanija l-Panama hija 'perfettament legali', xorta jridu jwieġbu għal għemilhom. Xorta jridu jistaqsu jekk għemilhom kienx etiku u korrett. La wassalt lill-ħalliel sal- moħba, int m'intix ix-xempju tal-innoċenza. Int ħati wkoll. Editur: Albert Gauci Cunningham 19