Illum previous editions

ILLUM 15 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/679866

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 15 ta' Mejju 2016 | illum Sports 29 Is-sigriet tar-rebħ tat-23 Kampjonat minn Valletta FC L-ISTAĠUN tal-ħames tazzi u l-istaġun tas-sitt tazzi. Żewġ epoki li juru l-istorja sinjura ta' Valletta FC fix-xena tal-futbol Malti. Madankollu, il- kampjonat mirbuħ fl-24 t'April li għadda, meta Edmund Agius irregala r-rebħa lil Birkirkara fuq Hibernians, żgur li ħa jibqa' mnaqqax fl-istorja Beltija bħala kampjonat memorabbli għaliex għall- kuntrarju ta' ħafna staġuni preċedenti, din is-sena it-tim tal-kapitali rebħu l-kampjonat mingħajr daqq ta' trombi. Mingħajr dubju ta' xejn, ir-ritorn ta' Pawlu Zammit fil-bidu ta' Ġunju li għadda fit-tmun ta' Valletta kien akkwist fundamentali. Fit- tajjeb u fil-ħażin, il-kowċ Zammit dejjem żamm sod u kien ta' sapport kontinwu għall-ambjent Belti. Il- bidu tat-tieni avventura tiegħu fil-kapitali, ma kienx xi wieħed feliċi, hekk kif Valletta sofrew eliminazzjoni pjuttost sorprendenti fil-UEFA Europa League kontra t-tim modest minn Wales, ta' Newtown. Ħafna kienu dawk in-nies, partitarji u anke ġurnalisti li kienu diġà qatgħu barra lit-tim Belti mit-taqtigħa għar-rebħ tat-titlu ta' champions tal-Kampjonat Premier. Kien propju hawnhekk li beda l-Kampjonat ta' Valletta, għaliex minkejja li teknikament il-kampjonat kien għadu ma bediex, dan kollu awtomatikament xegħel il-buttuna tal-motivazzjoni fil-kamp Belti. Mingħajr ebda dubju, ħafna minn dawk in-nies li lil Valletta ma kinux jarawhom ta' theddida, kienu ħasbu li kellhom raġun meta tikkunsidra li Valletta ma kinux konsistenti fl-ewwel parti tal-istaġun, fejn anke sofrew telfiet sorprendenti bħal dik ta 0-2 kontra Pembroke Athleta. Nagħtu l-mertu wkoll lit-tim ta' Pembroke, għaliex kellhom kampjonat importanti ħafna u sa dak iż-żmien, kellhom skwadra ta' kalibru għoli. F'dan il-perjodu, ħarġet l-intelliġenza tal-kowċ Zammit u apparti l-fatt li kien kapaċi jamministra d-dressing room, huwa kien strumentali sabiex f 'mumenti kruċjali tefa' r-responsabbiltà fuq plejers żgħażagħ bhal Llywelyn Cremona, Jean Borg, Daniel Camilleri, Russell Fenech u Jurgen Suda. Propju dan tal-aħħar, jiġi iben Hubert Suda li ma' Valletta kien plejer importanti u li ħalla rikordju memorabbli fil-kapitali - ir-rebħ tal- Kampjonat Premier numru 23. Barra minn hekk, jekk wieħed janalizza lit-tim ta' Valletta, jara li fl-aħħar mill-aħħar, hemm bosta plejers ta' kwalità. Plejers li konna diġà nafu x'kapaċi joffru, bħal Abdelkarim Nafti u Federico Falcone, b'dan tal-aħħar ikun strumentali b'16-il gowl filwaqt li oħrajn li taw sehem importanti f 'dan il-Kampjonat, bħalma kienu Jhonnattann Benites Da Conceicao, Claudio Pani, Umeh Uchenna Calistus, Roderick Briffa, il-captain Jonathan Caruana, Juan Gill Cruz, il-goalkeeper Henry Bonello u Ryan Camilleri fost oħrajn. Kien kampjonat li tefa' lit-tim ta' Valletta żewġ kampjonati biss 'il bogħod mir-rivali ta' Floriana u tlieta minn Sliema Wanderers. Tgħid dan il-fatt ħa jkun qed iġiegħel kemm lil Floriana kif ukoll lil Sliema Wanderers jissaħħu iżjed sabiex iżommu posthom jew inkella d-dominanza ta' Valletta ħa twassal lil dawn tal-aħħar sabiex jitilgħu fil- quċċata tar-rekords? Ringrazzjament speċjali għal dan l-artiklu imur għal Gianluca Lia. Ritratti - Ray Attard Roderick Briffa jgħolli t-Tazza tar-rebħ tat-23 Kampjonat fl- istorja ta' Valletta fost il-ferħ tal-plejers Beltin sħabu Ċelebrazzjonijiet mill-partitarji Beltin

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 May 2016