Illum previous editions

ILLUM 15 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/679866

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

illum | Il-Ħadd 15 ta' Mejju 2016 24 Kummerċjali Imnedija d-Delicata Privilege Card Delicata se tneħħi l-formalitajiet u l-obbligi ta' xiri mill-kunċett ta' klabb tal-inbid kif s'issa konna mdorrijin bihom, u minflok qed tintroduċi skema ġdida għal min tassew iħobb l-inbid. Din il-Privilege Card hi maħsuba għal dawk kollha li jixtiequ jaqsmu ma' Delicata l-imħabba li għandhom għall- inbid, ikel u ospitalità tajba. "Nixtiequ naraw persuni li tassew japprezzaw l-inbid, jissieħbu għal ragunijiet xierqa," qal id-direttur Mario Delicata. "Irridu, niftħu beraħ il-bibien tagħna ta' spiss bil- għan li n-nies jiffamiljarizzaw ruħhom ma' Delicata, bħala dik il-familja f 'Malta li tipproduċi l-inbid b'tant imħabba u dedikazzjoni." Membri f 'din l-iskema ser ikollhom aċċess għal okkażjonijiet speċjali, mumenti fejn ħbieb u familji joħolqu memorji sbieħ. Fost l-okkażjonijiet speċjali ser ikun hemm sessjonijiet ta' wine tasting fil-winery, klassijiet ta' tagħlim dwar l-inbid, żjarat b'temi differenti fl-għelieqi bid-dwieli, u ikliet privati fil-barrel vaults ta' Delicata li nbnew fis-seklu sbatax. Id-Delicata Privilege Card toffri wkoll benefiċċji esklussivi oħra lill-membri fosthom inbejjed ta' Delicata b'xejn meta wieħed jiekol f 'ċerti ristoranti u wine bars. Dawn il-benefiċċji ser ikunu rreklamati fil-midja soċjali, fil- gazzetti lokali u f 'diversi rivisti fil-paġni tal-ikel u l-inbid. L-inizjattiva l-ġdida ta' Delicata għandha l-ħsieb li tkun ċelebrazzjoni ta' inbejjed u l-istil ta' ħajja assoċjata magħhom. Il- winery tenfasizza li l-inqas prijorità tagħha hu l-bejgħ dirett mill-bini tal-kumpanija. B'differenza ta' ħafna klabbs tal-inbid oħra, bid-Delicata Privilege Card m'hemmx obbligazzjoni li wieħed jixtri l-inbid biex jissieħeb, l-ebda bejgħ dirett (cellar door sales) u l-ebda fittaġni ta' reklamar bl-email. L-isħubija hi fuq bażi kumplimentari, jew permezz ta' stedina direttament mingħand Delicata, inkella billi persuna tirreġistra fuq is-sit tal-kumpanija. Awtomatikament, kull min ikollu d-Delicata Privilege Card ser ikun intitolat ukoll għal aċċess bla limitu għal 'In2Wine', sit privat online, miftuħ 24 siegħa kuljum għal tagħrif dwar l-inbid. Apparti minn hekk, vantaġġ ieħor hu li d-Delicata Privilege Card tagħti aċċess għal dħul mingħajr dewmien fl-attivitajiet tal-inbid ta' Delicata b'servizz ta' ospitalità. Kull min għandu għal qalbu l-inbidu jixtieq japplika għad- Delicata Privilege Card, jista' jirreġistra fuq is-sit ta' Delicata. Id-Delicata Privilege Card Taste More – il-kampanja l-ġdida tal- Kinnie turi l-varjetajiet ta' din ix-xarba Il-kampanja l-ġdida tal-Kinnie qed titnieda lokalment fuq diversi mezzi tax-xandir. Din turi l-għażla tal-prodotti tal-Kinnie u tħajjar lill-konsumaturi jsibu l-'aħjar' Kinnie għalihom. Il-kampanja tuża l-frażi 'Taste More' u l-personalità unika u oriġinali ta' din ix-xarba, bl-għan li tinvolvi lill-konsumaturi b'mod divertenti. "Nagħrfu l-fatt li l-konsumaturi tal-lum huma aktar konxji mill-istil ta' ħajjithom u mid- dieta tagħhom u għalhekk irridu nsaħħu l-fatt li l-għażla tal-prodotti tagħna toffri l-opportunità lil dak li jkun biex jagħżel l-aħjar prodott tal-Kinnie għalih, li jaqbel mal-istil tal-ħajja tiegħu," qalet Lara Filletti, Brand Executive ta' Kinnie, Simonds Farsons Cisk plc. Is-Sa Filletti kompliet tgħid li, "Il-kunċett ta' din il-kampanja hu wieħed divertenti u mibni fuq l-aspett uniku u distint tax-xarba favorita tal-Maltin u t-togħma tagħha, bl-użu tal-hashtags #TasteMore u #NothingLikeIt. B'hekk in-nies jirrelataw aktar mal-marka Kinnie." Il-kampanja kollha kemm hi saret lokalment, b'talent Malti, u jinkludi wkoll is-silta popolari Shake tal-grupp mużikali lokali Red Electrick mill-aħħar album tagħhom Inside You. Il-filmat jinstab fuq YouTube. Il-Kinnie u l-varjetajiet tal-Kinnie Vita, Diet Kinnie u Kinnie Zest huma prodotti, irreklamati u mqassma lokalment minn Simonds Farsons Cisk plc. Board game ġdida bit-tema tal-politika Maltija Dawn l-aħħar tliet ġimgħat kienu ferm eċitanti għall- grupp li niedew il-logħba tal-karti 'Politicks' fuq is-sit elettroniku Indiegogo. Intwera b'mod ċar li t-tema tal-politika hija ferm popolari mal-Maltin anke jekk b'mod aktar ta' żuffjett, milli ta' serjetà – tant li din il-kampanja ġiet iffinanzjata f 'inqas minn tmienja u erbgħin siegħa. Bħalissa, qed jiġu preparati l-aħħar karikaturi u disinn għall- manifattura tal-logħba, u dawk kollha li sostnew dan il-proġett fuq Indiegogo, se jirċievu l-logħba tagħhom sal-Milied ta' din is-sena. Mhux talli hekk, talli bħala ringrazzjament tal-appoġġ u talli għenuna nwettqu dan il- proġett, is-sostennituri kollha se jirċievu 20 karta tal-logħob ġodda li mhux se jkunu għall- bejgħ barra minn Indiegogo. Fuq kollox, il-logħba bħalissa tiswa inqas milli meta se toħroġ għall-bejgħ fil-ħwienet. Il-kampanja issa waslet fl-aħħar jiem tagħha. Ma' kull ġurnata li tgħaddi, qed jiżdiedu n-nies li jappoġġjaw din il-logħba. It-tim tal-Log Hob, il-kreaturi ta' 'Politicks' qatt ma seta' jobsor kemm kienet se tiġi milqgħuha tajjeb din il-logħba u kemm in-nies verament jieħdu pjaċir jilagħbuha. Għal aktar informazzjoni dwar il-logħba u dwar il-progress ta' din il-kampanja tistgħu tidħlu fis-sit elettroniku www. loghobgames.com/supportus.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 May 2016