Illum previous editions

ILLUM 15 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/679866

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 15 ta' Mejju 2016 | illum SPORTSillum minn Cristian Antony Muscat Balzan ............................ 4 Sliema W ........................ 5 (wara l-għoti tal-penalties) SLIEMA Wanderers għelbu lil Balzan bl-iskor ta' 5-4 wara l-għoti tal-penaltis biex b'hekk rebħu din it- tieni l-aktar kompetizzjoni importanti fil-futbol Malti għall-21 darba u wara assenza ta' seba' snin. Kien biss fit-23 minuta li ġiet innutata l-ewwel azzjoni denja ta' nota permezz ta' xutt angulat tal-Montenegrin Bojan Kaljevic li għadda barra mil-lasti difiżi mill- goalkeeper Albaniż ta' 19 -il sena tal-Wanderers, Entonio Elezaj. Ħames minuti wara, l-attakkant internzzjonali ta' Balzan, Alfred Effiong avvanza tajjeb fil-kaxxa qabel ra x-xutt potenti tiegħu minn ġol-kaxxa minn pożizzjoni angulata jgħaddi jħakkek mal-wieqfa. Balzan resqu ferm viċin li jmorru fil-vantaġġ fis-36 minuta meta xutt mill- midfielder offensiv li kellu staġun tal-ġenn, Lydon Micallef ħareġ l-aħjar tal- goalkeeper Entonio Elezaj li ħareġ minn postu u salva bi bravura. Il-Wanderers wettqu reazzjoni tajba u beda jkollhom iktar mil-logħob, biex tliet minuti wara, ħolqu l-periklu permezz ta' azzjoni tajba konkluża minn Njongo Priso li ra lill-goalkeeper Montenegrin ta' Balzan, Ivan Janjusevic, isalva ferm tajjeb f 'żewġ tentattivi. Balzan ħarġu aggressivi fil- ftuħ tat-tieni taqsima u fit-58 minuta, xutt bid-dawra ta' Alfred Effiong minn ġol-kaxxa għadda ftit għoli, biex 11-il minuta wara, l-istess attakkant reġa' ra xutt ieħor tipiku tiegħu minn ġol-kaxxa jintemm barra. Fil-71 minuta, xutt mhux daqstant b'saħħtu fil- baxx ta' Lydon Micallef dejjem għal Balzan ġie milqugħ minn Entonio Elezaj, wara li ntefa' minn tulu fl-art. Sliema Wanderers qalgħu daqqa ta' ħarta fit-83 minuta meta tkeċċa għalihom l-attakkant mill-Kamerun, Njongo Priso, wara li rċieva żewġ karti sofor fi spazju ta' ftit sekondi, minħabba xi rimarki li għadda fil-konfront tar-referi Marco Borg. Mad- 90 minuta, xutt angulat minn ġol-kaxxa taż-żagħżugħ Jean Paul Farrugia għall-Wanderers għadda jħakkek ma' sieq il- wieqfa. Il-logħba sa tmiem id-90 minuta u anke wara l-ħin barrani intemmet fi draw ta' mingħajr gowls u għalhekk il- finali kellha tmur għal-lotterija tal-penaltis. Għal Sliema Wanderers skorjaw mill-11- il metru, Mark Scerri, Jean Paul Farrugia, Armando Dos Santos Tarlaziz, Alex Muscat u Clifford Gatt Baldacchhino. Min-naħa l-oħra, għal Balzan irnexxielhom isibu x-xibka minn penalti, Paul Fenech, Elkin Orlando Serrano Valero, Pedro Dos Santos Calcado, Alfred Effiong iżda falla l-captain Dylan Grima. Balzan - Janjusevic, Grioli, Fenech, Bezzina, Micallef (Sciberras 112'), Brincat (Focsa 95'), Effiong, Dos Santos Calcado, Kaljevic (Da Silva Souza 57'), Serrano Valero, Grima Sliema W. - Elezaj, Muscat, Scerri, Priso, Gatt Baldacchino, Potezica, Xuereb, Bezzina (Friggieri 116'), Rocha Dos Santos (Dos Santos Tarlaziz 74'), Farrugia, Bianciardi Referi - Marco Borg CLIFFORD GATT BALDACCHINO Skorja l-aħħar gowl tant importanti minn penalty li ta l-FA Trophy lil Sliema Wanderers. Jifforma parti mit-tim nazzjonali. Jilgħab fl-irwol ta' difensur. Dejjem lagħab ma' Sliema Wanderers u huwa pedina ferm importanti tal-Blues. Sliema Wanderers jirbħu l-FA Trophy wara assenza ta' 7 snin Ritratt - Ray Attard Il-partitarji ta' Sliema Wanderers jiċċelebraw ir-rebħ tal-FA Trophy 27

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 May 2016