Illum previous editions

ILLUM 15 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/679866

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

illum Il-Ħadd 15 ta' Mejju 2016 Sports 30 Leicester City - Il-ħolma ta' tim żgħir li saret realtà "WE are top of the league.'' Hekk bdew ikantaw il- partitarji ta' Leicester City, wara l-ewwel partita tal- istaġun fejn kienu rebħu 4-2 kontra Sunderland. Ovvjament, kull wieħed u waħda minna ħa gost jismagħhom u kulħadd qal li ma tantx ħa jdumu u ħadd ma kellu tort sa ċertu punt. Ħadd ma basar li konna ħa nassistu għall- ikbar kostruzzjoni tal- istorja ta' David u Gulija. Ġrajja li sa 50 sena oħra żgur li se nkunu għadna nirrakkontaw. Storja ta' tim li staġun ilu salva bl- iżjed mod impossibli u fil-bidu tal-istaġun, il-bookmakers ikkwotaw iċ-ċansijiet ta' Leicester City li jirbħu l-Kampjonat: Ewro ma' €5,000. Jekk titfagħhom f 'perspettiva, iċ-ċansijiet tagħhom kienu eżatt indaqs daqs iċ-cansijiet li Elvis Presley jerġa' jqum mill-mewt u li l-Mostru ta' Lochness kien verament jeżisti. Fil-ftit kliem li ġejjin, se nkunu qed nagħtu importanza lil xi ġrajjiet partikolari li jagħmlu din l-istorja perfetta għal xi film, milli fuq l-aspett tattiku, li wara kollox huwa inspjegabbli għaliex Claudio Ranieri kważi kiser kull teorija tattika ta' kif għandek tirbaħ kampjonat. Biex nibdew, dan kien l-ewwel kampjonat maġġuri li qatt rebaħ Ranieri, minkejja li kemm-il darba wasal viċin. Il-ħatra ta' Ranieri ma' kinitx intlaqgħet tajjeb speċjalment mill-media Ingliża, b'persunaġġi bħal Gary Lineker, eksplejer ta' Leicester City, jistaqsi għala kien ġie maħtur kowċ li kien falliment mal-Greċja u li kien ilu maqtugħ mill- futbol f 'livell ta' klabb. Żewġ plejers fundamentali f 'din l-avventura kienu bla dubju ta' xejn Riyadh Mahrez u Jamie Vardy. Tal-ewwel ġie vvuttat bħala l-aqwa plejer fil-Kampjonat Ingliż filwaqt li t-tieni wieħed ħa l-istess unur, iżda meta vvutat mill-ġurnalisti. Plejer ieħor importanti fi ħdan it-tim, huwa l-goalkeeper Kasper Schmeichel, li bħal missieru, Peter, issa għandu medalja tal-Kampjonat Ingliż ukoll. Storja interessanti wkoll, hija dik tal-plejer minn Wales Andy King, li jista' jitqies bħala bandiera tal-klabb hekk kif huwa rebaħ tliet kampjonati differenti mal- istess tim, dak tal-League One, Championship u issa l-Premier League. Probabbilment iżda, l-iżjed fattur li jagħmel din l-istorja spettakolari hija l-istorja tagħhom f 'dawn l-aħħar 14-il sena. Fl-2002, huma kienu viċin il-falliment hekk kif kellhom madwar £50miljun dejn. Mal-medda tas-snin, kienu dejjem telgħin u neżlin fil- kampjonati minuri, fejn saħanistra kienu anke fit-Tielet Diviżjoni. Fl-istaġun 2012/2013, huma kienu anke nqalgħu mill-play-offs taċ-Championship b'mod drammatiku sabiex għal sena oħra kellhom jibqgħu fit- Tieni Diviżjoni. Kif diġà semmejna, fl-istaġun li għadda salvaw wara li għamlu l-maġġor parti tal- kampjonat ankrati f 'qiegħ il-klassifika, sabiex din is-sena, irnexxielhom jixxukkjaw lid-dilettanti kollha tal-futbol, hekk kif ġabru 36 punt iżjed mill- istaġun li għadda u spiċċaw 13-il post ogħla mill- pjazzament tas-sena l-oħra, biex eventwalment spiċċaw fil-quċċata tal-Kampjonat. Storja li sa ċertu punt tfakkarna fi ġrajja storika oħra, dik ta' Nottingham Forest li taħt it-tmexxija tal-kowċ Brian Clough, stabbilew ruħhom bħala qawwa fil-futbol Ingliż, u eventwalment fl-Ewropa. Tgħid dan it-tim iggwidat minn Ranieri u Vardy kapaċi jagħmel ħoss ukoll fl-Ewropa? Ringrazzjament speċjali għal dan l-artiklu imur għal Gianluca Lia Il-kowċ ta' Leicester City, Claudio Ranieri, u plejers tat-tim tiegħu ji rħu wara li ġew inkurunati Champions għall-ewwel darba Riyad Mahrez Jamie Vardy

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 May 2016