Illum previous editions

ILLUM 15 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/679866

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 15 ta' Mejju 2016 | illum Sports 31 Valletta Subbuteo Club jiksbu tripletta FIL-JIEM li għaddew, it-tim tal-Valletta Subbuteo Club reġa' rebaħ l-unur ta' Champions ta' Malta għall-ħames sena konsekuttiva u t-12-il darba fl-istorja tal- klabb. Dan il-kampjonat kien kompost minn erba' klabbs u l-logħob intlagħab fuq żewġ rawnds. It-tim Belti rebaħ il-logħob kollu li lagħab u l-akbar sfida kienet mit-tim ta' Bormla, li spiċċaw fit-tieni post. Ta' min isemmi, li kemm il- Valletta Subbuteo Club u anke Bormla Subbuteo Club, ikkwalifikaw għall-Kampjonati Ewropej tal-klabbs li se jiġu organizzati f 'Ottubru li ġej, mill- FISTF. Fl-istess ġranet ġiet ukoll organizzata n-Knock Out u anke hawn il-klabb Belti reġa' ħareġ rebbieħ u b'hekk għamlu doppjetta. Fis- semifinali huma għelbu lit-tim tal-Valletta Lions 4-0 u fil-finali lill-klabb ta' Bormla SC 3-1. Il- kampjonat Malti ġie organizzat mill-MTFSA u l-logħob kollu sar fil- każin tal-banda San Ġorġ ġewwa Bormla. It-tim rebbieħ kien kompost minn dawn il-plejers: Joseph Borg Bonaci, Samuel Bartolo, Mario Camilleri, Andrew Abela, Roderick Vassallo, Derek Conti u Jason Pisani. Fl-ġimgħat li għaddew, il-Valletta Subbuteo Club rebaħ ukoll il-FISTF International Open li kien organizzat ġewwa s-sala tal-Għaqda ta' Ħbiberija bejn Malta u ċ-Ċina, ġewwa l-Belt Valletta, mentri barra minn xtutna, it-tim Belti ħa sehem fil-Grand Prix ta' Milan, fil-Major ta' Ruma u fil-ġranet li ġejjin se jieħdu sehem fil-Grand Prix tal-Ingilterra ġewwa Enderby. Barra minnhekk, fil- Magazino Cruise Port Terminal ġewwa l-Belt Valletta, ġew organizzati żewġ kompetizzjonijiet tat-table-football. Dawn il-kompetizzjonijiet ġew organizzati mill-Valletta Subbuteo Club innifsu u kienu parti mill- attivitajiet tal-Valletta 450. Numru tajjeb ta' plejers ħadu sehem u s-Sibt fil-kategorija Open tal-kompetizzjoni International Open, kien il-Belti Derek Conti li ħareġ rebbieħ. Hu rebaħ il-finali kontra Hansel Mallia bl-iskor ta' 4-1. Fil-kompetizzjoni tal- veterani, il-Belġjan Pascal Scheen għeleb lit-Taljan Patrizio Lazzaretti bl- iskor minimu ta' 1-0. Fil- kategorija ta' taħt id-19-il sena, kien Melvin Barun, li ħareġ rebbieħ, mentri t-Taljan Riccardo Natoli rebaħ dawk ta' taħt il-15 u t-12-il sena. Intant, nhar il-Ħadd li għadda, intlagħab il-Grand Prix, u fil- kompetizzjoni tat- timijiet, reġgħu kienu l-Valletta Subbuteo Club li ħarġu rebbieħa, għall- ħames sena infila. It-tim mill-kapitali għeleb lil Messina TS bl-iskor konvinċenti ta' 4-0 u lil Bormla SC bl-iskor ta' 3-0 fil-fażi tal-gruppi. Fis-semi-finali, Valletta Subbuteo Club rebħu kontra l-Valletta Lions TFC bl-iskor ta' 4-0, mentri fis-semifinali l-oħra, Bormla SC għelbu 7-5 lil SS Lazio TFC, wara draw ta 2-2. Fil-finali, Valletta SC reġgħu għelbu lil Bormla SC bl-iskor ta' 4-0. Il-plejers li kienu parti mit-tim rebbieħ huma Joseph Borg Bonaci (captain), Derek Conti, Mario Camilleri, Samuel Bartolo u Jason Pisani. Fil-logħob individwali tal-Ħadd, fil- kompetizzjoni Open, Mark Gauci għeleb 3-2 lil Massimo Cremona wara l-ħin barrani. Mentri, Partizio Lazzaretti, għeleb lil Pascal Scheen 5-0, fil-kategorija tal- veterani. Bħalma ġara s-Sibt, Melvin Barun, reġa' rebaħ dik ta' taħt id-19-il sena u Riccardo Natoli, li għad għandu biss 11-il sena u jidher li għandu futur sabiħ quddiemu, rebaħ kemm dik ta' taħt il-15 u anke dik ta' taħt it-12-il sena. Dawn iż-żewġ kompetizzjonijiet ġew milgħuba taħt l-awspiċju tal-Federazzjoni Mondjali tat-Table-Football - l-FISTF. Plejers u uffiċjali ta' Valletta SC jifirħu wara li rebħu l-Grand Prix tat-table-football ġewwa pajjiżna Andrew Grech jikklassifika fit-93 post minn 17,500 atleta fil-Maratona ta' Rotterdam IL-MARATONA ta' Rotterdam fl-Olanda kienet waħda mill-ikbar avvenimenti għall-atleta ewlieni Malti, Andrew Grech f 'dan l-istaġun u għaldaqstant huwa ried jagħmel ħiltu kollha biex jagħmel ħin tajjeb ħafna. Din l-istess Maratona li ġiet inawgurata fl-1981, din is-sena kellha numru rekord ta' parteċipanti b' iktar minn 40,000 parteċipant ġejjin minn 86 pajjiż differenti bejn it- tlielaq kollha ta' tmiem il- ġimgħa, u 17,500 atleta fil- Maratona t-twila waħedha. Fost l-atleti fil-line-up, kien hemm bosta Afrikani ta' fama mondjali, fosthom il-World Record Holder, Geoffrey Mutai. L-umdità u r-riħ isfel lagħbu parti importanti fuq it-tellieqa, meta tikkunsidra li vicin l-4,000 atleta waqfu milli jikkonkluduha. Il-Maratona ntrebħet mill-atleta Kenjan, Kipseren, f 'ħin ta' 2.06'11" li huwa d-disa' l-aqwa ħin tas-sena. F'kummenti ma' din il- gazzetta, Grech sostna li, "l-ħin tiegħi ta' 2.34'02" ikklassifikani fit-93 post minn 17,500 atleta, li għalkemm mhuwiex l-aqwa ħin personali tiegħi, xorta waħda nista' nqis ruħi sodisfatt bil-prestazzjoni tiegħi. Ta' min isemmi li kienu biss żewġ atleti Olandiżi li għamlu ħin ahjar minn tiegħi. Tlaqt bil-mira li nagħmel ħin ta' inqas minn sagħtejn u nofs, u sa nofs ir-rotta kont 1.13'33", flimkien ma' grupp ta' seba' jew tmien atleti li bdejna nalteraw il-pożizzjonijiet bejnietna, fejn għal ħafna ħin, kien hemm magħna l-Etjopjana Gebreslasea li rebħet il- Maratona għan-nisa. Fit-tieni parti tal- Maratona, l-istess grupp li kont fih beda jitlef ir-ritmu, fejn kien hemm min żied, min naqqas u min saħansitra waqaf. Jien għaldaqstant tlift daqsxejn mir-ritmu fejn kelli niġri ħafna mit-tellieqa waħdi." "B'dan ir-riżultat," kompla jgħid Grech, "ma nistax nonqos milli nirringrazzja lill-kowċ tiegħi Has Kesra li kien miegħi ġewwa Rotterdam, lill-familja u lill-isponsors tiegħi, Nanox Nutriceuticals, Nyoo Hamrun, Le Meridien Hotel & Spa, Medcomms Ltd, Eurosport B'Kara u l-Government Flexi Training Scheme u l-Korp tal-Pulizija li nagħmel parti minnu tas-sapport li sibt biex il-maratona tkun ta' suċċess. Għalkemm l-istaġun wasal viċin it-tmiem tiegħu ma neskludix li nagħmel tellieqa oħra barra minn xtutna qabel jintemm l-istess staġun," temm jgħid l-atleta. Andrew Grech iġorr il-bandiera Maltija b'unur waqt il-Maratona ta' Rotterdam, fl-Olanda

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 May 2016