Illum previous editions

ILLUM 15 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/679866

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 15 ta' Mejju 2016 Ċiklist ta' 51 sena jitlef ħajtu f 'inċident tat-traffiku INĊIDENT tat- traffiku li seħħ ilbieraħ waranofsinhar għall-ħabta tas-2:45 ħalla ċiklist ta' 51 sena mejjet. L-inċident seħħ fi Triq San Pawl tal-Qlejgħa fil-Mosta, li għal xi ħin kienet magħluqa għat-traffiku. Meta l-Pulizija marru fuq il-post, investigazzjonijiet preliminari rriżultaw li raġel ta' 50 sena imwieled l-Awstralja u residenti l-Mosta kien għadu kif intlaqat minn vettura tat-tip Toyota Vitz misjuqa minn raġel ta' 29 sena residenti Ħaż-Żebbuġ. Il-vettura kienet qed tiġi misjuqa direzzjoni mill-Imġarr lejn iċ-ċentru tal-Mosta. Tim mediku mill-Isptar Mater Dei kien fuq il-post sabiex jassisti lill-vittma għall-ġrieħi serji li sofra. Sfortunatament ir-raġel ġie ċċertifikat li tilef ħajtu minn tabib li kien għaddej mill- post fejn seħħ l-inċident. Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata. L-investigazzjoni tal- Pulizija mid-Distrett tal- Mosta għadha għaddejja. Single u b'paga minima? M'għandekx minn John Busuttil IS-SETTUR tal-proprjetà f 'Malta bħalissa għaddej minn mument tajjeb ħafna, tant li qed jikkontribwixxi sew għall- ġid li qed jinħoloq fil- pajjiż, jikkrea l-impjiegi u jwassal għal qligħ tajjeb għal dawk kollha li jew għandhom proprjetà jew inkella jaħdmu fis-settur. Iżda din il-'boom' fil- proprjetà tfisser ukoll li l-prezzijiet tal-proprjetà u speċjalment tal-kirjiet, għolew u għolew sew, u min qiegħed fuq il-paga minima jew b'paga medja baxxa qed isibha diffiċli biex jixtri jew jikri post. Ġuvni ta' 35 sena li tkellem mal-ILLUM u li jaqbad f 'idejh €650 fix- xahar qalilna li hu jixtieq li jmur jgħix għal rasu u jitlaq mid-dar tal-ġenituri tiegħu fejn jgħix bħalissa biex ikollu ħajja indipendenti għal kollox. "Mort il- bank u tlabt loan u dawn qaluli li l-aktar li jistgħu jisilfuni kienu €35,000. Dan apparti li biex nibda l-proċess tax-xiri kelli bżonn €5,000 imfaddlin. Tista tgħidli b'din is-somma x'nista nixtri u fejn nista' noqgħod? Kieku ma kellix saqaf fuq rasi grazzi għall- ġenituri tiegħi, x'kont nagħmel? Ngħix fit-triq?" L-ILLUM staqsiet lil dan il-ġuvni jekk pruvax jikri post, bir-risposta tkun li meta pprova jikri, "l-inqas li talbuni kien ta' €300 fix-xahar għal studio flat, u biex sabuli post diċenti għall-kiri b'dan il-prezz kellna nduru nofs Malta. Issa jien anke b'€300 fix- xahar ma nkunx nista' nkampa biex ngħix sew, aħseb u ara kemm kont se ngħix u jkolli l-bażiku kieku mmur għal prezzijiet ogħla. Sadanittant l-ILLUM tkellmet ma' xi aġenti tal-proprjetà li spjegaw kif bi prezz ta' €40,000, "kulma tista ssib xi garaxx imdaqqas sew." Għalkemm l-età tista' taffetwa l-ammont li bank jista' jsellfek, meta din il-gazzetta tkellmet ma' persuni responsabbli għal self f 'bank lokali dawn spjegaw li kieku "dan ir-raġel kien 10 snin iżgħar aħna konna nkunu nistgħu nisilfuh €55,000." Għalkemm €15,000 iktar, l-aġenti li tkellmu ma' din il-gazzetta xorta sostnew li b'dan l-ammont, xorta jkun diffiċli li tixtri proprjetà, "jekk mhux post antik ħafna u fi stat ħażin, u li allura jkollu bżonn tibdiliet strutturali li jiswew ħafna flus." Intant l-istess persuni li tkellmu mal-ILLUM minn bank lokali qalu li jekk il-ġuvni li tkellem magħna kellu l-istess età imma introjtu medju, jiġifieri bejn €16,000 u €21,000 fis-sena, il-bank kien ikun jista' jsellfu bejn €75,000 u €85,000. L-aġenti tal-proprjetà qalu li f 'dan il-każ, il-persuna kienet tkun f 'pożizzjoni li tixtri proprjetà fil-faxxa ta' proprjetajiet bl-aktar valur baxx. "Probabbilment, f 'postijiet bħal Buġibba u l-Qawra, fejn għad għandek ħafna appartamenti antiki, jew inkella f 'żoni oħrajn madwar il-pajjiż fejn id- domanda mhux waħda għolja ħafna." Il-ġuvni li tkellem magħna wera l-preokupazzjoni tiegħu għall-fatt li hemm "ċertu żoni li diġà saru 'out of bounds' għall-Maltin b'ċertu dħul minħabba l-prezzijiet eżorbitanti li qed jintalbu, kemm għall- bejgħ tal-proprjetà kif ukoll għall-kirjiet. U dan jista' jwassal biex jinbtu speċi ta' ghettos f 'xi villaġġi jew irħula li qed joffru proprjetà bi prezzijiet irħas li ħafna drabi jfissru xi toqba, inkella xi post antik li trid eluf biex tirrestawrah. Jew inkella tista' tgħix f 'xi garaxx jew għand il-ġenituri tiegħek,

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 May 2016