Illum previous editions

ILLUM 15 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/679866

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

WARA assenza ta' diversi ġimgħat, Lewis Hamilton, irritorna għar-rebħ ta' pole position meta lbieraħ rebaħ il-pole position ta' Spanja wara taqtigħa kbira li kellu ma' sieħbu fuq Mercedes, Nico Rosberg. F'din il-pole ddiżappuntaw bil-kbir iż-żewġ sewwieqa ta' Ferrari, Kimi Raikkonen u Sebastian Vettel li temmew fil-ħames u s-sitt post rispettivament. Huma nqabżu miż-żewġ sewwieqa ta' Red Bull Racing, Daniel Ricciardo u Max Verstappen li llum se jkunu qed jibdew mit-tielet u r-raba' post rispettivament. Intant, dawn huma l-postijiet li minnhom se jkunu qed jibdew illum is-sewwieqa kollha tal- Formula 1 fil-Grand Prix ta' Spanja: illum Il-Ħadd 15 ta' Mejju 2016 Sports 28 Juventus jiċċelebraw ir-rebħ tat-32 Kampjonat u l-ħames wieħed konsekuttiv RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier FIXTURES Il-Ħadd 15 ta' Mejju 16:00 Arsenal - Aston Villa 16:00 Chelsea - Leicester City 16:00 Everton - Norwich City 16:00 Manchester U. - Bournemouth 16:00 Newcastle U. - Tottenham H. 16:00 Southampton - Crystal Palace 16:00 Stoke City - West Ham United 16:00 Swansea City - Manchester C. 16:00 Watford - Sunderland 16:00 WBA - Liverpool Kampjonat Serie A TIM FIXTURES Is-Sibt 14 ta' Mejju Juventus vs Sampdoria 5-0 Il-Ħadd 15 ta' Mejju 18:00 ChievoVerona vs Bologna 18:00 Empoli vs Torino 18:00 Genoa vs Atalanta 20:45 Lazio vs Fiorentina 20:45 Palermo vs Hellas Verona 20:45 Udinese vs Carpi Sewwieq Tim Q1 Q2 Q3 Laps 1. L. Hamilton Mercedes 01:23.214 01:22.159 01:22.000 13 2. N. Rosberg Mercedes 01:23.002 01:22.759 01:22.280 12 3. D. Ricciardo Red Bull 01:23.749 01:23.585 01:22.680 12 4. M. Verstappen Red Bull 01:23.578 01:23.178 01:23.087 12 5. K. Raikkonen Ferrari 01:23.796 01:23.504 01:23.113 14 6. S. Vettel Ferrari 01:24.124 01:23.688 01:23.334 12 7. V. Bottas Williams 01:24.251 01:24.023 01:23.522 12 8. C. Sainz Jr. Toro Rosso 01:24.496 01:24.077 01:23.643 12 9. S. Perez Force India 01:24.698 01:24.003 01:23.782 16 10. F. Alonso McLaren 01:24.578 01:24.192 01:23.981 12 11. N. Hulkenberg Force India 01:24.463 01:24.203 13 12. J. Button McLaren 01:24.583 01:24.348 12 13. D. Kvyat Toro Rosso 01:24.696 01:24.445 11 14. R. Grosjean Haas 01:24.716 01:24.480 12 15. K. Magnussen Renault 01:24.669 01:24.625 12 16. E. Gutiérrez Haas 01:24.406 01:24.778 12 17. J. Palmer Renault 01:24.903 6 18. F. Massa Williams 01:24.941 4 19. M. Ericsson Sauber 01:25.202 8 20. F. Nasr Sauber 01:25.579 8 21. P. Wehrlein Manor 01:25.745 9 22. R. Haryanto Manor 01:25.939 9 Hamilton jirbaħ il-pole ta' Spanja wara taqtigħa kbira ma' Rosberg Lewis Hamilton JUVENTUS iċċelebraw bil-kbir ir-rebħ tat-32 Kampjonat fl-istorja tagħhom li kien ukoll il- ħames wieħed konsekuttiv mirbuħ minnhom. Huma kienu diġà matematikamet champions hekk kif irnexxielhom jassiguraw ruħhom mit-titlu sa minn tliet ġimgħat ilu, iżda lbieraħ ingħataw it-Tazza ta' Champions tas-Serie A TIM wara l-logħba kontra Sampdoria li fiha ħarġu rebbieħa bl-iskor kbir ta' 5-0. L-ewwel tliet gowls għalihom waslu fl-ewwel taqsima minn Patrice Evra wara biss ħames minuti logħob, u doppjetta ta' Paulo Dybala fil-15 u fis-37 minuta rispettivament, bl-ewwel gowl mit-tnejn tiegħu jasal minn penalti. Iż-żewġ gowls l-oħra għat-tim immexxi minn Massimiliano Allegri waslu miż-żewġ difensuri internazzjonali Giorgio Chiellini u Leonardo Bonucci fis-77 u fil-85 minuta, rispettivament. Tajjeb ngħidu li Sampdoria lagħbu għal ħin twil bi plejer inqas meta wara biss 14-il minuta, tkeċċa għalihom il-plejer Milan Skriniar, wara li rċieva karta ħamra diretta, wara fawl fil-kaxxa fuq Mario Mandzukic. Intant nhar is-Sibt li ġej, Juventus se jkunu qed ifittxu li jiksbu d-Double, meta jilagħbu kontra r-rivali AC Milan fil-finali tal-Coppa Italia fi Stadio Olimpico f 'Ruma. Il-captain tat-tim ta' Juventus, Gianluigi Buffon jerfa' t-trofew tal-iscudetto għall-ħames staġun konsekuttiv

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 May 2016