Illum previous editions

ILLUM 15 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/679866

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 35

illum | Ħadd 15 ta' Mejju 2016 Aquarius – Mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Mument fejn int sejjer tħoss ċerta ħeġġa u ċerta pożittività f 'dak li int trid tagħmel. Għalkemm taf li għandek deċiżjoni iebsa quddie- mek, imma l-ħeġġa bla mistenni li daħlet fik sejra tqawwik biex dak li għandek tiddeċiedi, twettqu. Imma imbagħad trid tagħmel riflessjoni sew madwarek biex dak li int għaddejt minnu, tagħmel fiċ-ċert li ma tirrepetihx, u b'hekk din l-esperjenza għandha tkun tagħlima ta' gwida għalik. Kuluri favoriti ma' Aquarius huma abjad, blu u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li l-iktar iġġiblek ir-risq f 'ħajtek ġejja minn Libra. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 4, 16, 22 u 34. Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna. Pisces – Mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Ħsieb li huwa forma ta' pjan li int għandek ġewwa fik sabiex twettqu, għalissa għadu mhux il-waqt li dan twettqu. Ikun ta' telf għalik personali jekk dan il-pjan twettqu bħalissa. Pjut- tost l-aħjar mument li twettaq dan ikun bejn Ġunju u Awwissu fejn dak iż-żmien jinħass l-iktar ideali li jibda jitwettaq, u hekk int tagħraf kemm kien ideali li ressaqtu għall-dak iż-żmien mir-riżultat li int tirċievi. Kuluri favoriti ma' Pisces huma blu, aħdar u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ġimgħa. L-istilla li l-iktar iġġiblek ir-risq f 'ħajtek ġejja minn Scorpio. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 8, 11, 26 u 37. Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom in- fushom. Aries – Mill-21 ta' Marzu sal-20 ta' April Ovvjament, xi kultant għelkemm dak li jkun madwarek taħseb li huwa tajjeb, u dan hu hekk, imma wasal iż-żmien li ttejjeb it-tajjeb li int għandek ħalli tkompli miexi 'l quddiem. Tibżax tieħu deċiżjoni li tirrigwarda tibdil, fis-sens li dejjem ikun hemm tibdil fil-pożizzjoni għal aktar avvanz fil- ħajja tiegħek. Għalkemm tkun marbut ma' dak li ż-żmien bħalissa qiegħed juri, għandek tħares għal tibdil. Kuluri favoriti ma' Aries huma aħmar, kannella u abjad. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Erbgħa. L-istilla li l-iktar iġġiblek ir-risq f 'ħajtek ġejja minn Capricorn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 1, 18, 23 u 36. Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu. Taurus – Mill-21 ta' April sal-20 ta' Mejju Ħbieb ta' madwarek bħalissa qed jinkwetaw għalik għax qegħdin jarawk li inqtajt xi ftit għalik, u dan huwa minħabba s-sitwazzjoni li bħalissa hemm iddur madwarek. Ovvjament, mhux kulħadd jieħu gost jesprimi ruħu dwar dak li jkun għaddej minnu, imma pprova kun iktar soċjali ħalli anke t-tensjoni li bħalissa hemm iddur madwarek, tinħall u b'hekk int toħloq pożittività sabiex dan il-mument jgħaddi. Kuluri favoriti ma' Taurus huma aħdar, oranġjo u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat- Tnejn. L-istilla li l-iktar iġġiblek ir-risq f 'ħajtek ġejja minn Leo. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 17, 24 u 30. Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom. Gemini – Mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Il-pressjoni li qiegħda tikber madwarek, m'għandhiex iżżommok milli tkompli għaddej bil-pjanijiet tiegħek. Dan huwa mument fun- damentali għalik, fejn issa ovvjament trid turi l-kapaċità tiegħek sabiex jitwettaq dak li tant ilek għal dawn l-aħħar xhur taħdem għalih. Għalkemm l-għejja tinħass imma trid tibqa' kawt u ffukat issa b'aktar konċentrazzjoni sabiex dak li int tant ħdimt għalih, ikun ta' suċċess. Kuluri favoriti ma' Gemini huma blu, isfar u oranġjo. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat- Tnejn. L-istilla li l-iktar iġġiblek ir-risq f 'ħajtek ġejja minn Sagittarius. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 7, 13, 29 u 33. Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom. Cancer – Mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Għalkemm bħalissa qisek qiegħed toqgħod lura minn dak li int qiegħed iġġarrab fir-relazzjoni tiegħek, taf li kuntent m'intix, imma qiegħed tip- prova sakemm tista' tissaporti sabiex forsi tittama li l-affarijiet jistgħu jinbidlu, għalkemm taf li dawn huma remoti ħafna. Persuna li tagħtik wens f 'dak li int għaddej minnu, għandek tagħraf il-potenzjal tagħha u għalkemm ma tistax toffrilek il-mija fil-mija, imma dejjem tkun aħjar. Kuluri favoriti ma' Cancer huma abjad, blu u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ġimgħa. L-istilla li l-iktar iġġiblek ir-risq f 'ħajtek ġejja minn Virgo. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 9, 14, 27 u 37. Cancer huma magħruin għall-burdata stabbli tagħhom. Leo – Mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Sitwazzjoni bla mistennija li nqalgħet madwarek, qiegħda tikkawża li tingħalaq għalik waħdek, u dan se jaffettwa ftit l-ambjent tal-kumplament tal-ħajja ta' madwarek. Għalkemm meta jinqalgħu ċertu problemi, huwa komuni li tersaq lura, imma l- karattru tiegħek għandu jkun ta' ispirazzjoni biex din is-sitwazzjoni tiġi megħluba kemm jista' jkun fl-iqsar żmien sabiex int tkompli għaddej. Emmen aktar fik innifsek. Kuluri favoriti ma' Leo huma aħmar, oranġjo u lewn id-deheb. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Erbgħa. L-istilla li l-iktar iġġiblek ir-risq f 'ħajtek ġejja minn Taurus. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 1, 19, 21 u 39. Leo huma magħrufin kemm huma umli. Virgo – Mit-23 ta' Awwissu sa 22 ta' Settembru Deċiżjoni li tħossok li wasalt li tieħu int, taħseb li se tkun is-soluzzjoni ta' dak li tinsab għaddej minnu bħalissa, imma l-fatti juru mod ieħor. U tajjeb jekk int tħossok li huwa l-mument opportun li tieħu din id-deċiżjoni, imma mhux se jkollha dak l-impatt li int tix- tieq li jkollha fuq dak li għaddej minnu. Tibżax, dan jinbidel ukoll, imma mhux għalissa. Aktar ma tkun iffokat, iktar timxi. Kuluri favoriti ma' Virgo huma oranġjo, isfar u kannella. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Erbgħa. L-istilla li l-iktar iġġiblek ir-risq f 'ħajtek ġejja minn Cancer. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 16, 24 u 32. Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont. Libra – Mit-23 ta' Settembru sa 23 ta' Ot- tubru Tkabbir fl-investiment tiegħek huwa fil-qrib li jintlaħaq, u dan huwa tajjeb, però issa trid toqgħod ferm attent li mhux tibni knisja u tħott oħra. Trid tagħraf iżżomm dak kollu li għandek, fuq livell wieħed, u tagħraf iżżomm bilanċ bejn iż-żewġ investimenti li issa se jkollok. Barra dan, issa ovvjament minħabba l-pressjoni żejda li se jkollok, trid tagħraf kif ħa żżomm il-bilanċ tar-relazzjoni tiegħek, li hu fundamentali. Kuluri favoriti ma' Libra huma blu, aħdar u abjad. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ġimgħa. L-istilla li l-iktar iġġiblek ir-risq f 'ħajtek ġejja minn Aquarius. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 5, 12, 25 u 36. Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. Scorpio – Mill-24 ta' Ottubru sat-22 ta' Novembru Ovvjament, madwarek qiegħed jinħass li issa tinsab lest biex terġa' tibda relazzjoni mill-ġdid, wara dak kollu li għaddejt minnu. Dan issa għarfek kif tista' timxi aħjar minn kif imxejt fil-passat. Ovvjament, tgħaġġilx għax għalkemm hemm il-ħtieġa ta' xi forma ta' relazzjoni, l-aħjar żmien għal dan huwa bejn Lulju u Settembru. Għalhekk, ħu l-ħin tiegħek u agħraf dak kollu li ġarrabt sabiex tissaħħaħ. Kuluri favoriti ma' Scorpio huma aħmar, iswed u vjola. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ġimgħa. L-istilla li l-iktar iġġiblek ir-risq f 'ħajtek ġejja minn Pisces. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 6, 14, 23 u 34. Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom. Sagittarius – Mit-23 ta' Novembru sat-22 ta' Diċembru Ħsibijiet kontra ħsibijiet bħalissa għaddejjin madwarek dwar kif se tħares 'il quddiem. Dan wara li għadek m'intiex ċert jekk tibqax imwaħħal mal-passat, jew tgħalaq kollox u tħares komple- tament għal dak li l-futur għandu joffrilek. Triq li mhijiex tant faċli peress li int għandek sentimenti għoljin ħafna lejn il-passat tiegħek, u dan qiegħed jagħmillek is-sitwazzjoni iktar diffiċli, imma dan il-mument se jingħeleb. Kuluri favoriti ma' Sagittarius huma blu, roża u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li l-iktar iġġiblek ir-risq f 'ħajtek ġejja minn Gemini. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 1, 18, 22 u 30. Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom. Capricorn – Mit-23 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Responsabbiltà ġdida fil-ħajja tal-impjieg tiegħek sejra titfgħek issa aktar iffokat f 'dak li int tagħmel, u dan ovvjament sabiex int tap- prova li sak li ġejt fdat bih, għax int għandek il-vera kapaċità twettaq dak li hemm issa mitlub minnek. Però, tajjeb li issa int tagħrad tfiehem b'dan l-impenn ġdid lil ta' madwarek sa- biex ma jkunx ta' tfixkil sabiex b'hekk int tkun iffukat mija fil-mija mingħajr ebda tfixkil minn imkien. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma aħmar, blu u vjola. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ġimgħa. L-istilla li l-iktar iġġiblek ir-risq f 'ħajtek ġejja minn Virgo. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 8, 15, 29 u 35. Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom. L-Oroskopju 22 Eddie Murphy Kompetizzjoni: IRBAĦ ma' PaulJon! Meta tistaqsu għas-servizzi ta' PaulJon, x'issejħulu ? 1. Tax-xorti 2. Fortune Teller 3. Medium 4. Spiritwalista Ibagtu t-tweġiba korretta tagħkom b'sms fuq 99013600. L-ewwel tweġiba tajba tirbaħ xahar b' Xejn l-ILLUM bil posta b'kollox. Nawguralkom ix-xahar ta' Mejju b'dak kollhu li tixtieq qalbkom. Namaste PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal- oroskopju, tfissir tal-ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid-dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il-paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit-Tnejn sas-Sibt bejn 09.00 a.m u 21.00 p.m. fuq 99013600 jew 79495804. Tista' iżur il-websajt www.pauljon13.com Nigwidak għal ħajja aħjar. Namaste...... Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? 20% skont għall-qarrejja meta jippreżentaw dan ir-riklam

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 May 2016